Kelma tal-Ħajja MEJJU 2014

  

“Nitlobkom fisem Kristu, agħmlu ħbieb ma Alla” (2 Kor 5,20).

San Pawl qed iħeġġeġ lill-Korintin wara li tahom l-akbar aħbar li hi l-qalba tal-Vanġelu kollu: Alla ħabbeb il-ħolqien miegħu nnifsu permezz ta Kristu (ara 2 Kor 5,19).

Meta Ibnu miet fuq is-salib, Alla tana l-akbar prova ta mħabbtu. Permezz tas-salib ta Kristu, Hu reġa’ ħabbibna miegħu.

Din il-verità fundamentali tal-fidi tagħna hi xi ħaġa mill-aktar importanti u attwali. Din hi l-aħbar li l-bnedmin kollha qed jistennew: iva, Alla hu qrib tagħna bimħabbtu u Hu jħobb lil kull wieħed u waħda minna bimħabba tal-ġenn. Id-dinja tagħna teħtieġ din l-aħbar, imma aħna nistgħu nwassluha jekk qabelxejn ngħiduha u ntennuha lilna nfusna. Bhekk inħossuna mdawrin minn din l-imħabba, anki meta kollox jgħidilna bil-maqlub.

“Nitlobkom fisem Kristu, agħmlu ħbieb ma Alla”.

Imma kif ifisser tant tajjeb San Pawl, din il-fidi fl-imħabba tAlla ma tistax tibqa magħluqa ġewwa fina: Alla qabbadna nwassluha lill-oħrajn biex huma jerġgħu jingħaqdu miegħu (ara 2 Kor 5, 18). Hu tana responsabiltà kbira li nkunu  xhieda tal-imħabba li għandu għall-ħlejjaq tiegħu. Kif?

L-imġiba kollha tagħna trid twassal lill-oħrajn biex jemmnu dak li nħabbrulhom. Ġesù qal ċar u tond li qabel ma nwasslu l-offerta tagħna fuq l-artal l-ewwel irridu nirranġaw ma min ikollu xi ħaġa kontra tagħna (ara Mt 5,23-24).

Qabel xejn dan jgħodd l-ewwel għall-komunitajiet tagħna: familji, gruppi, għaqdiet, Knejjes. Jiġifieri aħna msejħin biex inwaqqgħu kull ma jista jifridna milli nkunu lkoll qalb waħda bejnietna, nies u popli.

“Nitlobkom fisem Kristu, agħmlu ħbieb ma Alla”.

“Fisem Kristu” ifisser minfloku. Meta nagħmlu dak li jagħmel Hu li kieku kien minflokna, għandna nħobbu lil xulxin kif iħobbna Hu, bla ma ningħalqu fina nfusna u bla ebda preġudizzji. Jeħtieġ inkunu miftuħin biex nagħrfu u napprezzaw il-kwalitajiet sbieħ tal-proxxmu tagħna. Irridu nkunu lesti li nagħtu ħajjitna għal xulxin. Dan huwa l-akbar u l-aqwa kmandament ta’ Ġesù. Bhekk iridu jingħarfu l-insara.

U dan hu kmandament li għadu jgħodd sallum, kif kien jgħodd fiż-żminijiet tal-ewwel insara.

Tgħix din il-kelma jfisser li inti tkun dak jew dik li ġġib il-paċi.

Jekk kull ħaġa li nagħmlu u kull kelma li ngħidu jkunu kollha kemm huma mħabba, nagħmlu kif għamel Ġesù. BħalU aħna nkunu dawk li jwasslu l-ferħ u t-tama, ngħaqqdu l-qlub flimkien u nwasslu l-paċi, jiġifieri nkunu nies ta dik id-dinja li reġgħet ingħaqdet mAlla (ara 2 Kor 5,19), dinja li l-ħolqien kollu qed jistenna.

Chiara Lubich