Kelma tal-Ħajja JANNAR 2014

 

Pedament ieħor ħadd ma jista jqiegħed... u dan hu Kristu” (ara 1 Kor 3,11).

Fis-sena 50 Pawlu wasal Korintu. Din il-belt kbira tal-Greċja kienet famuża għall-port kummerċjali importanti li fih kienu jgħaddu ħafna kurrenti ta ħsieb. Hawnhekk San Pawl dam sena u nofs iħabbar il-Vanġelu u bena komunità nisranija mill-aktar sabiħa. Imbagħad oħrajn komplew fejn ħalla hu. Imma l-insara l-ġodda kienu fir-riskju li jintrabtu ma min kien iwasslilhom il-messaġġ ta Kristu aktar milli ma Kristu nnifsu. Bhekk twieldu l-partiti: “Jiena ta Pawlu”, kienu jgħidu xi wħud; u oħrajn kienu jsemmu l-appostlu ppreferut tagħhom: “Jiena ta Apollo”, jew inkella: “Jiena ta Pietru”.

Quddiem il-firda li kienet tfixkel lill-komunità, Pawlu jisħaq bil-qawwa li l-bennejja tal-Knisja, jekk tqabbilhom ma bini, ma tempju, jistgħu jkunu ħafna, imma l-pedament, il-ġebla ħajja, hu wieħed: Kristu Ġesù.

L-aktar fdan ix-xahar, fil-Ġimgħa ta talb għall-għaqda tal-insara, il-Knejjes u l-komunitajiet ekkleżjali lkoll flimkien jiftakru li Kristu hu l-pedament waħdieni tagħhom, Meta jimxu wara t-tagħlim Tiegħu u meta jgħixu l-Vanġelu waħdieni tiegħu jistgħu jsibu l-għaqda sħiħa u li tkun tidher bejniethom.

Pedament ieħor ħadd ma jista jqiegħed... u dan hu Kristu”.

Nibnu ħajjitna fuq Kristu jfisser inkunu magħqudin ħaġa waħda miegħU, naħsbuha kif jaħseb Hu, irridu dak li jrid Hu, ngħixu kif għex Hu.

Imma kif nagħmlu biex nibnu l-pedament tagħna fuqU, biex għeruqna jkun fiH? Kif insiru ħaġa waħda miegħU?

Dan nagħmluh billi ngħixu l-Vanġelu fil-ħajja tagħna ta kuljum.

Ġesù hu l-Verb, jiġifieri l-Kelma tAlla li saret bniedem. La Hu l-Kelma li saret bniedem, aħna nkunu tassew insara jekk inkunu rġiel u nisa li ħajjithom kollha tkun mibnija fuq il-Kelma tAlla.

Jekk aħna ngħixu kliemu, anzi, jekk kliemu jkun dak li jmexxi l ħajjitna, tant li nsiru “Kliem ħaj”, aħna nkunu ħaġa waħda miegħU, nintrabtu miegħU. Ma nkunx aktar jien li ngħix jew aħna li ngħixu, imma l-Kelma li tgħix fina lkoll. Nistgħu naħsbu li meta ngħixu hekk inkunu qed nagħtu sehemna sabiex tintlaħaq l-għaqda bejn l-insara kollha.

Bħalma l-ġisem, biex jgħix, irid jieħu n-nifs, l-istess ir-ruħ, biex tgħix, trid tgħix il-Kelma t’Alla.

Wieħed mill-ewwel frott hu t-twelid ta Ġesù fina u fostna. Dan iġib miegħu bidla fil-mod kif naħsbuha: kemm jekk Ewropej, Asjatiċi, Awstraljani, Amerikani jew Afrikani, f’qalbna lkoll ikun hemm l-istess sentimenti ta’ Kristu quddiem iċ-ċirkustanzi, quddiem kull bniedem u quddiem is-soċjetà.

[...] Meta ngħixu l-Kelma aħna nsibu ruħna meħlusin mill-kundizzjonamenti tal-bnedmin; inħossuna ferħana, fil-paċi, insiru nies sempliċi, mimlija ħajja u dawl. Meta nimxu wara Kristu, ftit ftit ninbidlu u nsiru Kristu ieħor.

Pedament ieħor ħadd ma jista’ jqiegħed... u dan hu Kristu”.

Imma hemm Kelma li tiġbor fiha l-kliem l-ieħor kollu, u din hi l-imħabba: tħobb lil Alla u lill-proxxmu. Ġesù jiġborha fil-qosor billi jgħid: “il-Liġi kollha u l-Profeti” (ara Mt 22,40).

Il-fatt hu li kull Kelma, għalkemm din tasal għandna bi kliem il-bnedmin u hi differenti, hi Kelma t’Alla. Imma billi Alla hu Mħabba, kull Kelma hi karità.

Mela kif se ngħixu dan ix-xahar? Kif nagħmlu biex nersqu qrib Kristu li hu “il-pedament waħdieni tal-Knisja”? Dan nagħmluh billi nħobbu kif għallimna Hu.

Santu Wistin jgħid: “Ħobb u agħmel li trid” (Jo. Ep. tr., 7,8), kważi biex jiġbor fil-qosor ir-regola tal-ħajja skont il-Vanġelu, għax meta nħobbu ma niżbaljawx, imma nwettqu bmod sħiħ ir-rieda tAlla.

Chiara Lubich