Kelma tal-Ħajja Ġunju 2014

  

“Jiena magħkom dejjem, sal-aħħar taż-żmien” (Mt 28, 20).

San Mattew l-evanġelista jibda l-Vanġelu tiegħu billi jfakkarna li Ġesù, li tiegħu kien se jirrakkonta l-istorja, hu Alla-magħna, Għimmanu-El (ara Mt 1, 23). Imbagħad itemm il-Vanġelu bil-kliem ta hawn fuq. Bdan il-kliem Ġesù qed iwiegħed li se jibqa magħna dejjem, anki wara t-tlugħ fis-Smewwiet. Hu se jibqa Alla-magħna sal-aħħar tad-dinja.

Ġesù qed jgħid dan il-kliem lid-dixxipli wara li kien bagħathom mad-dinja kollha biex iwasslu l-messaġġ tiegħu. Kien jaf tajjeb li kien qed jibgħathom bħal ngħaġ qalb l-ilpup u li huma kienu se jsibu min jeħodha kontrihom u jippersegwitahom (ara Mt 10,16-22). Għalhekk ma riedx iħallihom waħedhom fdin il-missjoni; u fil-mument li kien se jitlaq, Hu wegħidhom li se jibqa magħhom! Ma kinux se jarawh aktar bgħajnejhom, ma kinux se jisimgħu aktar leħnu, ma kinux jistgħu imissuh aktar, imma hu kien se jibqa fosthom, bħal qabel, anzi iżjed minn qabel. Infatti, jekk sa dak il-ħin hu kien ikun preżenti fpost wieħed, fKafarnahum, jew fl-għadira, jew fuq il-muntanja, jew f’Ġerusalemm, minn issa l quddiem Hu kien se jkun kulfejn ikunu d-dixxipli tiegħu.

Quddiem għajnejh Ġesù kellu wkoll lilna lkoll li ta kuljum ngħixu din il-ħajja kumplessa. Hu, l-Imħabba li saret bniedem, seta’ ħaseb hekk: jien nixtieq inkun dejjem mal-bnedmin, naqsam magħhom dak kollu li jinkwetahom, ngħidilhom xgħandhom jagħmlu; nixtieq inkun magħhom huma u jimxu fit-toroq, nidħol fi djarhom, inferraħhom bil-preżenza tiegħi.

Għalhekk Hu ried jibqa magħna u bhekk aħna nħossuH qrib tagħna, inħossu l-qawwa tiegħu, imħabbtu.

Il-Vanġelu ta San Luqa jirrakkonta li wara li rawh tiela s-Sema, id-dixxipli “mimlijin bil-ferħ reġgħu lura Ġerusalemm” (Lq 24, 52). Kif setgħu jagħmlu dan? Setgħu jagħmlu hekk għax ġarrbu kemm kien veru l-kliem li qalilhom.

Aħna wkoll inkunu mimlija bil-ferħ jekk nemmnu tassew fil-wegħda ta’ Ġesù:

“Jiena magħkom dejjem, sal-aħħar taż-żmien”.

Dan il-kliem, l-aħħar kliem li Ġesù qal lid-dixxipli, iġib fi tmiemha l-ħajja tiegħu fuq din l-art, u fl-istess ħin ta bidu għall-ħajja tal-Knisja, li fiha jinsab preżenti b’ħafna modi: fl-Ewkaristija, fil-Kelma tiegħu, fil-ministri tiegħu (l-isqfijiet, is-saċerdoti), fil-foqra, fiċ-ċkejknin, fl-imwarrbin ..., fil-proxxmu tagħna kollu.

Aħna nħobbu nisħqu fuq preżenza partikulari ta’ Ġesù, dik li Hu stess uriena fil-Vanġelu ta Mattew: “Fejn tnejn jew tlieta jkunu miġbura fismi hemm inkun jien fnofshom” (ara Mt 18, 20). Bil-ħila ta din il-preżenza, Hu jrid ikun kullimkien fostna.

Jekk ngħixu dak li jikkmandana, fuq kollox il-kmandament il-ġdid tiegħu, aħna nkunu nistgħu nħossu din il-preżenza tiegħu anki meta ma nkunux fil-knisja, imma meta nkunu qalb in-nies, fil-postijiet fejn ngħixu, kullimkien.

Ġesù jitlob minna li nħobbu ’l xulxin, naqdu ’l xulxin, nifhmu l xulxin, nieħdu sehem fit-tbatijiet, fl-inkwiet u l-ferħ ta’ ħutna, li nħobbuhom bdik l-imħabba nisranija li kollox tgħatti, li kollox taħfer. Din hi mħabba tipika tan-nisrani.

Ejjew ngħixu hekk, sabiex minn din id-dinja stess kulħadd ikollu ċ-ċans li jiltaqa miegħU.

 

Chiara Lubich