Il-Papa Ġwanni Pawlu II f'Malta

 

Il-Papa Ġwanni Pawlu II jitkellem  dwar l-ewwel żjara tiegħu f’Malta. 

"Minkejja ċ-ċokon tagħha, Malta hija pajjiż b’importanza internazzjonali kbira. Il-qagħda ġeografika tagħha iffavoriet il-laqgħa ta’ kulturi u idjomi differnti. Illum ukoll Malta għadha tħaddan din il-vokazzjoni ta’ medjazzjoni fost il-ġnus tal-baħar mediterran kollu. Nittama li hija tagħraf tissokta f’din il-missjoni naturali tagħha, mingħajr ma tirrinunzja għall-patrimonju prezzjuż ta’ valuri li kisbet mill-ġenerazzjonijiet li għaddew.

"Filwaqt li kont qed nerġa’ lura lejn Ruma, bqajt inħoss profondament l-impressjonijiet li ħadt waqt iż-żjara; fuq ix-xtut ta’ dik il-gżira kien niżel San Pawl; hemmhekk kien inkiteb kapitlu importanti ta’ l-istorja tal-Knisja, li f’Jum l-Għid il-Ħamsin wriet ruħha lid-dinja kollha bħala l-Poplu ta’ Alla, mwieled mis-Salib u mill-Qawmien mill-Imwiet ta’ kristu, u li qiegħed jimxi t-triqat ta’ din l-art fil-qawwa ta’ l-Ispirtu."

Parti mid-Diskors waqt l-Udjenza tal-Erbgħa, 30 ta’ Mejju 1990.

 

 

L-Aħħar Messaġġ ta’ Ġwanni Pawlu II qabel ħalla Malta fit-tieni  żjara tiegħu

"Malta qegħdha fiċ-centru tal-Mediterran. Għalhekk intkom għandkom vokazzjoni unika biex tibnu pontijiet bejn l-popli tal-Mediterran, bejn l-Africa u l-Ewropa. Il-futur tal-paċi fid-dinja jiddependi fuq it-tisħiħ tad-djalogu u fehim bejn kulturi u reliġjonijiet. Komplu fit-tradizzjoni tagħkom ta’ ospitalita’, u komplu fl-impenn tagħkom nazzjonali u internazzjonali fl-interess tal-ħelsien, ġustizzja u paċi.

" .... Jiena xtaqt li nħeġġeġ lil dawk li kollha ta’ rieda tajba biex jiddefendu l-ħajja, biex jġibu ‘l  quddiem ir-rispett lejn id-dinjita’ ta kull bniedem, biex iħarsu l-familja minn tant theddid tallum, biex jiftħu lejn il-foqra u l-isfruttati tad-dinja, u biex jaħdmu għall-ordni internazzjonali mibni fuq ir-rispett għall-liġi u fuq is-solidarjeta’ ma dawk inqas ixxurtjati. Dan huwa wkoll ix-xogħol u l-idejal li inħallilkom, maħbub poplu ta’ Malta.

"Fl-Atti ta’ l-Appostli, San Luqa jikteb li l-Maltin “urew ġieħ kbir [lil San Pawl u sħabu], u meta [ġew] biex jitilqu, għabbew fuq il-ġifen kull ma [kien jeħtieġu]” (Atti, 28:10). Spiritwalment jiena kelli din l-istess esperjenza u ser nitlaq infaħħar ‘l Alla f’qalbi għalikom lkoll."

Silta mid-diskors tat-tluq fl-Ajruport, 9 ta' Mejju 2001.