Ittra miftuħa mill-Isqfijiet lill-Membri Parlamentari Maltin

dwar il-mewt medikament assistita

24 ta’ Lulju 2016

Onerevoli Membru Parlamentari,

Filġranet li ġejjin se tiġi diskussa, f’xi wħud millKumitati Permanenti talParlament, ilkwistjoni li tqanqlet dan laħħar f’pajjiżna dwar lassistenza medika bilgħan li ttemm direttament ilħajja.

Bħala lIsqfijiet ta’ bosta minn dawk li inti tirrappreżenta filParlament Malti, qed niktbulek din littra sabiex nesprimu ttħassib tagħna dwar din ilkwistjoni u flistess waqt naqsmu miegħek dawn irriflessjonijiet etiċi u morali:

Aħna nemmnu bissħiħ firrispett lejn iddinjità talħajja umana li kull ċittadin għandu ddritt li jgawdi matul listadji kollha talħajja, millbidunett tattnissil salmewt naturali. Dan ittwemmin huwa ssisien ta’ kull ċiviltà mibnija fuq ilħarsien taljeddijiet ta’ kull bniedem, fosthom iljedd fundamentali talħajja umana. Liskop talliġi huwa li jagħti protezzjoni lil kull ħajja umana, b’mod partikolari meta din tkun żvantaġġjata u vulnerabbli, u mhux li jiffaċilita u jippromwovi ttmiem tagħha. Kull soċjetà li ddgħajjef ilprojbizzjoni legali ta’ qtil intenzjonat ta’ bniedem tkun qed tmermer ilfibra morali u soċjali tagħha.

Meta ċittadin isir dipendenti, dgħajjef jew vulnerabbli minħabba kundizzjonijiet ta’ mard, diżabiltà, jew tbatija insopportabbli, soċjetà moderna mistennija li twieġeb bi strutturi b’saħħithom u sensittivi ta’ wens u sedqa biex ħadd ma jiġi mwarrab, ma jaqa’ lura jew jitqies bħala piż fuq loħrajn. Soċjetà turi lwiċċ ħanin tagħha meta persuni vulnerabbli la jiġu abbandunati u wisq aktar ma ddaħħal xi forma ta’ protezzjoni legali għallassistenza medika bilgħan li tħaffef ilproċess talmewt. Għallkuntrarju, f’pajjiżna għandna nsaħħu sservizz mediku ta’ kura paljattiva u nkomplu nifirxu xxikba ta’ solidarjetà soċjali f’servizzi siewja bla ħlas li Hospice Movement diġà qed joffri filkomunità lil tant pazjenti b’mard terminali u lillqraba tagħhom. Servizzi ta’ kwalità għolja u effiċjenti f’dan ilqasam joffri mhux biss wens u appoġġ kbir malpazjenti u lqraba tagħhom, iżda jnissel ukoll sens ta’ serħan ilmoħħ fissoċjetà.

Iddritt għallħajja huwa dritt fundamentali ta’ kull persuna u għalhekk hemm lobbligu li lħajja tkun rispettata millbidu sattmiem naturali tagħha. Kull persuna għandha wkoll iddritt li tingħata lkura u ssoċjetà għandha lobbligu morali li tipprovdi sservizzi mediċi biex tħares dan iddritt għallħajja. Ilpazjent għandu ddritt legali u morali li jirrifjuta ttrattament mediku meta dan ikun sproporzjonat, jiġifieri ma joffri lebda tama ta’ ġid, jinvolvi spejjeż enormi jew jikkaġuna tbatija insopportabbli. Li jitwaqqaf jew ma jinbediex ittrattament mediku minħabba dawn irraġunijiet, minkejja li lkura paljattiva għandha tkompli tingħata, hija etikament għal kollox differenti minn meta pazjent jitlob għallassistenza medika biex jitħaffef ilproċess talmewt. Filwaqt li flewwel każ, lintenzjoni hija li ma jsir lebda intervent mediku biex jiġi rispettat ilproċess naturali talmewt, fittieni każ lintervent mediku jsir blintenzjoni li joqtol lillpazjent. “Għemil jew nuqqas ta’ għemil li, minnu nnifsu jew blintenzjoni ta’ min jagħmlu, jagħti lmewt lil dak li jkun biex ma jbatix aktar, hu qtil li jmur gravement kontra ddinjità talpersuna talbniedem u kontra rrispett li jistħoqqlu Alla lĦaj u Ħallieq” (Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, 2277).

Illum kulħadd japprezza ssens qawwi ta’ awtonomija li tgawdi kull persuna umana. Kulħadd jixtieq li jieħu rriedni ta’ ħajtu f’idejh u jfassal ħajtu b’mod responsabbli skont ixxewqat u lpjanijiet tiegħu. Dan huwa pass ’il quddiem fiċċiviltà ta’ llum! Però din lawtonomija ma tfissirx li wieħed għandu ljedd li jiddeċiedi hu meta jtemm ilħajja minħabba tbatija insapportabbli, diżabiltà jew xi inkonvenjent ieħor. Ilħarsien talħajja jiġi qabel iddritt għallibertà. Ittalba ta’ pazjent biex jingħata assistenza medika biex tikkawża direttament ilmewt, anke meta dan ikun filproċess imminenti talmewt, mhix kwistjoni ta’ libertà ta’ għażla. Lawtonomija li jgawdi kull individwu mhix assoluta u bla limitu.  Ilprotezzjoni talħajja umana, b’mod partikulari meta din tkun dipendenti u vulnerabbli, huwa prinċipju etiku u legali li jiżboq ilprinċipju talawtonomija. Jekk, f’dan ilkuntest, ilprinċipju talawtonomija jiġi mifhum f’sens assolut, dan ifaqqar ilvokazzjoni medika għal sempliċi funzjoni “teknika” fejn ittabib jeżegwixxi dak li jrid ilpazjent u f’dan ilkaż iwettaq għemil li jmur kontra lmissjoni ta’ tabib bħala dak li jħares ilħajja u li qatt ma jikkaġuna lmewt.  Bidla filliġi dwar ilprotezzjoni  talħajja umana tfisser bidla filkultura u lmentalità ta’ pajjiżna dwar kif nibdew inħarsu lejn lanzjani tagħna, persuni b’mard kroniku, persuni b’diżabilità jew kundizzjonijiet oħra.

Hemm min jirraġuna li meta pazjent jitlef ilkwalità talħajja minħabba kundizzjonijiet ta’ tbatija insapportabbli, diżabiltà fiżika jew mentali, jew dipendenza assoluta fuq loħrajn, ilħajja umana titlef ilvalur tagħha u għalhekk għandha tiġi onorata xxewqa ta’ min għejja jgħix u tilef kull xewqa li jkompli jissielet ilbattalja talħajja. Aħna nifhmu ttbatija psikoloġika u fiżika li pazjent u lqraba jkunu qed iġarrbu. Aħna nħossuna solidali ma’ kull min hu għaddej minn dawn lesperjenzi qarsa ta’ sofferenza. Però nemmnu li lvalur talħajja umana ma jiddependix missaħħa jew millmard. Nemmnu wkoll li lassistenza medika li tingħata lillpazjent biex itemm ħesrem ilħajja qatt ma tista’ tkun flaħjar interess talpazjent.

Jekk min huwa filprofessjoni medika jkollu jiġi mġiegħel itemm ilħajja ta’ xi ħadd, infakkru li liġi li tobbliga lil xi ħadd imur kontra lkuxjenza tiegħu jew tagħha tkun liġi inġusta.

Aħna nappellaw lil kull Membru Parlamentari biex ikompli jħares iddinjità talħajja umana f’kull stadju tagħha, millkonċepiment salmewt naturali tagħha. Fost laqwa kisbiet li pajjiżna xettel u kabbar matul ilmedda twila tassnin filkultura Maltija hemm irrispett lejn ilħajja umana matul listadji kollha tagħha. Dan huwa wirt nazzjonali li għandna nkomplu ngħożżuh u nikkonsolidawh biex ngħadduh bla mittiefes lillġenerazzjonijiet futuri ta’ pajjiżna.

Ma nistgħux ma nfissrux lapprezzament kbir tagħna għallfatt li ħafna millfamilji tagħna għadhom juru għożża kbira malmorda terminali, lanzjani u persuni vulnerabbli u jagħżlu li jibqgħu jduru bihom fi djarhom stess. Limħabba u lempatija li normalment ilqraba juru meta jakkumpanjaw lil dawn ilpersuni f’waqtiet tant iebsin talħajja, anke meta jkunu flisptarijiet, huma sinjal ta’ ċiviltà umana unika. Nappellaw lil ħutna Maltin u Għawdxin biex ikattru dawn lgħemejjel ta’ ħniena u nkomplu nistinkaw ħalli ebda ċittadin ta’ pajjiżna ma jisfa abbandunat filmarda jew kundizzjoni kronika tiegħu.

 

Charles J. Scicluna,    Arċisqof ta’ Malta             

✠ Mario Grech,    Isqof ta’ Għawdex