IL-MISSIERNA
Missierna li inti fis-Smewwiet, jitqaddes Ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema hekkda fl-art.
Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum, aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda eħlisna mid-deni. Amen.
Din hija t-talba li Ġesú nnifsu għallem lill-Appostli u għalhekk fiha tifsira speċjali għaliex ħarget minn fomm l-Imgħallem stess. Fiha żewġ partijiet. Fl-ewwel parti nistqarru lil Alla bħala Missier tagħna lkoll u allura li aħna lkoll aħwa. Inqaddsu l-Isem ta’ Alla u nitolbu li fl-art ukoll ikun hawn is-Saltna ta’ Alla billi issir ir-rieda tiegħu. Fit-tieni parti nitolbu l-bżonnijiet tagħna, nitolbu l-maħfra ta’ Alla waqt li nwegħdu li aħna wkoll naħfru lil ħutna, u nitolbu li nkunu mħarsa mit-tiġrib. |