|
IKUN IMBIEREK ALLA
Ikun imbierek Alla.
Imbierek l-Isem Imqaddes tiegħu.
Imbierek Ġesú Kristu, veru Alla u veru bniedem.
Imbierek l-Isem ta’ Ġesú .
Imbierka l-Qalb Imqaddsa tiegħu.
Imbierek id-Demm għażiż tiegħu.
Imbierek Ġesú fis-Santissmu Sagrament ta’ l-artal.
Imbierek l-Ispirtu s-Santu Paraklitu.
Imbierka l-kbira Omm Alla, Marija Santissma.
Imbierka l-Imqaddsa u Immakulta Kunċizzjoni tagħha.
Imbierek it-Tlugħ glorjuż tagħha fis-sema.
Imbierek l-Isem ta’ Marija, Verġni u Omm.
Imbierek San Ġużepp, għarus kastissmu tagħha.
Imbierek Alla fl-anġli u l-qaddisin kollha tiegħu.
Din hija litanija qasira magħrufa bħala It-Tifħir Divin. L-oriġni tagħha mhux magħruf imma l-Encyclopedia of Catholicism, (San Francisco; HarperCollins, 1995) tgħid li dan it-tifħir divin aktarx inkiteb mill-Ġiżwita Louis Felici għal ħabta tas-sena 1779 bħala tpattija kontra d-dagħa.