IL-PAPA FRANĠISKU

UDJENZA ĠENERALI

Pjazza San Pietru

L-Erbgħa 6 ta’ Novembru 2019

 

Katekeżi fuq l-Atti tal-Appostli – 15.

Dak li intom tqimuh bla ma tagħrfuh, inħabbarhulkom jien (Atti 17:23). Pawlu fl-Arjopagu: eżempju ta’ inkulturizzazzjoni tal-fidi f’Ateni

 

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

 

Nibqgħu mexjin bil-“vjaġġtagħna tul il-ktieb tal-Atti tal-Appostli. Wara l-provi li ġarrab f’Filippi, Tessalonika u Bereniċi, Pawlu jasal Ateni, proprju fil-qalba tal-Greċja (ara Atti 17:15). Din il-belt, li kienet tgħix għad-dell tal-glorji tal-qedem minkejja d-dekadenza politika, kien għad kellha f’idejha l-primat tal-kultura. Hawn l-Appostlukien jinkedd fih innifsu jara l-belt mimlija idoli” (Atti 17:16). Imma dan l-“impatt” mal-paganiżmu, flok ġagħlu jaħrab, iktar ħeġġu biex joħloq pont biex jiddjaloga ma’ dik il-kultura.

 

Pawlu jagħżel li jidħol f’familjaritŕ mal-belt u hekk jibda jiffrekwenta l-postijiet u l-persuni l-aktar sinifikattivi. Jidħol fis-sinagoga, simbolu tal-ħajja tal-fidi; imur fil-pjazza, simbolu tal-ħajja tal-belt; u jmur fl-Arjopagu, simbolu tal-ħajja politika u kulturali. Jiltaqa’ ma’ Lhud, filosfi Epikurin u Stojċi, u ħafna oħrajn. Jiltaqa’ man-nies kollha, ma jingħalaqx, imur jitkellem man-nies kollha. Hekk Pawlu josserva l-kultura, josserva l-ambjent ta’ Ateni billi jitlaqminn ħarsa kontemplattiva” li tiskopri lildak Alla li joqgħod fid-djar tagħha, fit-toroq tagħha, fil-pjazez tagħha” (Evangelii gaudium, 71). Pawlu ma jħarisx lejn il-belt ta’ Ateni u d-dinja pagana b’ostilitŕ, imma bl-għajnejn tal-fidi. U dan iġagħalna nistaqsu fuq il-mod ta’ kif aħna nħarsu lejn il-bliet tagħna: Nosservawhom b’indifferenza? Bi stmerrija? Jew bil-fidi li tagħraf l-ulied ta’ Alla qalb il-folol bla isem?

 

Pawlu jagħżel il-ħarsa li twasslu biex jiftaħ passaġġ bejn il-Vanġelu u d-dinja pagana. Fil-qalba ta’ waħda mill-istituzzjonijiet l-aktar ċelebri tad-dinja antika, l-Arjopagu, hu jagħraf eżempju straordinarju ta’ inkulturizzazzjoni tal-messaġġ tal-fidi: ixandar lil Ġesů Kristu lil dawk li kienu jqimu l-idoli, u dan ma jagħmlux bi vjolenza, imma billi jsirpontifex, bennej tal-pontijiet” (Omelija f’Santa Marta, 8 ta’ Mejju 2013).

 

Pawlu jieħu spunt mill-altar tal-belt iddedikat lilAlla Mhux Magħruf” (Atti 17:23) – kien hemm altar u fuqu l-kitba “Lil Alla Mhux Magħruf”; l-ebda xbieha, xejn, skrizzjoni biss. Ibda minn dik id-“devozzjonilejn Alla Mhux Magħruf, biex jidħol f’empatija mas-semmiegħa tiegħu hu jħabbar li Allajgħammar qalb iċ-ċittadini” (Evangelii gaudium, 71) u “ma jinħebiex quddiem dawk li jfittxuh b’qalb sinċiera, anki jekk dan jagħmluh naqra naqra” (ibid.). Hija proprju din il-preżenza li Pawlu jipprova jiżvela: “Dak li intom tqimuh bla ma tagħrfuh, inħabbarhulkom jien” (Atti 17:23).

 

Biex jirrivela l-identitŕ ta’ dak alla li n-nies ta’ Ateni jqimu, l-Appostlu jibda mill-ħolqien, jiġifieri mill-fidi biblika f’Alla tar-Rivelazzjoni, biex jasal għall-fidwa u għall-ġudizzju, jiġifieri għall-messaġġ tabilħaqq Nisrani. Hu juri kemm huma mbiegħda minn xulxin il-kobor tal-Ħallieq u t-tempji mibnija b’idejn il-bniedem, u jfisser li l-Ħallieq iħalli dejjem lil min ifittxu biex kulħadd jistajsibu. Hekk Pawlu, skont espressjoni sabiħa tal-Papa Benedittu XVI, “iħabbar lil Dak li l-bnedmin jinjoraw, imqar jekk jafuh: il-Mhux MagħrufMagħruf” (Benedittu XVI, Laqgħa mad-dinja tal-kultura fil-Collčge des Bernardins, 12 ta’ Settembru 2008). Imbagħad, jistieden lil kulħadd biex imur lil hemm minn dak “li kienu għadhom ma jafux” u jiddeċiedu li jikkonvertu fid-dawl tal-ġudizzju li kien fil-qrib. Pawlu hekk jasal għall-kerygma u jalludi għal Kristu, mingħajr ma jsemmih, billi jsejjaħlubniedem li ħatru hu [Alla]; u ta’ dan kollu ta prova quddiem kulħadd billi lilu qajmu mill-imwiet” (Atti 17:31).

 

U l-problema hawn qiegħda. Il-kelma ta’ Pawlu, li sa issa kienet ħalliet bla nifs lil min semagħhagħax kienet skoperta interessanti –, taħbat ma’ sikka: il-mewt u l-qawmien ta’ Kristu jidhru bħalabluha” (1 Kor 1:23) u jqanqlu stmerrija u żufjett. Pawlu allura jitbiegħed minn hemm: it-tentattiv tiegħu jidher li falla, imma xi wħud jagħtu widen għall-kelma tiegħu u jiftħu qalbhom għall-fidi. Fost dawn hemm Djonisju, membru tal-Arjopagu, u waħda mara, Damari. Anki f’Ateni l-Vanġelu jniżżel l-għeruq tiegħu u jistajixtered b’żewġt ilħna: dak ta’ raġel u dak ta’ mara!

 

Nitolbu aħna wkoll illum lill-Ispirtu s-Santu jgħallimna nibnu pontijiet mal-kultura, ma’ min ma jemminx jew ma’ min għandu twemmin differenti minn tagħna. Nibnu dejjem pontijiet, dejjem b’idejna miftuħa, qatt bi vjolenza. Nitolbuh li jkollna l-ħila li ninkulturaw bil-ħlewwa kollha l-messaġġ tal-fidi, billi nixħtu fuq dawk kollha li ma jafux bi Kristu ħarsa kontemplattiva, imqanqla minn imħabba li kapaċi trattab imqar l-aktar qlub iebsa.

 

 

miġjuba mit-Taljan għall-Malti minn Francesco Pio Attard