Ħuti Isqfijiet, il-jum it-tajjeb!

Għandi stampati f’qalbi l-istejjer, it-tbatijiet u n-niket tal-minuri li sfaw abbużati sesswalment minn saċerdoti.  Għadha tkompli tgħakkisni l-mistħija minħabba l-fatt li persuni li kienu inkargati biex jieħdu kura ta’ dawn iż-żgħar, ivvjolentawhom u għamlulhom ħsarat gravi.  Dan nikkundannaħ profondament.  Alla jibki.  Il-krimini u d-dnubiet tal-abbuż sesswali tal- minuri ma jistgħux jibqgħu jinsatru aktar.  Jien nimpenja ruħi li l-Knisja tkun attenta biex tħares lill-minuri u nwiegħed li kull min hu responsabbli, jagħti kont ta’ għemillu.  Il-vittmi tal-abbuż saru ħabbara awtentiċi ta’ tama u ministri tal-ħniena; bl-umiltà kollha aħna nħossuna grati lejhom individwalment u lejn il-familji tagħhom għal-valur immens li bis-saħħa tagħhom jiżreġ id-dawl ta’ Kristu fuq il-ħażen tal-abbuż seswali fuq il-minuri.  U dan qed ngħidu għax għadni kif iltqajt ma’ grupp ta’ persuni li kienu abbużati meta kienu għadhom tfal, li hawnhekk, f’Filadelfja, huma akkumpanjati u megħjunin b’imħabba partikolari mil-Arċisqof Mons. Chaput u dehrilna li jkun tajjeb li dan ngħiduhulkom.

Inħossni kuntent li għandi l-opportunità li nista’ naqsam magħkom dawn il-mumenti ta’ riflessjoni pastorali fiċ-ċirkostanza ferrieħa tal-Laqgħa Dinjija tal-Familji.

Infatti, qabel kollox, għall-Knisja, il-familja mhix preokupazzjoni, imma l-konferma hienja tal-barka t’Alla fil-kapaulavur tal-ħolqien.  Kull jum, f’kull rokna tal-pjaneta, il-Knsija għandha għaliex tifraħ mal-Mulej għar-rigal ta’ familji li, anki waqt l-aktar provi iebsin, jonoraw il-wegħda u jħarsu l-fidi!

Hekkhu, nista’ ngħid, li l-ewwel impuls pastorali li f’din l-epoka impenjattiva qed jintalab minna hu pass deċiż ta’ dan l-gaħrfien.  L-istima u l-gratitudni għandhom jirbħu fuq it-tgemgim, minkejja l-ostakoli li għandna quddiemna. Il-familja hi l-pedament tal-patt tal-Knisja mal-ħolqien, ma’ dan il-ħolqien ta’ Alla, li Alla bierek fl-aħħar jum permezz ta’ familja.  Mingħajr il-familja lanqas il-Knisja ma tkun teżisti: u lanqas tista’ tkun dak li hi msejħa biex tkun jiġifierei «sinjal u strument ta’ komunjoni ma’ Alla u tal-għaqda bejn ir-razza umana kollha kemm hi» (cfr Lumen Gentium,1).

Mhemmx għalfejn ngħidu, dak li nifhmu aħna, li aħna magħġunin mill-integrazzjoni tal-fidi ekkleżjali u l-esperjenza tal-grazzja konjugali, imbierka bħala sagrament, m’għandux inessina t-trasformazzjoni profonda tas-soċjetà kontemporanja bl-effetti soċjali u kulturali – u issa wkoll, bi sfortuna, anki dik ġuridiċi – li tħalli fuq ir-rabtiet familjari u li teffettwa lilna lkoll nemmnu jew ma nemmnux.  In-Nisrani mhux “immuni” mit-tibdil ta’ żmienu, u din id-dinja konkreta, bl-għadd kbir ta’ problemi u possibiltajiet tagħha, hija l-post fejn aħna rridu ngħixu, nemmnu u nħabbru.

Żmien ilu konna ngħixu f’kuntest soċjali li fih il-punti ta’ qbil bejn l-istituzzjoni ċivili u s-sagrament Nisrani kienu bosta u maqbula: kienu marbutin ma’ xulxin u jwieżnu lil xulxin.  Issa mhux aktar hekk.  Biex niddeskrivu s-sitwazzjoni attwali nista’ nagħżel żewġ immaġni tipiċi tas-soċjetajiet tagħna: min-naħa, il-ħwienet, in-negozji żgħar tal-kwartieri tagħna, u min-naħa l-oħra s-supermarkets” kbar u ċ-ċentri kummerċjali.

Ftit żmien ilu wieħed kien isib dak kollu li jeħtieġ għall-ħajja personali u tal-familja, f’ħanut wieħed – m’hemmx għalfejn ngħidu bi preżentazzjoni fqira, bi ftit prodotti u għalhekk b’għażla limitata.  Imma kien hemm rabta personali bejn tal-ħanut u l-klijenti tal-madwar.  Kien isir bejgħ bid-dejn, jiġifieri kien hemm il-fiduċja, kienu jkunu jafu lil xulxin, kien hemm il-qrubija.  Wieħed kien jafda lill-ieħor.  Kien isib il-kuraġġ li jafdah.  F’ħafna postijiet kien ikun magħruf bħal “l-ħanut tal-kwartier”.

Tul dawn l-aħħar għexieren ta’ snin żviluppaw u kibru negozji ta’ tip ieħor: iċ-ċentri kummerċjali.  Donnu li d-dinja saret “supermarket” kbir fejn il-kultura kisbet id-dinamika tal-konkorrenza.  Ma jsirx aktar bejgħ bid-dejn, ma hemmx fiduċja fl-oħrajn.  Mhemmx rabta personali, relazzjoni, qrubija.  Il-kultura ta’ issa donnha tistimola lill-bniedem biex jidħol fid-dinamika li ma jintrabat ma’ xejn u ma’ ħadd.  Biex ma jnissilx fiduċja u ma jkollux fiduċja.  Għaliex l-aktar ħaġa importanti llum donnha tidher li hi mmexxija mill-konsum.  Konsum ta’ relazzjonijiet, konsum ta’ ħbiberiji, konsum tar-reliġjonijiet, konsum, konsum.  La jimpurtana mill-prezz u lanqas mill-konsegwezi.  Konsum li ma jiġġenerax rabtiet, konsum li jmur ‘l hinn mir-relazzjonijiet umani.  Ir-rabtiet huma biss “mezz” biex nissodisfa “l-ħtiġijiet tiegħi”.  Il-proxxmu, bil-wiċċ tiegħu, bl-istorja tiegħu, b’dak li hu għażiż għalih, ma jibqax aktar importanti.

Dan l-aġir jiġġenera kultura li tiskarta dak kollu li “mhux meħtieġ” aktar jew “li ma jissodisfax” il-gosti tal-konsumaturi.  Is-soċjetà tagħna għamilniha vetrina multikullturali wiesa’ ħafna marbuta biss mal-gosti ta’ xi “konsumaturi”, waqt li min-naħa l-oħra, dawn huma bosta, huma ħafna u ħafna, dawk li «jieklu l-loqom li jaqgħu mill-mejda tas-sidjien tagħhom» (Mattew 15,27).

Dan jiftaħ ferita kbira, ferita kulturali ta’ daqs kbir.  Nażżarda ngħid li waħda mir-raġunijiet prinċipali tal-faqar jew ta’ tant sitwzzjonijiet kontemporanji, hi s-solitudni li fiha jsibu li jkollhom jgħixu tant persuni.   Il-kilba li niġbdu xi “like”, il-kilba li nżidu l-għadd tal-“followers” fuq kwalunkwe mezz ta’ komunikazzjoni soċjali: u hekk ninqabdu fix-xibka ta’ dak li għandha x’toffri din is-soċjetà kontemporanja.  Solitudni li tibża’ mill-impenn f’tiftix sfrenat li nħossuna “aċċettati”.

Għandna nikkundannaw liż-żgħażagħ tagħna għax kibru f’soċjetà bħal din?  Għandna niskumnikawhom għax jgħixu f’din id-dinja?  Huma għandhom jisimgħu lir-rgħajja tagħhom jgħidulhom ħwejjeġ bħal: “kemm kien aħjar dari”; “id-dinja hi diżastru, u jekk nibqgħu sejrin hekk ma nafux fejn se nispiċċaw”?  Dan qed ifakkarni f’xi “tango” Arġentin!  Le, ma nemminx, ma nemminx li din hi t-triq.  Aħna r-rgħajja, fuq il-passi tar-Ragħaj, mistednin infittxu, nakkumpanjaw, nerfgħu, nikkuraw il-ġrieħi ta’ żmienna.  Inħarsu lejn ir-realtà bl-għajnejn ta’ min għandu l-għarfien tas-sejħa biex jiċċaqlaq, għall-konverżjoni pastorali. Id-dinja tal-lum qed titlob b’insistenza din il-konverżjoni pastorali. «Hu vitali li llum il-Knisja toħroġ biex tħabbar, fil-postijiet kollha, f’kull okkażjoni, mingħajr tlajjar, mingħajr ma nħossuna mbuttati u mingħajr biża’.  Il-ferħ tal-Evanġelju hu għall-poplu kollu, ma jista’ jħalli barra ‘l ħadd» (Ill-Ferħ tal-Vanġelu, 23).  L-Evanġelju mhux prodott tal-konsum, ma jidħolx f’din il-kultura tal-konsumiżmu.

Inkunu qed niżbaljaw jekk ninterpretaw lil din “il-kultura” tad-dinja attwali biss bħala  diżaffezzjoni għaż-żwieġ u l-familja f’termini ta’ egoiżmu pur u sempliċi.  Jaqaw iż-żgħażagħ tal-lum saru lkoll irrimedjabbilment beżżiegħa, dgħajfa, inkonsistenti?  Ma naqgħux f’din in-nassa.  Ħafna żgħażagħ, f’dil-kultura dissuasiva, ta’ qtigħ il-qalb, interjoriżżaw speċi ta’ suduzzjoni inkonxja, jibżgħu, biża’ inkonxju li mhumiex jindunaw bih, u ma jiġrux wara l-isbaħ stimoli, l-istimoli l-aktar għolja u anki l-aktar meħtieġa.  Hemm ħafna li jibqgħu jitnikkru biex jiżżewġu bl-istennija ta’ qagħda ekonomika ideali.  Intant il-ħajja tibqa’ għaddejja, mingħajr togħma.  Għaliex l-għarfien tal-veru togħmiet tal-ħajja jimmatura maż-żmien, bħala frott tal-investiment ġeneruż tal-passjoni, tal-inteliġenza, tal-entużjażmu.

Ftit jiem ilu, fil-Kungress (tal-Istati Uniti) kont qed ngħid li qed ngħixu kultura li timbotta u tikkonvinċi liż-żgħażagħ biex ma jiffurmawx familja, uħud minħabba n-nuqqas ta’ meżżi materjali u oħrajn għax għandhom ħafna meżżi u qiegħdin komdi ħafna, imma din hi t-tentazzjoni: li ma jiffurmawx familja.

Bħala rgħajja, aħna l-isqfijiet imsejħin biex niġbru l-forzi tagħna u bl-onestà nerġgħu nqajjmu l-entużjażmu għat-twelid tal-familji li jwieġbu aktar bis-sħiħ għall-barka t’Alla, kif fil-fatt huma!  Jeħtieġ ninvestu l-enerġiji tagħna mhux tant biex infissru u nerġgħu nfissru d-difetti tal-kundizzjoni attwali tal-lum u l-preġji tal-Kristjaneżmu, daqskemm pjuttost, li nistiednu liż-żgħażagħ biex ikunu qalbiena fl-għażla taż-żwieġ u tal-familja.  Kemm nisa fi Buenos Aires kienu jilmentaw: “Għandi ibni ta’ 30, 32, 34 sena u għadu ma żżewwiġġx, ma nafx x’se nagħmel”. “Sinjura, tgħaddilux aktar ħwejġu!”  Hemm bżonn inqanqlu l-entużjażmu taż-żgħażagħ biex jieħdu dan ir-riskju, imma li hu riskju għammiel u jagħti l-ħajja.  F’dan ukoll hemm bżonn il-kuraġġ qaddis tal-isqfijiet li jgħidu l-affarijiet kif inhuma.  “Għaliex ma tiżżewwiġġx?” – “Iva, għandi għarusa, imma ma nafux... iva...le... qed inġemmgħu għar-‘reception’, minħabba f’hekk...”  Il-kuraġġ qaddis li nakkumpanjawhom sal-impenn taż-żwieġ.

Kristjaneżmu li “jagħmel ftit” fil-prattika, filwaqt li jibqa’ “jispjega” bla heda t-tagħlim tiegħu hu żbilanċjat ħafna.  Nasal ngħid li hu maqbud f’ċirku vizzjuż.  Ir-ragħaj għandu juri li “l-Evanġelju tal-familja” hu veramnet “aħbar tajba” f’dinja fejn donnu jidher li qed isaltan suprem “dak li jolqot lili”!  M’aħniex nitkellmu dwar xi ħolma romantika: il-perseveranza meħtieġa biex ikollok familja u trabbiha, tittrasfrma d-dinja u l-istorja tal-bniedem.  Il-familji jittrasformaw id-dinja u l-istorja.

Ir-ragħaj bis-serenità, imma b’ħerqa kbira, jxandar il-Kelma t’Alla.  Jinkoraġġixxi lil dawk li jemmnu biex jimmiraw fl-għoli.  Jgħin lil ħutu biex jisimgħu u jkollhom esperjenza tal-wegħda t’Alla li tista’ sseddqilhom l-esperjenza tal-maternità u l-paternità f’oriżżont ta’ “familjarità” ġdida ma’ Alla (Mark 3:31-35).

Ir-ragħaj jgħasses fuq il-ħolm, il-ħajja u t-tkabbir tal-merħla.  Din “l-attenzjoni” mhix riżultat tad-diskors imma tat-tmexxija.  Hu biss dak li għandu ħila jieqaf “f’nofs il-merħla” li jaf jkun attent, mhux xi ħadd li jibża’ mill-mistoqsijiet, jibża’ mill-kuntatt u l-akkumpanjament.  L-ewwel u qabel kollox, ir-ragħaj jgħasses bit-talb, jirfed il-fidi tal-poplu tiegħu u jnissel il-kunfidenza fil-Mulej, fil-preżenza tiegħU.  Ir-ragħaj jibqa’ dejjem għajnejh miftuħin billi jgħin lin-nies jerfgħu ħarsithom ‘il fuq fi żmien l-iskoraġġiment, il-frustrazzjoni u l-falliment.  Nistgħu nistaqsu lilna nfusna jekk fil-ministeru tagħna aħniex lesti li “naħlu” l-ħin mal-familji.  Jekk aħniex lesti li nkunu preżenti għalihom, naqsmu magħhom id-diffikultajiet u l-ferħat tagħhom.

Naturlament, l-esperjenza tal-ispirtu ta’ din il-familjarità hienja ma’ Alla, li mbagħad inxerrdu l-frott qawwi evanġeliku tagħha, għandha tkun il-karatteristika primarja ta’ ħajjitna bħala isqfijiet: stil ta’ ħajja ta’ talb u l-predikazzjoni tal-Evanġelju (Atti 6:4).  Minn dejjem laqatni l-fatt li fl-ewwel żminijiet tal-Knisja, l-Elleniċi kienu gemgmu għax ma kinitx qed tingħata attenzjoni biżżejjed lir-romol u lill-orfni.  Naturalment, l-Appostli ma setgħux jieħdu ħsieb dan personalment, għalhekk inġabru flimkien u ħarġu bl-idea tad-djakni.  L-Ispirtu s-Santu tahom l-ispirazzjoni biex joħolqu d-djakni u meta Pietru ħabbar din id-deċiżjoni spjega: “Se nagħżlu seba’ rġiel biex jieħdu ħsieb huma; min-naħa tagħna għandna żewġ responsabbiltajiet: talb u predikazzjoni.   X’inhu l-ewwel dmir tal-isqfijiet?  Li jitolbu.   It-tieni wieħed imur miegħu: jipprietkaw.  Għandna l-għajnuna ta’ din id-definizzjoni dommatika.  Jekk minix qed niżbalja, il-Kardinal Müller jgħinna għax ifisser x’inhu r-rwol tal-isqof.  L-isqof jingħata d-dmir li jkun ragħaj, imma jkun ragħaj l-ewwel u qabel kollox bit-talb u l-predikazzjoni, għax il-bqija jiġi wara, jekk ikun baqa’ ħin.

Bl-apprendistat Nisrani umli tagħna f’dawn il-virtuwijiet yal-familja tal-poplu t’Alla, insiru dejjem iżjed nixbħu lill-ommijiet u l-missirijiet (bħalma għamel San Pawl: cfr 1 Tess. 2:7,11) u nkunu anqas nixbħu n-nies li sempliċiment tgħallmu jgħixu mingħajr familja.  In-nuqqas ta’ kuntatt mal-famliji jirrendina nies li tgħallmu jgħixu mingħajr familja, u dan mhux tajjeb.  L-ideal tagħna mhux li ngħixu mingħajr imħabba!  Ir-ragħaj tajjeb jiċċaħħad mill-imħabba tal-familja preċiżament biex ikun jista’ jiffoka l-enerġiji tiegħu kollha, u l-grazzja tal-vokazzjoni partikolari tiegħu, fuq il-barka evanġelika tal-imħabba tal-irġiel u n-nisa li jmexxu ‘l quddiem il-pjan tal-ħolqien ta’ Alla, ibda minn dawk li huma mitlufin, abbandunati, miġrugħa, imkissrin, mirfusin u mneżżgħin mid-dinjità tagħhom.  Din ir-rassenjazzjoni totali għall-agape ta’ Alla ċertament mhix vokazzjoni nieqsa mit-tenerezza u l-affezzjoni!  Irridu nħarsu lejn Ġesù biex nifhmu dan (cfr Mt 19:12). Il-missjoni ta’ ragħaj tajjeb, fl-istil ta’ Alla – u Alla biss jista’ jawtoriżżah dan, mhux il-prużunzjoni tagħna! – tixbaħ f’kull sens, u għall-poplu kollu, l-imħabba tal-Iben lejn il-Missier.  Dan ikun rifless fit-tenerezza li biha r-ragħaj jiddedika lilu nnifsu għall-kura mimlija mħabba lejn l-irġiel u n-nisa tal-familja umana.

Fl-għajnejn tal-fidi, dan hu s-sinjal tal-akbar valur. Il-ministeru tagħna għandu jiżviluppa l-patt bejn il-Knisja u l-familja.  Intenni dan: jiżviluppa l-patt bejn il-Knisja u familja.  Inkella kollox jinxef u l-familja umana, irrimedjabbilmment titbiegħed, ħtija tagħna, mill-aħbar tajba u hienja ta’ Alla, u tmur lejn l-aħħar “supermarket”biex tixtri l-prodott li jogħoġobha l-aktar minn hemm.

Jekk aħna nuru l-ħila fil-ħidma tagħna, li nkunu rifless tal-imħabba t’Alla, billi nikkultivaw paċenzja infinita u serenità filwaqt li niżirgħu ż-żerriegħa fir-raddiet spiss mgħawġa li fihom aħna msejħin biex niżirgħu- għax spiss ħafna verament irridu niżirgħu f’raddiet mgħawġin – imbagħad anki mara Sammaritana b’ħames irġiel li mhumiex żwieġha, tiskopri li għandha l-ħila tagħti xhieda.  U għal kull żagħażugħ għani li b’qalb tqila jħoss li għad irid jibqa’ jqis is-sitwazzjoni, pubblikan ixjeħ jinżel mis-siġra u jagħti erba’ darbiet aktar lill-foqra, lil dawk li, qabel dak il-mument qatt ma kien ta kashom.

Ħuti, jalla l-Mulej itina r-rigal ta’ qrubija mġedda bejn il-familja u l-Knisja.  Il-familji jeħtiġuha, il-Knisja teħtieġha, u aħna r-rgħajja neħtiġuha.

Il-familja hi l-allejata tagħna, it-tieqa tagħna fuq id-dinja; il-familja hija l-prova tal-barka irrevokabbli li Alla jixħet fuq l-ulied kollha li f’kull żmien tiweldu f’dan il-ħolqien diffiċli imma sabiħ li Alla talabna biex naqdu!.  Grazzi. 

 

Miġjub għall-Malti minn Joe Huber

 

VISIT TO DETAINEES AT CURRAN-FROMHOLD CORRECTIONAL FACILITY

ADDRESS OF THE HOLY FATHER

Philadelphia 
Sunday, 27 September 2015

[Multimedia]


Dear Brothers and Sisters,

Good morning. I am going to speak in Spanish because I don’t speak English, but he [pointing to the interpreter] speaks good English and he is going to translate for me. Thank you for receiving me and giving me the opportunity to be here with you and to share this time in your lives. It is a difficult time, one full of struggles. I know it is a painful time not only for you, but also for your families and for all of society. Any society, any family, which cannot share or take seriously the pain of its children, and views that pain as something normal or to be expected, is a society “condemned” to remain a hostage to itself, prey to the very things which cause that pain.

I am here as a pastor, but above all as a brother, to share your situation and to make it my own. I have come so that we can pray together and offer our God everything that causes us pain, but also everything that gives us hope, so that we can receive from him the power of the resurrection.

I think of the Gospel scene where Jesus washes the feet of his disciples at the Last Supper. This was something his disciples found hard to accept. Even Peter refused, and told him: “You will never wash my feet” (Jn 13:8).

In those days, it was the custom to wash someone’s feet when they came to your home. That was how they welcomed people. The roads were not paved, they were covered with dust, and little stones would get stuck in your sandals. Everyone walked those roads, which left their feet dusty, bruised or cut from those stones. That is why we see Jesus washing feet, our feet, the feet of his disciples, then and now.

We all know that life is a journey, along different roads, different paths, which leave their mark on us.

We also know in faith that Jesus seeks us out. He wants to heal our wounds, to soothe our feet which hurt from travelling alone, to wash each of us clean of the dust from our journey. He doesn’t ask us where we have been, he doesn’t question us what about we have done. Rather, he tells us: “Unless I wash your feet, you have no share with me” (Jn 13:8). Unless I wash your feet, I will not be able to give you the life which the Father always dreamed of, the life for which he created you. Jesus comes to meet us, so that he can restore our dignity as children of God. He wants to help us to set out again, to resume our journey, to recover our hope, to restore our faith and trust. He wants us to keep walking along the paths of life, to realize that we have a mission, and that confinement is never the same thing as exclusion.

Life means “getting our feet dirty” from the dust-filled roads of life and history. All of us need to be cleansed, to be washed. All of us. Myself, first and foremost. All of us are being sought out by the Teacher, who wants to help us resume our journey. The Lord goes in search of us; to all of us he stretches out a helping hand.

It is painful when we see prison systems which are not concerned to care for wounds, to soothe pain, to offer new possibilities. It is painful when we see people who think that only others need to be cleansed, purified, and do not recognize that their weariness, pain and wounds are also the weariness, pain and wounds of society. The Lord tells us this clearly with a sign: he washes our feet so we can come back to the table. The table from which he wishes no one to be excluded. The table which is spread for all and to which all of us are invited.

This time in your life can only have one purpose: to give you a hand in getting back on the right road, to give you a hand to help you rejoin society. All of us are part of that effort, all of us are invited to encourage, help and enable your rehabilitation. A rehabilitation which everyone seeks and desires: inmates and their families, correctional authorities, social and educational programs. A rehabilitation which benefits and elevates the morale of the entire community and society.

I encourage you to have this attitude with one another and with all those who in any way are part of this institution. May you make possible new opportunities; may you blaze new trails, new paths.

All of us have something we need to be cleansed of, or purified from. All of us. May the knowledge of this fact inspire us all to live in solidarity, to support one another and seek the best for others.

Let us look to Jesus, who washes our feet. He is “the way, and the truth, and the life”. He comes to save us from the lie that says no one can change, the lie of thinking that no one can change. Jesus helps us to journey along the paths of life and fulfillment. May the power of his love and his resurrection always be a path leading you to new life.

Just as we are, seated, let us silently ask the Lord to bless us. May the Lord bless you and keep you. May he make his face shine upon you and be gracious to you. May he lift up his countenance upon you and give you peace. Thank you.

Impromptu comments at the end of the meeting:

The chair you made is very nice, very beautiful. Thanks for your work.

Miġjub għall-Malti mill-Ingliż minn Joe Huber