Il-Papa wieġeb għall-ewwel tliet mistoqsijiet bl-Ispanjol, u għall-bqija bit-Taljan.

 

 

Mistoqsija (Aníbal Velázquez – Abc Color): Santidad, Soy Aníbal Velázquez, de Paraguay. Nosotros le agradecemos porque haya elevado el Santuario de Caacupé como basílica, pero en el Paraguay se pregunta la gente: ¿por qué Paraguay no tiene cardenal?; ¿cuál es el pecado de Paraguay, que no tenga cardenal?; o, en todo caso, ¿está lejos todavía de que tenga un cardenal?

 

[Aníbal Velázquez: Grazzi li għollejt is-Santwarju ta’ Caacupé għal Bażilika, imma fil-Paragwaj in-nies qed tistaqsi: X’inhu d-dnub tal-Paragwaj biex baqa’ bla kardinali?]

 

Tweġiba: Bueno, no tener cardenal no es un pecado. La mayoría de los países del mundo no tienen cardenales. Las nacionalidades de los cardenales –no recuerdo cuántas son– son minoría respecto a todo el conjunto. Es verdad, Paraguay no ha tenido ningún cardenal hasta ahora. No sabría darle la razón. A veces, para la elección de cardenales, se balancean, se leen, se estudian los legajos de cada uno, se ve la persona, el carisma sobre todo del cardenal, que debería ser el de aconsejar al Papa y asistir al Papa en el gobierno universal de la Iglesia. El cardenal, si bien pertenece a una Iglesia particular, es –y de aquí la palabra– incardinado a la Iglesia de Roma, y tiene que tener una visión universal. Esto no quiere decir que en Paraguay no haya obispos que la tengan, la pueden tener, pero como siempre hay que elegir hasta un número –uno no puede designar más de 120 cardenales electores–, entonces será por eso. Bolivia ha tenido dos. Uruguay ha tenido dos, Barbieri y el actual. Algunos países centroamericanos tampoco han tenido, pero no es ningún pecado y todo depende de las circunstancias, las personas, el carisma para incardinarse. Y no quiere decir eso un menosprecio o que no tengan valor los obispos paraguayos. Hay obispos paraguayos geniales. Yo me acuerdo de los dos Bogarín, que hicieron historia en Paraguay. ¿Por qué no fueron cardenales? Bueno, no fueron. No es un ascenso, ¿no es cierto? Yo me hago otra pregunta: ¿Merece Paraguay tener un cardenal, si miramos la iglesia del Paraguay? Yo diría: merecería tener dos, pero es por lo otro, no tiene nada que ver con los méritos. Es una Iglesia viva, una Iglesia alegre, una Iglesia luchadora y con una historia gloriosa.

 

[Li ma jkollokx kardinali m’huwiex dnub.  Il-parti l-kbira tal-pajjiżi tad-dinja m’għandhomx kardinali.  In-nazzjonalitajiet tal-kardinali – ma niftakarx kemm hemm – huma minoranza meta teħodhom kollha flimkien.  Hu minnu, il-Paragwaj sa issa ma kellux kardinal.  Ma nafx ngħidlek għaliex.  Kull tant għall-ħatra ta’ kardinal jiġu miflija, moqrija u studjati l-faxxikli ta’ kull wieħed, jaraw il-persuna, fuq kollox il-kariżma tiegħu, li għandha tkun dik li jagħti l-pariri lill-Papa u jgħinu fit-tmexxija universali tal-Knisja.  Il-kardinal, anki jekk hu ta’ Knisja partikulari, hu – u minn hawn ħierġa l-kelma – inkardinat fil-Knisja ta’ Ruma, u għandu jkollu viżjoni universali.  Dan ma jfissirx li fil-Paragwaj m’hemmx isqfijiet li għandhom din, li jista’ jkollhom din, imma bħal dejjem, ikun hemm hemm bżonn jintgħażlu sa ċertu numru – ma jistax ikun hemm iżjed minn mija u għoxrin kardinal elettur – u allura, din hi r-raġuni.  Il-Bolivja kellha tnejn.  L-Urugwaj kellu tnejn, Barbieri u dak ta’ issa.  Anki xi pajjiżi ta’ l-Amerika Ċentrali kellhom, imma m’huwiex dnub u kollox jiddependi miċ-ċirkustanzi, mill-persuni, mill-kariżma li wieħed isir kardinal.  U dan ma jfissirx disprezz jew li l-isqfijiet Paragwajani m’għandhomx valur.  Hemm isqfijiet Paragwajani ġenjali.  Qed niftakar fiż-żewġ Bagarín, li għamlu isem fl-istorja tal-Paragwaj.  Għaliex dawn ma kinux kardinali?  Imma ma kinux.  M’hix xi promozzjoni, le?  Jien nistaqsi ħaġa oħra.  Jekk inħarsu lejn il-Knisja fil-Paragwaj, jixirqilha li jkollha kardinal?  Jien naħseb li jixirqilha jkollha tnejn, imma għal raġuni oħra, li m’għandha x’taqsam xejn mal-merti.  Hi Knisja ħajja, Knisja ferrieħa, Knisja li titqabad u bi storja glorjuża.]

 

Mistoqsija: (Priscila Quiroga – Cadena A, y Cecilia Dorado Nava – El Deber, de Bolivia) Su Santidad, por favor, a nosotros nos interesa conocer su criterio en torno a si considera justo el anhelo de los bolivianos de tener una salida soberana al mar, de volver a tener una salida soberana al océano pacifico. Y, Santo Padre, en caso de que Chile y Bolivia pidan su mediación, ¿usted aceptaría?

 

[Priscila Quiroga u Cecilia Dorado Nava: Santità, jekk jogħġbok, lilna jinteressana nkunu nafu jekk int tqishiex ġusta x-xewqa tal-Bolivjani li jerġa’ jkollhom żbokk sovran għall-Oċean Paċifiku.  U Santità, li kellhom iċ-Ċili u l-Bolivja jitolbu l-medjazzjoni tiegħek, int taċċetta?]

 

Respuesta: Lo de la mediación es una cosa muy delicada, y sería como un último paso. Es decir, Argentina vivió eso con Chile y fue realmente para evitar una guerra. Fue una situación muy limite y muy bien llevada por quienes la Santa Sede encargó –detrás de los cuales siempre estaba san Juan Pablo II interesándose–, y con la buena voluntad de los dos países, que dijeron: “probemos esto si va”. Y, es curioso, hubo un grupo, al menos en Argentina, que nunca quiso esa mediación, y cuando el presidente Alfonsín hizo el plebiscito –sobre si se aceptaba la propuesta de mediación– obviamente que la mayoría del país dijo que sí, pero hubo un grupo que se resistió. Siempre, cuando se hace una mediación, difícilmente todo el país estaría de acuerdo, pero es la última instancia, siempre hay otras figuras diplomáticas que ayudan, en ese caso, facilitadores, etc.

 

En este momento yo tengo que ser muy respetuoso de esto, porque Bolivia hizo un recurso a un tribunal internacional. Entonces, si yo en este momento hago un comentario –yo soy jefe de un Estado– podría ser interpretado como inmiscuirme o una presión. Tengo que ser muy respetuoso de la decisión que tomó el pueblo boliviano que hizo ese recurso. También sé que hubo instancias anteriores de querer dialogar. No tengo muy claro. El que me dijo una cosa por el estilo, que se estaba cerca de una solución, fue en tiempos del presidente chileno Lagos, pero lo digo sin tener datos exactos. Fue un comentario que me hizo el cardenal Errázuriz. Así que no quisiera decir una “macana” en eso.

 

También una tercera cosa que quiero dejar clara. Yo, en la catedral de Bolivia, toqué ese tema de una manera muy delicada, teniendo en cuenta la situación de recurso al tribunal internacional. Recuerdo perfectamente el contexto: “Los hermanos tienen que dialogar, los pueblos latinoamericanos dialogan para crear la patria grande, el dialogo es necesario”.  Ahí me detuve, hice un silencio, y dije: “Pienso en el mar”. Y continué: “diálogo y dialogo”. Quiero que quede claro que mi intervención fue un recuerdo a ese problema, pero respetando la situación como está planteada ahora. Estando en un tribunal internacional no se puede hablar de mediación, ni facilitación, hay que esperar.

 

[Il-kwistjoni tal-medjazzjoni hi delikata ħafna, u għandha tkun l-aħħar pass.  L-Arġentina dan għaddiet minnu maċ-Ċili u kienet l-aħħar tentattiv biex tevita gwerra.  Kienet sitwazzjoni estrema u mmexxija tajjeb ħafna mill-persuni inkarigati mis-Santa Sede – li warajhom kien hemm dejjem San Ġwanni Pawlu II, li kien jinteressa ruħu ħafna – u kien hemm ir-rieda tajba taż-żewġ pajjiżi li qalu: “Nippruvaw ħa naraw din taħdimx”.  Interessanti li kien hemm grupp, ta’ l-inqas fl-Arġentina, li qatt ma ried din il-medjazzjoni, u meta l-President Alfonsín sejjaħ referendum – jekk kellhiex tiġi aċċettata jew le l-proposta ta’ medjazzjoni – ovvjament il-parti l-kbira tal-pajjiż qalet iva, imma kien hemm grupp li ħadha kontra.  Dejjem, meta ssir medjazzjoni, diffiċli li l-pajjiż kollu jaqbel, imma din hi l-aħħar ħaġa li wieħed għandu jirrikorri għaliha, dejjem hemm figuri diplomatiċi oħra li jgħinu, f’dan il-każ, li jiffaċilitaw, u l-bqija.  Bħalissa hemm bżonn nibqa’ kawt ħafna dwar dan, għax il-Bolivja ressqet rikors it-tribunal internazzjonali.  Allura, jekk jien f’dan il-mument ngħaddi kumment – jien Kap ta’ Stat – dan jista’ jiġi interpretat bħala ndħil jew pressjoni.  Għandi nirrispetta d-deċiżjoni li ħa l-poplu Bolivjan li għamel dan ir-rikors.  Naf ukoll li kien hemm diġà inizjattivi ta’ djalogu qabel.  M’hix ċara.  Min qalli hekk, li kienu waslu għal soluzzjoni, għamel dan fi żmien il-President Ċilen Lagos, imma dan qed ngħidu bla ma għandi tagħrif eżatt f’idejja.  Kien kumment li għaddieli l-Kardinal Errázuriz.  Għax ma rridx ngħid xi ħmerija.  Hemm it-tielet ħaġa li nixtieq niċċara.  Jien, fil-Katidral tal-Bolivja, messejt din it-tema b’mod delikat ħafna, u żammejt quddiem għajnejja s-sitwazzjoni tar-rikors fit-tribunal internazzjonali.  Niftakar perfettament il-kuntest: “L-aħwa għandhom jiddjalogaw, il-popli ta’ l-Amerika Latina jiddjalogaw biex joħolqu l-patrija kbira, id-djalogu hu meħtieġ”.  U waqaft hemm, skitt, u għidt: “Jiġini f’moħħi l-baħar”.  U komplejt: “Djalogu u djalogu”.  Nixtieq nagħmilha ċara li l-intervent tiegħi kien biex infakkar f’din il-problema, imma fl-istess ħin nirrispetta s-sitwazzjoni kif inhi l-lum.  Meta qegħdin quddiem tribunal internazzjonali, ma nistgħux nitkellmu fuq medjazzjoni, lanqas naġevolaw xejn, jeħtieġ nistennew.]

 

Tkompli l-mistoqsija: ¿Es justo o no el anhelo de los bolivianos?

 

[(kontinwazzjoni): Imma x-xewqa tal-Bolivjani hi ġusta jew le?]

 

Tweġiba: Siempre hay una base de justicia cuando hay cambio de límites territoriales y, sobre todo, después de una guerra. Hay una revisión continua de eso. Yo diría que no es injusto plantearse una cosa de este tipo, ese anhelo. Yo recuerdo que en el año 61, estando en primer año de filosofía, nos pasaron un documental sobre Bolivia –un padre que había venido de Bolivia–, y creo que se llamaba “Las doce estrellas”. ¿Cuántas provincias tiene Bolivia? [Le responden que son 9 departamentos] Entonces se llamaba “Las 10 estrellas”. Y presentaba cada uno de los 9 departamentos y, al final, el décimo departamento; y se veía el mar sin ninguna palabra. Me quedó grabado. Eso fue en el año 61. O sea, que se ve que hay un anhelo. Claro, después de una guerra de ese tipo surgen las pérdidas y creo que es importante, primero, el diálogo, la sana negociación. Ahora, en este momento, el dialogo está detenido obviamente por este recurso a La Haya.

 

[Dejjem hemm bażi ta’ ġustizzja meta ssir bidla ta’ konfini territorjali u, fuq kollox, wara gwerra.  Trid issir reviżjoni kontinwa ta’ dan.  Jien ngħid li ma fiha xejn li wieħed iħares lejn ħaġa ta’ din l-għamla, din ix-xewqa m’hix inġusta.  Niftakar kif fl-1961, kont fl-ewwel sena tal-Filosofija, urewna dokumentarju fuq il-Bolivja – missier li kien ġie mill-Bolivja – naħseb li kien jismu ‘It-tnax-il stilla’.  Kemm provinċji għandha l-Bolivja? [Iweġbuh li disa’ dipartimenti].  Allura hekk kien jismu, ‘It-tnax-il stilla’.  Ippreżenta kull wieħed mid-disa’ dipartimenti u, fl-aħħar, l-għaxar dipartiment: kien jidher il-baħar, bla kliem xejn.  Baqa’ mwaħħal f’moħħi.  Kienet is-sena 1961.  Irrid ngħid, jidher li hemm xenqa kbira.  Bla dubju, wara gwerra ta’ dik l-għamla jkun hemm it-telf, u jien nemmen li hu importanti, qabel xejn, id-djalogu, in-negozjar.  Issa, f’dan il-mument, id-djalogu waqaf, ovvjament minħabba fir-rikors għall-Aia.]

 

Mistoqsija: (Fredy Paredes – Teleamazonas, Ecuador). Su Santidad, buenas noches, muchas gracias. El Ecuador estaba convulsionado antes de su visita. Después de que abandonó el país volvieron las personas que hacen oposición al gobierno a salir a las calles. Parece ser que su presencia en el Ecuador se quiere utilizar políticamente, especialmente por la frase que usted pronunció: “El pueblo del Ecuador se ha puesto de pie con dignidad”. Yo le pregunto de manera puntual, si es que es posible: ¿A qué responde esa frase? ¿Usted simpatiza con el proyecto político del presidente Correa? ¿Usted cree que las recomendaciones generales que ha dado en la visita al Ecuador, con miras a alcanzar el desarrollo, el diálogo, la construcción de democracia, y a no continuar con la política del descarte, como usted la denomina, ya se practica en el Ecuador?

 

[Fredy Paredes: L-Ekwador kien ħuġġieġa waħda qabel iż-żjara tiegħek.  Wara li ħallejt il-pajjiż, il-persuni kontra l-Gvern reġgħu niżlu fit-triq.  Donnu hemm min ried jinqeda politikament bil-preżenza tiegħek fl-Ekwador, speċjalment bil-frażi li għidt: “Il-poplu Ekwadorjan waqaf fuq riġlejh b’dinjità”.]

 

Tweġiba: Evidentemente que sé que había problemas políticos y huelgas, eso lo sé. No conozco los intríngulis de la política del Ecuador y sería necio de mi parte que diera una opinión. Después me dijeron que hubo como un paréntesis durante mi visita, lo cual lo agradezco, porque es un gesto de un pueblo en pie, respetar la visita del Papa. Lo agradezco y lo valoro. Ahora, si vuelven las cosas, evidentemente que los problemas y las discusiones políticas siguen. Respecto a la frase que usted dice –me refiero a la mayor conciencia que el pueblo Ecuatoriano ha ido tomando de su valor–, hubo una guerra limítrofe con Perú no hace mucho. Hay historias de guerra. Después, una mayor conciencia de la variedad de riqueza étnica de Ecuador. Y eso da dignidad. Ecuador no es un país de descarte. O sea, que se refiere a todo el pueblo y a toda la dignidad de ese pueblo que, después de la guerra limítrofe, se ha puesto de pie y ha tomado cada vez más conciencia de su dignidad y de la riqueza de la unidad en la variedad que tiene. O sea, que no puede atribuirse a una situación concreta. Porque esa misma frase –me comentaron, yo no lo vi– fue instrumentalizada para explicar ambas situaciones: que el gobierno ha puesto de pie a Ecuador o que se han puesto de pie los contrarios al gobierno. Una frase se puede instrumentalizar y en eso creo que hay que ser muy cuidadosos. Y le agradezco la pregunta, porque es una manera de ser cuidadoso. Usted está dando un ejemplo de ser cuidadoso.

 

Si ustedes me permiten –esto como no me lo preguntaron son cinco minutos más de concesión que les doy, si hacen falta–. Es muy importante en el trabajo de ustedes la hermenéutica de un texto. Un texto no se puede interpretar con una frase. La hermenéutica tiene que ser en todo el contexto. Hay frases que son justo la clave de la hermenéutica y hay frases que no, que son dichas de paso o plásticas. Entonces, ver todo el contexto, ver la situación, incluso, ver la historia. Ver la historia de ese momento o si estamos hablando del pasado, interpretar un hecho del pasado con la hermenéutica de ese tiempo. O sea, las cruzadas: interpretemos las cruzadas con la hermenéutica como se pensaba en ese tiempo. Es clave interpretar un discurso, cualquier texto, con una hermenéutica totalizante, no aislada. Lo digo como ayuda para ustedes. Muchas gracias. Ahora pasamos al guaraní.

 

[Bla dubju naf li kien hemm problemi politiċi u strajks, dan nafu.  Ma nafx x’inhuma d-diffikultajiet tal-politika ta’ l-Ekwador u tkun ħaġa stupida min-naħa tiegħi nagħti opinjoni.  Qaluli li kien hemm bħal parentesi matul iż-żjara tiegħi, li għaliha rrodd ħajr, għax dan kien ġest ta’ poplu wieqaf fuq saqajh li jirrispetta ż-żjara tal-Papa.  Irrodd ħajr u napprezza.  Issa, jekk is-sitwazzjoni reġgħet l-istess kif kienet qabel, mid-dehra l-problemi u d-diskussjonijiet politiċi ħa jkomplu.  Dwar il-frażi li qed issemmi – qed nirreferi għall-għarfien ikbar li l-poplu Ekwadorjan għandu ta’ dak li jsarraf bħala poplu – kien hemm gwerra ta’ konfini mal-Perù mhux tant żmien ilu.  Hemm stejjer ta’ gwerra.  Imbagħad, għarfien ikbar tal-varjetà ta’ għana etniku fl-Ekwador.  U dan jagħti dinjità.  L-Ekwador m’hux pajjiż li jħobb jarmi.  U dan ngħidu għall-poplu kollu u għad-dinjità ta’ dan il-poplu li, wara l-gwerra tal-konfini, reġa’ lura fuq saqajh u għaraf dejjem iżjed id-dinjità tiegħu u l-għana ta’ l-għaqda fil-varjetà li jħaddan.  Jiġifieri ma tistax torbot dak li għidt ma’ sitwazzjoni konkreta.  Għax dik l-istess frażi – qaluli, jien ma rajt xejn – ġiet strumentalizzata biex tispjega ż-żewġ sitwazzjonijiet: li l-Gvern reġa’ waqqaf fuq saqajh lill-Ekwador u li reġgħu lura fuq saqajhom l-għedewwa tal-Gvern.  Frażi tista’ tistrumentalizzaha u f’dan naħseb li hemm bżonn noqogħdu ħafna attenti.  Nirringrazzjak tal-mistoqsija, għax dan hu mod kif noqogħdu attenti.  Int qed tagħti eżempju ta’ kif inkunu attenti.  Ippermettuli, billi ma staqsejtunix, nagħtikom ħames minuti iżjed, jekk tridu.  Importanti ħafna fix-xogħol tagħkom l-ermenewtika ta’ test.  Test ma tistax tinterpretah bi frażi.  L-ermenewtika għandha tkun fil-kuntest kollu.  Hemm frażijiet li huma propju ċ-ċavetta ta’ l-ermenewtika u hemm frażijiet li m’humiex, li jingħadu waqt li wieħed ikun għaddej jew huma artifiċjali.  Allura, hemm bżonn li wieħed jara kollox f’kuntest, jara s-sitwazzjoni, jara wkoll l-istorja.  Jara l-istorja ta’ dan il-mument u jekk qed nitkellmu fuq il-passat, jinterpreta fatt tal-passat bl-ermenewtika ta’ żmienu.  Il-Kruċjati, ngħidu aħna: ninterpretaw il-Kruċjati bl-ermenewtika ta’ żmienhom.  Hu fundamentali ninterpretaw diskors, kull test, b’ermenewtika totalizzanti, mhux iżolata.  Qed ngħid dan biex ngħinkom.  Grazzi.  Issa ngħaddu għall-guaraní.]

 

Mistoqsija (Stefania Falasca – Avvenire): Fid-diskors li għamilt il-Bolivja lill-Movimenti popolari int tkellimt fuq il-kolonjaliżmu ġdid u tkellimt fuq l-idolatrija tal-flus li tiġi mill-ekonomija, u fuq l-impożizzjoni tal-mezzi ta’ awsterità li “dejjem jirranġaw”, kif għidt int, “il-ħitan tal-foqra”.  Issa, minn xi ġimgħat ’l hawn fl-Ewropa għandna dan il-każ tal-Greċja u tal-futur tal-Greċja li qed tirriskja li toħroġ miz-zona tal-munita ewro.  Int x’taħseb fuq dak li qed jiġri l-Greċja u li jolqot ukoll lill-Ewropa kollha?

 

Tweġiba: Qabel xejn, ir-raġuni wara dan l-intervent tiegħi fil-konvenju tal-movimenti popolari.  Dan hu t-tieni wieħed [konvenju].  L-ewwel wieħed sar il-Vatikan, fl-awla l-qadima tas-Sinodu, kien hemm xi mija u għoxrin ruħ…  Din jorganizzaha l-Kunsill Pontifiċju tal-Ġustizzja u l-Paċi.  Jiena nħossni qrib ta’ din ir-realtà, għax hi fenomenu preżenti fid-dinja kollha, fid-dinja kollha.  Anki fil-Lvant, fil-Filippini, fl-Indja, fit-Tajlandja.  Huma movimenti li jorganizzaw ruħhom bejniethom, mhux biss biex jagħmlu protesta, imma għall-iżvilupp u l-għajxien tal-popli.  U huma movimenti b’saħħithom, u dawn in-nies, li huma ħafna u ħafna, ma jħossuhomx irrappreżentati mit-trejdunjons, għax jgħidu li issa saru korporazzjoni, ma jaqbżux – qed nissimplifika ftit – għad-drittijiet ta’ l-iżjed foqra.  U l-Knisja ma tistax tibqa’ indifferenti.  Il-Knisja għandha Duttrina soċjali u tiddjaloga ma’ dan il-moviment, u tiddjaloga tajjeb.  Rajtu intom, rajtu l-entużjażmu meta jħossu li l-Knisja – kif jgħidu huma – m’hix imbiegħda minna, il-Knisja għandha duttrina li tgħinna nitqabdu għal dan.  Hu djalogu.  Mhux li l-Knisja ħa tagħmel xi għażla li timxi fit-triq ta’ l-anarkija.  Le, m’humiex anarkiċi: dawn jaħdmu, ifittxu ħafna xogħlijiet anki bl-iskart, b’dak li jibqa’; huma ħaddiema ta’ veru…  Dan l-ewwel, l-importanza ta’ dan [il-moviment].

 

Imbagħad, dwar il-Greċja u s-sistema internazzjonali.  Jien għandi allerġija kbira għall-ekonomija, għax missieri kien kontabbli u meta ma kienx jispiċċa x-xogħol li kellu jagħmel il-fabbrika, kien iġibu miegħu d-dar, is-Sibt u l-Ħadd, b’dawk il-kotba, ta’ dawk iż-żminijiet, fejn it-titli kienu jiktbuhom bil-Gotiku… u kien jibqa’ għaddej jaħdem, u jien kont noqgħod nara lil missieri… u għandi allerġija.  Jien ma nifhimx eżatt kif inhi l-biċċa [il-kwistjoni tal-Greċja], imma ċertament l-eħfef ħaġa tgħid li t-tort hu biss ta’ din il-parti.  Il-mexxejja tal-Gvern Grieg li ġabu fuqhom din is-sitwazzjoni ta’ dejn internazzjonali, għandhom ukoll responsabbiltà.  Bil-Gvern ġdid Grieg imxejna lejn reviżjoni iktar ġusta.  Jien nawgura – din hi l-unika ħaġa li nista’ ngħidlek, għax ma nafx sewwa – li jsibu triq biex isolvu l-problema tal-Greċja u anki triq ta’ sorveljanza biex pajjiżi oħra ma jerġgħux jaqgħu fl-istess problema; u biex dan jgħinna nimxu ’l quddiem, għax dik it-triq tas-self u d-djun fl-aħħar ma tispiċċa qatt.  Qaluli, sena ilu bejn wieħed u ieħor, imma ma nafx, din ħaġa li smajt, li kien hemm proġett tal-Ġnus Magħquda – jekk xi ħadd minnkom jaf xi ħaġa fuq hekk, ma jagħmilx ħażin jispjegali –, kien hemm proġett li smajt bih u ma nafx kif baqgħu, jekk hux veru jew le.  Jekk kumpanija tista’ tagħmel dikjarazzjoni ta’ falliment, għaliex pajjiż ma jistax jagħmilha u hekk ifittex l-għajnuna ta’ oħrajn?  Din kienet il-bażi ta’ dan il-proġett, imma fuq dan ma naf ngħid xejn.

 

Imbagħad, f’dak li jolqot il-kolonizzazzjonijiet ġodda, mid-dehra kollha mexjin fuq l-istess valuri.  Il-kolonizzazzjoni tal-konsumiżmu, ngħidu aħna.  Il-vizzju tal-konsumiżmu kien proċess ta’ kolonizzazzjoni; għax iwasslek għal drawwa li m’hix tiegħek u anki tiżbilanċjalek il-personalità.  Il-konsumiżmu jiżbilanċja wkoll l-ekonomija interna u l-ġustizzja soċjali, u mqar is-saħħa fiżika u mentali, biex nagħti eżempju.

 

Mistoqsija (Anna Matranga – Cbs News): Santità, wieħed mill-messaġġi l-aktar qawwija ta’ dan il-vjaġġ kien li s-sistema ekonomika globali spiss timponi l-mentalità tal-profitt, hu x’inhu l-prezz, b’dannu għall-foqra.  Dan l-Amerikani jarawh bħala kritika tas-sistema tagħhom u l-mod kif jgħixu.  Int kif twieġeb għal din il-perċezzjoni?  U kif tiżen l-impatt ta’ l-Istati Uniti fuq id-dinja?

 

Tweġiba: Dak li għidt, dik il-frażi, m’hix ġdida.  Għidtha fl-Evangelii gaudium: “din l-ekonomija qed toqtol” (nru 53).  Dik il-frażi niftakarha tajjeb, għandha kuntest.  U għidtha fil-Laudato sì.  Il-kritika m’hix ħaġa ġdida, nafu.  Smajt li saret xi kritika fl-Istati Uniti.  Smajtha din.  Imma ma qrajthiex u ma kellix ħin nifliha sew, għax kull kritika għandna nilqgħuha u nifluha biex imbagħad niddjalogaw.  Int qed tistaqsini kif naħsibha, imma jekk jien ma ddjalogajtx ma’ dawk li qed jagħmluli l-kritika, m’għandix dritt ngħid kif naħsibha hekk, f’ħaġa maqtugħa mid-djalogu.  Dan hu li jiġini li ngħidlek.

 

Mistoqsija (kontinwazzjoni): Int issa sejjer fl-Istati Uniti, għandek idea kif ħa jilqgħuk, għandek xi ħsieb fuq dan il-pajjiż?

 

Tweġiba: Le, irrid nibda nistudja l-biċċa issa, għax sal-lum kont qed nistudja dawn it-tliet pajjiżi mill-isbaħ, li huma għana u ġmiel kbir.  Issa rrid nibda nifli lil Kuba, għax sejjer hemm jumejn u nofs, u mbagħad l-Istati Uniti, it-tlitt ibliet tal-Punent – għax fil-Lvant ma nistax immur – hemm Washington, New York u Filadelfja.  Iva, irrid nibda nistudja din il-kritika u mbagħad niddjalogaw ftit.

 

Mistoqsija (Aura Vistas Miguel): Santità, x’ħassejt meta rajt dak il-minġel u martell bi Kristu fuqhom, li offrielek il-President Morales?  U fejn spiċċa dan l-oġġett?

 

Tweġiba: Jien – kurjuża din – dan ma kontx naf bih, u lanqas kont naf li Padre Espinal kien skultur u anki poeta.  Sirt naf b’dan f’dawn l-aħħar jiem.  Rajtu u għalija kien sorpriża.  It-tieni: tista’ tikkwalifikah bħala l-ġeneru ta’ arti ta’ protesta.  Ngħidu aħna, fi Buenos Aires xi snin ilu ttellgħet wirja ta’ skultur bravu, kreattiv, Arġentin – issa miet –: kienet arti ta’ protesta, u jien niftakar opra li kienet turi lil Kristu Kurċifiss fuq bomer nieżel.  Kienet kritika tal-Kristjaneżmu li hu alleat ma’ l-imperjaliżmu li kien dak li qed jibbumbardja.  L-ewwel punt, mela, hu li ma kontx naf; it-tieni, jien nikkwalifikah bħala arti ta’ protesta li f’xi każi tista’ tkun offensiva, f’xi każi.  It-tielet, f’dan il-każ konkret: Padre Espinal inqatel fis-sena tmenin.  Kien żmien meta t-teoloġija tal-liberazzjoni kellha ħafna kurrenti differenti, wieħed minn dawn kien l-analiżi Marxista tar-realtà, u Padre Espinal kien jagħmel parti minn din l-iskola ta’ ħsieb.  Dan iva, kont nafu, għax f’dak iż-żmien jien kont rettur tal-Fakultà Teoloġika u konna nitkellmu ħafna fuq hekk, fuq id-diversi kurrenti u r-rappreżentanti tagħhom.  Fl-istess sena, il-Ġeneral tal-Kumpanija ta’ Ġesù, Padre Arrupe, kiteb ittra lill-Kumpanija kollha fuq l-analiżi Marxista tar-realtà fit-Teoloġija, biex xi ftit jew wisq iwaqqafha, u qal: Le, ma tixraqx, huma affarijiet differenti minn xulxin, ma tmurx, m’hix tajba.  U erba’ snin wara, fis-sena 1984, il-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi ppubblikat l-ewwel volum ċkejken, l-ewwel dikjarazzjoni fuq it-teoloġija tal-liberazzjoni, li tikkritika dan.  Imbagħad ġie t-tieni, li fetaħ il-perspettivi iktar Kristjani.  Qed nissimplifika.  Qed nagħmlu ermenewtika ta’ dak iż-żmien.  Espinal hu entużjasta ta’ din l-analiżi tar-realtà Marxista, imma anki tat-Teoloġija, billi jinqeda bil-Marxiżmu.  Minn hawn ħarġet din l-opra artistika.  Anki l-poeżiji ta’ Espinal huma ta’ dak il-ġeneru ta’ protesta: kienet ħajtu, kien il-ħsieb tiegħu, kien bniedem speċjali, b’ġenju uman kbir, u li ssielet in bona fide.  B’ermenewtika ta’ dan it-tip jiena nifhimha din l-opra.  Għalija ma kinitx offiża.  Imma ridt nagħmel din l-ermenewtika u qed ngħid dan lilkom biex ma jkunx hemm opinjonijiet żbaljati.  Dan l-oġġett issa sa nieħdu miegħi, sa nġorru miegħi.  Int forsi smajt li l-President Morales ried jagħtini żewġ onorifiċenzi: waħda hi l-aktar importanti tal-Bolivja u l-oħra hi ta’ l-Ordni ta’ Padre Espinal, Ordni ġdid.  Issa jien qatt ma aċċettajt onorifiċenza, ma nħossnix…  Imma dan hu għamlu b’rieda tajba ħafna u bix-xewqa li jagħmilli pjaċir.  U rajt li dan ġej mill-poplu tal-Bolivja – tlabt fuq hekk, u ħsibt hekk: jekk neħodhom miegħi l-Vatikan dawn jispiċċaw f’mużew u ħadd ma jarahom.  Allura ħsibt li nħallihom lill-Madonna ta’ Copacabana, Omm il-Bolivja, u se jmorru fis-Santwarju ta’ Copacabana, għall-Madonna, dawn iż-żewġ onorifiċenzi li għaddejtilhom.  Imma l-Kurċifiss nieħdu miegħi.  Grazzi.

 

Mistoqsija (Anaïs Feuga): Fil-Quddiesa f’Guayaquil int għidt li s-Sinodu għandu jrawwem dixxerniment veru biex jinstabu soluzzjonijiet konkreti għad-diffikultajiet tal-familji.  U mbagħad tlabt lin-nies biex titlob ħalli mqar dak li f’għajnejna jidher impur, jiskandalizzana jew ibeżżagħna, Alla jista’ jibdlu f’miraklu, għidt.  Tista’ tippreċiżalna għal liema sitwazzjonijiet “impuri” jew “tal-biża’” jew “skandalużi” kont qed tirreferi?

 

Tweġiba: Anki hawn se nagħmel l-ermenewtika tat-test.  Kont qed nitkellem fuq il-miraklu ta’ l-inbid it-tajjeb [fit-tieġ ta’ Kana] u għidt li l-ġarar ta’ l-ilma kienu mimlijin, imma kienu għat-tisfija.  Jiġifieri kull persuna li kienet tidħol għal dik il-festa kienet tagħmel ir-rit tat-tisfija tagħha u tħalli l-ħmieġ spiritwali tagħha hemm.  Hu rit ta’ tisfija qabel ma wieħed jidħol f’dar, jew anki fit-Tempju.  Rit li issa aħna għandna bl-ilma mbierek: baqa’ dan minn dak ir-rit Lhudi.  Għidt li Ġesù jagħmel l-inbid it-tajjeb propju bl-ilma tal-ħmieġ, ta’ dak li kien agħar.  B’mod ġenerali, ħsibt li nagħmel dan il-kumment: il-familja tinsab fi kriżi, dan ilkoll nafuh, biżżejjed taqra l-Instrumentum laboris li intom tafuh sewwa għax ġie ppreżentat u hemm…  Għal dan kollu jien kont qed nirreferi, b’mod ġenerali: li l-Mulej isaffina minn dawn il-kriżijiet, minn tant ħwejjeġ li huma mfissrin f’dak il-ktieb ta’ l-Instrumentum laboris.  Hi ħaġa ġenerali, ma kont qed naħseb fl-ebda punt partikulari.  Biex jagħmilna aħjar, jagħmilna familji iżjed maturi, aħjar.  Il-familja qiegħda fi kriżi, jalla l-Mulej isaffiha u nibqgħu mexjin ’il quddiem.  Imma l-partikularitajiet ta’ din il-kriżi qegħdin kollha fl-Instrumentum laboris tas-Sinodu, li nħadem u intom għandkom f’idejkom.

 

Mistoqsija (Javier Martínez Brocal minn Romereports): Santità, grazzi ħafna għal dan il-djalogu li lilna jgħinna ħafna personalment u anki fix-xogħol tagħna.  Ħa nagħmel din il-mistoqsija f’isem ukoll il-ġurnalisti kollha ta’ lingwa Spanjola.  Rajna kemm marret tajjeb il-medjazzjoni bejn Kuba u l-Istati Uniti.  Taħseb li tista’ ssir xi ħaġa simili f’sitwazzjonijiet delikati oħra tal-kontinent ta’ l-Amerika Latina, jiġuni f’moħħi l-Veneżwela u wkoll il-Kolombja?  Imbagħad għandi kurżità: jiġi f’moħħi missieri, li hu xi sena jew sentejn iżgħar minnek, imma m’għandux nofs l-enerġija li għandek int.  Rajniha f’dan il-vjaġġ, rajniha f’dawn is-sentejn u nofs.  X’inhu s-sigriet tiegħek?

 

Tweġiba: Xi “droga” tieħu, ried jistaqsi… [jidħak], din kienet il-mistoqsija!

 

Il-proċess bejn Kuba u l-Istati Uniti ma kienx medjazzjoni.  Ma kellux il-karattru ta’ medjazzjoni.  Kien hemm xewqa li nqatgħet.  Min-naħa l-oħra wkoll, xewqa…  U mbagħad, ngħid is-sewwa, dan kien f’Jannar tas-sena l-oħra; u mbagħad għaddew tliet xhur li fihom tlabt biss fuq dan, u ma stajtx niddeċiedi… imma x’tista’ tagħmel b’dawn it-tnejn, wara li ilhom hekk iżjed minn ħamsin sena?  Imma mbagħad il-Mulej fakkarni f’kardinal.  Hu mar hemm, kellimhom, u mbagħad ma naf xejn iżjed, għaddew xhur u darba s-Segretarju ta’ l-Istat – li qiegħed hawn – qalli: “Għada se jkollna t-tieni laqgħa maż-żewġ équipes” – “Kif?” – “Iva, sa jitkellmu, iż-żewġ gruppi qed jitkellmu bejniethom u qed jagħmlu…”.  Waħdu mar, ma kienx hemm medjazzjoni, kienet ir-rieda tajba taż-żewġ pajjiżi; il-mertu hu tagħhom, huma li għamlu dan.  Aħna m’għamilna kważi xejn, xi ħwejjeġ żgħar biss, u f’nofs Diċembru tħabbret.  Din hi l-istorja, verament, m’hemm xejn iżjed minn hekk.  Lili bħalissa li qed jinkwetani hu li ma jmurx jieqaf il-proċess ta’ paċi fil-Kolombja.  Dan irrid ngħidu u nawgura li dan il-proċess jibqa’ miexi ’l quddiem, u f’dan is-sens aħna dejjem disposti li ngħinu, b’ħafna modi ta’ għajnuna.  Għax din ħaġa kerha li ma tistax tibqa’ sejra hekk.  Fil-Veneżwela, il-Konferenza Episkopali qed taħdem biex ikun hemm ftit paċi, imma anki hemm m’hemm l-ebda medjazzjoni.  Fil-każ ta’ l-Istati Uniti [u Kuba] kienu l-Mulej u żewġ ċirkustanzi każwali, u mbagħad mexa waħdu.  Għall-Kolombja nawgura u nitlob, u jeħtieġ nitolbu, biex ma jiqafx dan il-proċess, hu proċess li ilu sejjer iżjed minn ħamsin sena anki hemm, u kemm mejtin!  Smajt li huma miljuni.  Fuq il-Veneżwela m’għandi xejn iżjed x’ngħidlek.

 

…Aħ, id-“droga”.  Imma, il-mate jgħinni, imma ma doqtx il-coca.  Din ċara!

 

Mistoqsija (Ludwig Ring-Eifel – Kna): Santità, f’dan il-vjaġġ smajna ħafna messaġġi qawwija għall-foqra, anki ħafna messaġġi qawwija, xi kultant severi, għall-għonja u s-setgħanin, imma ħaġa li ftit li xejn smajna kienu messaġġi għall-klassi tan-nofs, jiġifieri l-ħaddiema, in-nies li tħallas it-taxxi, in-nies normali jiġifieri.  Il-mistoqsija tiegħi hi: għaliex fil-Maġisteru tal-Qdusija Tiegħu l-Papa ftit li xejn hemm messaġġi għal din il-klassi tan-nofs?  U jekk hemm messaġġ għalihom, fejn qiegħed?

 

Tweġiba: Grazzi ħafna, hi korrezzjoni sabiħa, grazzi!  Għandek raġun, dan żball min-naħa tiegħi.  Irrid naħsibha din.  Nagħmel xi kumment imma mhux biex niġġustifika ruħi.  Int għandek raġun, irrid naħsibha ftit.  Id-dinja hi polarizzata.  Il-klassi tan-nofs qed tiċkien.  Il-polarizzazzjoni bejn għonja u foqra hi kbira, dan hu minnu, u forsi dan wassalni biex ma nagħtix kas ta’ dan.  Qed nitkellem fuq id-dinja, xi pajjiżi le, sejrin tajjeb ħafna, imma fid-dinja b’mod ġenerali l-polarizzazzjoni tidher u l-għadd tal-foqra hu kbir.  U mbagħad għaliex nitkellem fuq il-foqra?  Għax huma fil-qalba tal-Vanġelu, u dejjem nitkellem fuq il-faqar billi nitlaq mill-Vanġelu, anki jekk hi tema soċjoloġika.  Imbagħad, fuq il-klassi tan-nofs hemm ħafna diskors li għidt, imma xi ftit “en passant”.  Imma n-nies sempliċi, in-nies komuni, il-ħaddiem… dan hu valur kbir.  Imma nemmen li int qed tgħidli ħaġa sew li għandi nagħmel, irrid ninżel iktar fil-fond tal-maġisteru fuq hekk.  Nirringrazzjak.  Grazzi ta’ l-għajnuna tiegħek.  Grazzi.

 

Mistoqsija (Vania De Luca – Rainews 24): Int f’dawn il-ġranet insistejt fuq il-ħtieġa ta’ proċessi ta’ integrazzjoni, ta’ inklużjoni soċjali, kontra l-mentalità ta’ l-iskart.  Appoġġjajt ukoll proġetti li mexjin f’din id-direzzjoni ta’ l-għajxien tajjeb.  Anki jekk diġà għidtilna li għadek trid taħseb fuq il-vjaġġ fl-Istati Uniti, taħseb li se tmiss dawn it-temi fil-Ġnus Maqgħuda, fil-White House?  Meta tkellimt fuq dawn il-problematiċi, kont qed taħseb ukoll f’dan il-vjaġġ?

 

Tweġiba: Le, kont qed naħseb biss f’dan il-vjaġġ konkret u fid-dinja b’mod ġenerali.  Id-dejn li bħalissa għandhom il-pajjiżi tad-dinja hu terribbli.  Il-pajjiżi kollha għandhom dejn u hemm pajjiż jew tnejn li xtraw id-djun tal-pajjiżi kbar.  Hi problema tad-dinja kollha.  Imma b’dan ma ħsibtx partikularment fil-vjaġġ lejn l-Istati Uniti.

 

Mistoqsija (Courtney Walsh – Fox News): Santità, tkellimna xi ftit fuq Kuba, fejn int sejjer f’Settembru qabel tmur l-Istati Uniti, u dwar ir-rwol li kellu l-Vatikan biex qarreb iż-żewġ naħat.  Issa li Kuba sa jkollha rwol akbar fil-komunità internazzjonali, fil-fehma tiegħek il-Ħavana għandha ttejjeb ir-reputazzjoni tagħha fuq ir-rispett tad-drittijiet umani u anki l-libertà reliġjuża?  U temmen int li Kuba qed tirriskja li titlef xi ħaġa f’din ir-relazzjoni ġdida ma’ l-aktar pajjiż b’saħħtu fid-dinja?

 

Tweġiba: Id-drittijiet umani qegħdin hemm għal kulħadd u ma jiġux irrispettati biss f’xi pajjiż jew tnejn.  Jien ngħidlek li f’ħafna pajjiżi tad-dinja m’humiex jiġu rrispettati d-drittijiet umani, f’ħafna pajjiżi tad-dinja!  U x’se titlef Kuba u x’se jitilfu l-Istati Uniti?  It-tnejn li huma ħa jiggwadanjaw xi ħaġa u jitilfu xi ħaġa, għax hekk hu f’negozjat.  Imma dak li sa jiggwadanjaw it-tnejn li huma hi l-paċi.  Dan żgur.  Il-laqgħa, il-ħbiberija, il-kollaborazzjoni: dan hu l-gwadann.  Ma nistax naħseb x’jistgħu jitilfu, ikunu ħwejjeġ konkreti, imma f’negozjat dejjem hemm x’tirbaħ u x’titlef.  Lura għad-drittijiet umani u l-libertà reliġjuża, imma aħseb ftit: fid-dinja hemm pajjiżi, anki xi pajjiż Ewropew, li fihom ma jħallux tagħmel sinjal reliġjuż, għal ħafna raġunijiet.  U f’kontinenti oħra l-istess.  Iva, hekk.  Il-libertà reliġjuża m’hix irrispettata fid-dinja kollha, hemm ħafna pajjiżi fejn ma tiġix irrispettata.

 

Mistoqsija (Benedicte Lutaud): Santità, int qed tippreżenta lilek innifsek bħala mexxej dinji ġdid tal-politika alternattiva; nixtieq naf għaliex temmen daqshekk bil-movimenti popolari u inqas bl-intrapriżi, u jekk taħsibx li l-Knisja ħa timxi warajk f’din l-id miftuħa tiegħek lejn il-movimenti popolari li huma ħafna lajċi.

 

Tweġiba: Grazzi!  Id-dinja tal-movimenti popolari hi realtà; hi realtà kbira ħafna, mad-dinja kollha.  Jien x’għamilt?  Li għamilt hu tajthom id-duttrina soċjali tal-Knisja, l-istess kif nagħmel mad-dinja ta’ l-intrapriża.  Hemm duttrina soċjali tal-Knisja.  Jekk int taqra dak li għidt lill-movimenti popolari, hemm diskors pjuttost twil, hu ġabra fil-qosor tad-duttrina soċjali tal-Knisja, imma applikata għas-sitwazzjoni tagħhom.  Imma hi d-duttrina soċjali tal-Knisja.  Dak kollu li għidt hu duttrina soċjali tal-Knisja, u meta jmissni nitkellem mad-dinja ta’ l-intrapriża, l-istess ħaġa ngħid, jiġifieri dak li tgħid fuq id-dinja ta’ l-intrapriża d-duttrina soċjali tal-Knisja.  Ngħidu aħna, fil-Laudato sì hemm parti dwar il-ġid komuni u anki fuq id-dejn soċjali tal-propjetà privata li qiegħda f’dak is-sens; imma din hi applikazzjoni tad-duttrina soċjali tal-Knisja.

 

Mistoqsija (kontinwazzjoni): Int taħseb li l-Knisja ħa timxi warajk f’din il-viżjoni?

 

Tweġiba: Hawnhekk huwa jien li qed nimxi mal-Knisja, għax qiegħed sempliċement nippriedka d-duttrina soċjali tal-Knisja lil dan il-moviment.  M’hix id miftuħa lill-għadu, m’hux fatt politiku, le.  Hu fatt kateketiku.  Nixtiequ li dan ikun ċar.  Grazzi.

 

Mistoqsija (Cristina Cabrejas): Santità, ma tibżax xi ftit li int u d-diskorsi tiegħek tiġu strumentalizzati mill-gvernijiet, mill-gruppi ta’ poter, mill-movimenti?  Grazzi.

 

Tweġiba: Se ntenni xi ftit dak li għidt fil-bidu.  Kull kelma, kull frażi ta’ diskors tista’ tiġi strumentalizzata.  Hekk staqsieni l-ġurnalista Ekwadorjan.  Propju l-istess frażi xi wħud qalu li kienet favur il-Gvern u l-oħrajn qalu li kienet kontrih.  Għalhekk ridt nidħol fid-diskors ta’ l-ermenewtika sħiħa.  U dejjem jiġu strumentalizzati.  Xi drabi ssib aħbarijiet li jaqbdu frażi u jeħduha barra l-kuntest.  Le, ma nibżax, ngħid biss: araw il-kuntest!  Jekk niżbalja, bi ftit mistħija nitlob skuża u nibqa’ miexi.

 

Mistoqsija (kontinwazzjoni): Ippermettili battuta: x’jidhirlek minn dawk is-selfies kollha waqt il-Quddiesa, li jieħdu ż-żgħażagħ, it-tfal, il-kollegi?…

 

Tweġiba: Xi tridni naħseb?  Hi kultura oħra.  Inħossni bużnannu.  Il-lum, x’ħin kont ħa nitlaq, ġie pulizija, kbir, naħseb kellu erbgħin sena, u qalli: Ħa nieħu selfie miegħek.  Għidtlu: Mela int adolexxent!  Iva, hi kultura oħra, imma nirrispettaha.

 

Mistoqsija (Andrea Tornielli): Santità, fil-qosor, x’messaġġ ridt twassal lill-Knisja ta’ l-Amerika Latina f’dawn il-jiem?  U xi rwol jista’ jkollha l-Knisja ta’ l-Amerika Latina, anki bħala sinjal għad-dinja?

 

Tweġiba: Il-Knisja ta’ l-Amerika Latina għandha għana kbir: hi Knisja żagħżugħa, u dan hu importanti.  Knisja żagħżugħa b’ċerta freskezza, anki b’xi informalitajiet, m’hix formali żżejjed.  Barrra dan, għandha teoloġija għanja, ta’ tiftix.  Jien ridt nagħmel il-qalb lil din il-Knisja żagħżugħa u nemmen li din il-Knisja lilna tista’ tagħtina ħafna.  Insemmi ħaġa li laqtitni ħafna.  Fit-tliet pajjiżi, it-tlieta li huma, kien hemm toroq sħaħ mimlijin missirijiet u ommijiet bit-tfal magħhom; riedu juruni lil uliedhom.  Qatt ma rajt daqshekk tfal, daqshekk tfal.  Hu poplu – u anki l-Knisja hi hekk – li hu lezzjoni għalina, għall-Ewropa, fejn ir-rata tat-twelid tbeżżagħna xi ftit, u anki l-politika li tgħin il-familji numerużi ftit li xejn teżisti.  Tiġini f’moħħi Franza, li għandha politika sabiħa biex tgħin il-familji numerużi u waslet, naħseb, għal iżjed minn 2%, waqt li oħrajn għadhom qrib iz-zero, anki jekk mhux kollha.  Naħseb li fl-Albanija hemm il-45%, imma fil-Paragwaj fuq 70% tal-popolazzjoni hi minn erbgħin sena ’l isfel.  L-għana ta’ dan il-poplu u ta’ din il-Knisja hi li għandna Knisja ħajja.  Hu għana, hi Knisja ħajja.  Dan hu importanti.  Nemmen li aħna għandna x’nitgħallmu minn dan u nikkoreġu, għax inkella, jekk ma jiġux l-ulied…  Dan hu li jmissli l-aktar qalbi mill-“iskart”: qed jintremew it-tfal, qed jintremew l-anzjani, bin-nuqqas ta’ xogħol qed jiġu mormija ż-żgħażagħ.  Għalhekk il-popli ġodda, il-popli żgħażagħ jagħtuna iktar saħħa.  Għall-Knisja, li naraha bħala Knisja żagħżugħa – b’ħafna problemi, għax problemi għandha – nemmen li dan hu l-messaġġ li għandi għaliha: m’għandniex għax nibżgħu minn dawn iż-żgħażagħ u minn din il-freskezza tal-Knisja.  Tista’ tkun ukoll Knisja xi ftit indixxiplinata, imma maż-żmien tiddixxiplina ruħha, u hemm ħafna tajjeb.

 

 

miġjuba mit-Taljan għall-Malti