IL-PAPA FRANĠISKU

F’parti mid-diskors tal-Udjenza Ġenerali

Pjazza San Pietru

L-Erbgħa 25 ta’ Marzu 2015

Talba għas-Sinodu fuq il-Familja

 

 

Ġesù, Marija u Ġużeppi,

fikom nikkontemplaw

il-ġmiel tal-imħabba vera,

u lejkom induru b’fiduċja sħiħa.

 

Familja Mqaddsa ta’ Nazaret,

agħmel li anki l-familji tagħna

jkunu mkejjen ta’ għaqda u ċenakli ta’ talb,

skejjel awtentiċi tal-Vanġelu

u Knejjes żgħar fid-djar tagħna.

 

Familja Mqaddsa ta’ Nazaret,

żomm bogħod mill-familji tagħna

kull vjolenza, egoiżmu u firda:

kull min kien miġruħ jew skandalizzat,

ħa jsib malajr faraġ u fejqan.

 

Familja Mqaddsa ta’ Nazaret,

agħmel li s-Sinodu li ġej tal-Isqfijiet

inissel mill-ġdid f’kulħadd l-għarfien

tal-karattru qaddis u l-ħarsien bla mittiefes tal-familja,

il-ġmiel tagħha fil-pjan ta’ Alla.

 

Ġesù, Marija u Ġużeppi,

isimgħu u aqilgħu din it-talba tagħna.  Ammen.

 

 

miġjuba mit-Taljan għall-Malti minn Francesco Pio Attard