Illum waranofsinhar, matul it-titjira minn Malmö lejn Ruma fi tmiem il-Vjaġġ Appostoliku fl-Iżvezja, il-Papa Franġisku ltaqa’ mal-ġurnalisti fuq l-ajruplan f’konferenza stampa ta’ xi erbgħin minuta, li tagħha qed inġibu t-traskrizzjoni hawn:

 

Greg Burke:

Grazzi, Santità. Merħba. Int titkellem ħafna dwar li għandna “nimxu flimkien”, f’riferenza għad-diversi reliġjonijiet. Anki aħna mxejna xi ftit flimkien, xi wħud minna għall-ewwel darba: għandna ġurnalista Żvediż – naħseb għadda xi ftit taż-żmien sew mill-aħħar darba li kellna ġurnalista Żvediż abbord. Nibdew bihom. Elin Swedenmark, mill-aġenzija Żvediża “TT”.

 

Il-Papa Franġisku:

Qabelxejn nixtieq insellmilkom u nirringrazzjakom tal-ħidma li għamiltu, tal-kesħa li ħadtu… Imma tlaqna fil-ħin, għax qed jgħidu li llejla [it-temperatura] nieżla b’xi ħames gradi oħra. Tlaqna fil-ħin! Grazzi ħafna. Grazzi tal-kumpanija u tal-ħidma tagħkom.

 

Elin Swedenmark:

Grazzi. Insellimlek. Santità, ilbieraħ int tkellimt fuq ir-rivoluzzjoni tal-ħlewwa. Fl-istess ħin, qed naraw li dejjem iżjed persuni ġejjin minn pajjiżi bħas-Sirja u l-Iraq qed ifittxu kenn f’pajjiżi Ewropej. Imma xi wħud jirreaġixxu b’biża’ jew saħansitra nsibu persuni li jaħsbu li l-wasla ta’ dawn ir-rifuġjati tista’ thedded il-kultura tal-Kristjaneżmu fl-Ewropa. X’inhu l-messaġġ tiegħek lin-nies li tibża’ li s-sitwazzjoni tista’ tiżviluppa hekk, u x’inhu l-messaġġ tiegħek lill-Iżvezja li wara tradizzjoni twila ta’ akkoljenza tar-rifuġjati issa qed tibda tagħlaq il-fruntieri tagħha?

 

Il-Papa Franġisku:

Qabelxejn, jien bħala Arġentin u Sudamerikan, nirringrazzja ħafna lill-Iżvezja għal din l-akkoljenza, għax ħafna Arġentini, Ċileni, Urugwajani fi żmien id-dittaturi militari ġew milqugħa fl-Iżvezja. L-Iżvezja għandha tradizzjoni twila ta’ akkoljenza. U mhux biss irċiviet, imma integrat, dritt fittxitilhom dar, skola, xogħol… integrathom fil-poplu tagħha. Tawni l-istatistika – forsi qed niżbalja, m’iniex ċert – imma milli niftakar – naf qed niżbalja – kemm nies joqogħdu l-Iżvezja? Disa’ miljuni? Minn dawn id-disa’ miljuni – qaluli – 850 elf huma “Żvediżi ġodda”, jiġifieri emigranti jew rifuġjati jew uliedhom. Din l-ewwel ħaġa. It-tieni: irridu niddistingwu bejn emigrant u rifuġjat, le? L-emigrant għandu jiġi ttrattat b’ċerti regoli, għax li temigra hu dritt, imma hu dritt irregolat ħafna. Min-naħa l-oħra, li tkun rifuġjat ġej minn sitwazzjoni ta’ gwerra, ta’ tbatija, ta’ ġuħ, sitwazzjoni terribbli u l-istat ta’ rifuġjat irid iżjed attenzjoni, iżjed xogħol. Anki hawn, l-Iżvezja dejjem tat eżempju kif torganizza, tgħallem il-lingwa, il-kultura u anki tintegra fil-kultura. Fuq dan l-aspett tal-integrazzjoni tal-kultura m’għandniex inħallu xi jbeżżagħna, għax l-Ewropa ssawret b’integrazzjoni kontinwa ta’ kulturi, tant kulturi… Naħseb li – dan m’iniex ngħidu b’mod offensiv, le, le, imma bħala kurżità – il-fatt li llum fl-Iżlanda prattikament Iżlandiż, bil-lingwa Iżlandiża tal-lum, jista’ jaqra l-klassiċi tiegħu ta’ elf sena ilu bla problema, dan ifisser li hu pajjiż bi ftit immigrazzjonijiet, ftit “mewġ” kif kellha l-Ewropa. L-Ewropa ssawret bl-emigrazzjonijiet…

 

Imbagħad, x’naħseb dwar il-pajjiżi li jagħlqu l-fruntieri: nemmen li fit-teorija ma tistax tagħlaq qalbek għal rifuġjat, imma hemm bżonn ukoll il-prudenza ta’ min jiggverna: iridu jkunu miftuħa ħafna biex jilqgħuhom, imma jagħmlu wkoll il-kalkolu ta’ kif iqassmuhom, għax rifuġjat ma tridx biss tilqgħu, imma anki tintegrah. U jekk pajjiż jiflaħ jintegra għoxrin, biex ngħidu hekk, sa hemm għandu jagħmel. Jekk ieħor jiflaħ iżjed, ħa jagħmel iżjed. Imma dejjem bil-qalb miftuħa: mhix ħaġa umana li nagħmlu l-bibien, mhix ħaġa umana li nagħlqu qalbna, u fil-verità dan aħna nispiċċaw inħallsu għalih. Hawn inkunu nħallsu politikament; kif nistgħu nħallsu politikament ukoll jekk ma nkunux prudenti fil-kalkoli, jekk nilqgħu iżjed minn kemm nifilħu nintegraw. Għax x’inhu l-periklu meta rifuġjat jew emigrant – dan jgħodd għat-tnejn li huma – ma jiġix integrat, mhux integrat? Ippermettuli l-kelma – forsi hi neoloġiżmu – jiġi ghettizzat, jew aħjar, jidħol f’ghetto. U kultura li ma tiżviluppax f’relazzjoni ma’ kultura oħra, din ħaġa perikuluża. Jiena nemmen li l-agħar parir li nistgħu nagħtu lill-pajjiżi li tendenzjalment jagħlqu l-fruntieri hu dak tal-biża’, u l-aħjar parir hu l-prudenza.

 

Fl-aħħar jiem tkellimt ma’ funzjonarju tal-Gvern Żvediż, u semmili xi diffikultajiet ta’ bħalissa – dan jgħodd għall-aħħar mistoqsija li għamiltli –, xi diffikultajiet għax tant qed jaslu li ma nlaħħqux nirranġawlhom kollha, insibulhom skola, dar, xogħol, jitgħallmu l-lingwa. Il-prudenza għandha tagħmel dan il-kalkolu. Imma l-Iżvezja… jien ma naħsibx li jekk l-Iżvezja tnaqqas il-ħila tagħha li tilqa’, dan tagħmlu b’egoiżmu jew għax tilfet din il-ħila; jekk jiġri dan, dan minħabba l-aħħar ħaġa li semmejt: illum ħafna jħarsu lejn l-Iżvezja għax jafu kemm lesta tilqa’, imma biex jiġu organizzati mhemmx żmien biżżejjed għal kulħadd. Ma nafx jekk weġibtekx. Grazzi.

 

Greg Burke:

Grazzi, Santità. Issa mistoqsija mill-istazzjon televiżiv Żvediż: Anna Cristina Kappelin, minn Sveriges TV.

 

Anna Cristina Kappelin:

L-għodwa t-tajba. L-Iżvezja, li laqgħet din il-laqgħa ekumenika importanti, għandha mara fit-tmun tal-Knisja tagħha. X’taħseb? Hu realistiku li fl-għaxriet ta’ snin li ġejjin naħsbu f’nisa-qassisin anki fil-Knisja Kattolika? U jekk le, għaliex? Is-saċerdoti Kattoliċi jibżgħu mill-kompetizzjoni?

 

Il-Papa Franġisku:

Jien u naqra xi ftit l-istorja ta’ din iz-zona, fejn konna, rajt li kien hemm reġina li sfat armla tliet darbiet; u għidt bejni u bejn ruħi: “X’saħħa kellha din il-mara!”. U qaluli: “In-nisa Żvediżi huma b’saħħithom ħafna, bravi ħafna, u għalhekk issib irġiel Żvediżi li jfittxu mara ta’ nazzjonalità oħra”. Ma nafx dan hux minnu!… Dwar l-ordinazzjoni tan-nisa fil-Knisja Kattolika, l-aħħar kelma ċara tahielna San Ġwanni Pawlu II, u din tibqa’. Din tibqa’. Dwar il-kompetizzjoni, ma nafx…

 

[mistoqsija mill-istess ġurnalista, ma tinstemax sew]

 

Il-Papa Franġisku:

Jekk naqraw sew id-dikjarazzjoni li għamel San Ġwanni Pawlu II, f’dik il-linja qiegħda. Iva. Imma n-nisa jistgħu jagħmlu tant affarijiet, wisq aħjar mill-irġiel. U anki fil-qasam dommatiku – biex niċċara, forsi biex nagħmilha ċara, mhux sempliċement nirriferi għal dokument –, fl-ekkleżjoloġija Kattolika hemm żewġ dimensjonijiet: id-dimensjoni Petrina, li hi dik tal-Appostli – Pietru u l-Kulleġġ Appostoliku, li hi l-pastorali tal-Isqfijiet – u d-dimensjoni Marjana, li hi d-dimensjoni femminili tal-Knisja. U dan jien għidtu kemm-il darba. Nistaqsi, min hu l-iżjed importanti fit-teoloġija u fil-mistika tal-Knisja: l-Appostli jew Marija, nhar Għid il-Ħamsin? Hi Marija! Iżjed minn hekk: il-Knisja hi mara. Hi l-Knisja, mhux hu l-Knisja. Hija l-Knisja. U l-Knisja mgħarrsa ma’ Ġesù Kristu. Hu misteru taż-żwieġ dan. U fid-dawl ta’ dan il-misteru nifhmu għaliex dawn iż-żewġ dimensjonijiet: id-dimensjoni Petrina, jiġifieri episkopali, u d-dimensjoni Marjana, b’dak kollu li hi l-maternità tal-Knisja, imma f’sens iktar qawwi. Ma teżisti l-ebda Knisja mingħajr din id-dimensjoni femminili, għax hi stess hi femminili.

 

Greg Burke:

Grazzi. Issa għandna mistoqsija minn Austen Ivereigh, ma nafx jekk hix ħa titkellem bl-Ispanjol jew bil-Porteño…; u jekk Eva Fernandez tista’ toqrob ’l hawn

 

Austin Ivereigh (bl-Ispanjol):

Muchas gracias, Santo Padre. Este otoño ha sido muy rico en encuentros ecumenicos con las Iglesias tradicionales: la ortodoxa, la anglicana y ahora la luterana. Pero la mayoría de los protestantes ahora en el mundo son de tradición evangélica, pentecostal… Yo tengo entendido que en la vigilia de Pentecostés del año que viene habrá un acto en el Circo Máximo celebrando el 50 aniversario de la Renovación Carismática. Usted ha tenido muchas iniciativas – tal vez por primera vez de un Papa – en el 2014 con los líderes evangélicos. ¿Qué ha pasado con esas iniciativas y qué es lo que se espera lograr de la reunión, del encuentro del año que viene? Muchísimas gracias.

 

[traduzzjoni Taljana]

Grazzi ħafna, Santità. Din il-ħarifa kienet mimlija b’ħafna laqgħat ekumeniċi mal-Knejjes tradizzjonali: dik Ortodossa, dik Anglikana u issa dik Luterana. Imma l-parti l-kbira tal-Protestanti fid-dinja llum huma ta’ tradizzjoni Evanġelika, Pentekostali… Smajt li fil-vġili ta’ Pentekoste tas-sena d-dieħla se tinżamm attività fiċ-Circo Massimo biex jiċċelebraw il-ħamsin anniversarju tat-Tiġdid Kariżmatiku. Int ħadt ħafna inizjattivi – forsi l-ewwel darba għal Papa – fl-2014 flimkien mal-mexxejja Evanġeliċi. X’ġara minn dawn l-inizjattivi u x’inhu mistenni mil-laqgħa tas-sena d-dieħla? Grazzi ħafna.

 

Il-Papa Franġisku (bl-Ispanjol):

Con esas iniciativas… Yo diría que tuve dos tipos de iniciativa. Una cuando fui a Caserta a la iglesia carismática y también en esa misma línea cuando en Turín fui a la Iglesia Valdense. Una iniciativa de reparación y de pedir perdón porque los católicos... parte, parte de la Iglesia Católica no se portó cristianamente con ellos bien. Y ahí había que pedir perdón y había que sanar una herida.

 

La otra iniciativa fue la del diálogo, y esto ya desde Buenos Aires. En Buenos Aires, por ejemplo, hemos tenido tres encuentros en el Luna Park que tiene capacidad para 7.000 personas. Tres encuentros de fieles evangélicos y católicos en la línea de la renovación carismática, pero abierta también. Y encuentros de todo el día: predicaba un pastor, un obispo evangélico, y predicaba un sacerdote católico o un obispo católico; o dos y dos, se iban variando. En dos de esos encuentros, si no en los tres, pero en dos seguro, predicó el padre Cantalamessa, que es el predicador de la Casa Pontificia.

 

Creo que la cosa viene ya desde papados anteriores, y desde cuando estaba en Buenos Aires, y eso nos hizo bien. Y también tuvimos dos retiros espirituales de tres días de pastores y sacerdotes conjuntos, predicados también por pastores y un sacerdote o un obispo. Y eso ayudó mucho al diálogo, a la comprensión, al acercamiento, al trabajo… sobre todo al trabajo con los más necesitados. Juntos. Y al respeto, al gran respeto. Esas son respecto a las iniciativas, que bien ya desde Buenos Aires, y esta va… Acá en Roma tuve algunas reuniones con pastores… dos o tres ya. Algunos vinieron de Estados Unidos y de acá, de Europa.

 

Y lo que usted menciona es la celebración que organiza el ICCRS [International Catholic Charismatic Renewal Services], la celebración de los 50 años de la Renovación Carismática, que nació ecuménica y por eso va a ser ecuménica en ese sentido, y va a ser en el Circo Máximo. Yo tengo previsto – si Dios me da vida – ir a dar una charla allí. Creo que dura dos días, pero todavía no está organizada. Sé que va a ser la vigilia de Pentecostés, y yo voy a tener una charla en algún momento. Respecto a la renovación carismática y respecto a los pentecostales: la palabra “pentecostal”, la denominación “pentecostal”, hoy día ya es equívoca, porque menciona muchas cosas, muchas asociaciones, muchas comunidades eclesiales que no son iguales, incluso son hasta opuestas. Entonces hay que precisar más. O sea, se ha universalizado tanto que resulta un término equívoco. En Brasil es típico eso, donde se proliferó bastante.

 

La renovación carismática nace – y uno de los primeros opositores que tuvo en Argentina es el que le está hablando – porque yo era provincial de los jesuitas en aquella época cuando empezó en Argentina un poco la cosa, y yo prohibí a los jesuitas que se metieran en eso. Y públicamente dije que cuando se iba a hacer una celebracion litúrgica había que hacer una cosa litúrgica y no una escuela do samba. Eso lo dije. Y hoy pienso lo contrario, cuando las cosas están bien hechas.

 

Más aún, en Buenos Aires, todos los años, una vez por año teníamos la misa en la catedral del Movimiento de Renovación Carismática, donde venían todos. O sea que yo también he sufrido un proceso de reconocer lo bueno que la Renovación ha dado a la Iglesia. Y aquí no hay que olvidar la gran figura del Cardenal Suenens, que tuvo esa visión profética y ecuménica.

 

[traduzzjoni Taljana]

B’dawn l-inizjattivi… Jiena ngħid li ħadt żewġ tipi ta’ inizjattivi. Waħda meta mort Caserta fil-Knisja Kariżmatika, u anki fl-istess linja meta f’Turin mort fil-Knisja Valdensi. Inizjattiva ta’ tpattija u ta’ talba għall-maħfra, għax il-Kattoliċi… parti, parti mill-Knisja Kattolika ma ġabitx ruħha magħhom Kristjanament, tajjeb. U hemm kien meħtieġ nitolbu maħfra u ndewwu ġerħa.

 

L-inizjattiva l-oħra kienet dik tad-djalogu, u dan diġà sa minn Buenos Aires. Fi Buenos Aires, ngħidu aħna, għamilna tliet laqgħat fil-Luna Park li jesa’ 7,000 ruħ. Tliet laqgħat ta’ fidili Evanġeliċi u Kattoliċi fil-linja tat-Tiġdid Kariżmatiku, imma anki miftuħa. U laqgħat li kienu jdumu jum sħiħ: pastor jipprietka, isqof Evanġeliku u mbagħad jipprietka wkoll saċerdot Kattoliku jew isqof Kattoliku; jew tnejn u tnejn, jalternaw bejniethom. Fi tnejn minn dawk il-laqgħat, jekk mhux fit-tlieta li huma, imma fi tnejn żgur, ipprietka Patri Cantalamessa, li hu l-predikatur tad-Dar Pontifiċja.

 

Naħseb li l-ħaġa ġejja mill-pontifikati ta’ qabel, u minn meta jiena kont Buenos Aires, u dan kien ta’ ġid kbir għalina. U għamilna wkoll irtiri spiritwali ta’ tlitt ijiem b’pastors u saċerdoti flimkien, anki dawk ipprietkati minn pastors u minn saċerdot jew isqof. U dan għen ħafna fid-djalogu, biex fhimna lil xulxin, ersaqna qrib ta’ xulxin, fil-ħidma… fuq kollox il-ħidma ma’ min hu l-iżjed fil-bżonn. Flimkien. U r-rispett, ir-rispett kbir. Dan f’riferiment għall-inizjattivi, diġà sa minn Buenos Aires… Hawn Ruma kelli bosta laqgħat ma’ pastors, diġà tnejn jew tlieta. Xi wħud ġew mill-Istati Uniti tal-Amerika u minn hawn, mill-Ewropa.

 

Imbagħad dik li semmejt inti hi ċ-ċelebrazzjoni li qed jorganizzaw l-ICCRS [International Catholic Charismatic Renewal Services], iċ-ċelebrazzjoni għall-ħamsin sena tat-Tiġdid Kariżmatiku, li twieled bħala ħaġa ekumenika, u għalhekk sa tkun ċelebrazzjoni ekumenika f’dan is-sens, u sa tinżamm fiċ-Circo Massimo. Jien qed nipprevedi – jekk il-Mulej iżommni ħaj – li mmur nitkellem hemm. Jidhirli li sa jkun fuq jumejn, imma għadha ma ġietx organizzata. Naf li se jinżamm fil-vġili ta’ Pentekoste, u jien nitkellem f’xi ħin. Dwar it-Tiġdid Kariżmatiku u dwar il-Pentekostali: il-kelma “pentekostali”, id-denominazzjoni “pentekostali” llum hi ambigwa, għax tirriferi għal ħafna affarijiet, ħafna għaqdiet, ħafna komunitajiet ekkleżjali li mhumiex l-istess, anzi, huma opposti għal xulxin. Allura rridu nkunu iżjed preċiżi. Jiġifieri, tant xterdet il-kelma li saret terminu ambigwu. Fil-Brażil dan hu tipiku, fejn xterdet qatigħ.

 

It-Tiġdid Kariżmatiku twieled… – u fost dawk li kienu minn ta’ quddiem li ħaduha kontrih fl-Arġentina hu hawn quddiemkom – għax jien dak iż-żmien kont Provinċjal tal-Ġiżwiti, meta beda fl-Arġentina, u jien lill-Ġiżwiti ma ridthomx ikollhom x’jaqsmu miegħu. U għidt pubblikament li meta ssir xi ċelebrazzjoni liturġika kellha ssir ħaġa liturġika u mhux “skola tas-samba”. Hekk għidt. U llum naħseb bil-maqlub, jekk l-affarijiet isiru sew.

 

Anzi, fi Buenos Aires, darba kull sena fil-katidral kien ikollna l-Quddiesa tal-Moviment tat-Tiġdid Kariżmatiku, li għaliha kien jiġi kulħadd. Għalhekk, anki jien għaddejt minn proċess ta’ għarfien tat-tajjeb kollu li t-Tiġdid ta lill-Knisja. U ma rridux ninsew il-figura kbira tal-Kardinal Suenens, li kellu dik il-viżjoni profetika u ekumenika.

 

Greg Burke:

Grazzi, Santità. Issa Eva Fernández mill-Cadena “Cope”, għar-radju Spanjol.

 

Eva Fernández (bl-Ispanjol):

Santo Padre, me gustaría hacerle esta pregunta en italiano pero todavía no me encuentro capaz. Hace poco tiempo ha estado usted con Nicolás Maduro, presidente de Venezuela. ¿Qué sensación le ha dado esta reunión y cuál es su opinión sobre el inicio de las conversaciones? Muchas gracias, Santo Padre.

 

[traduzzjoni Taljana]:

Santità, nixtieq nista’ nagħmillek din il-mistoqsija bit-Taljan, imma għadni ma nħossnix daqshekk kapaċi. Xi żmien ilu, int iltaqajt ma’ Nicolás Maduro, President tal-Veneżwela. X’sensazzjoni tatek din il-laqgħa u x’inhi l-opinjoni tiegħek fuq il-bidu tal-kollokji? Grazzi ħafna, Santità.

 

Il-Papa Franġisku:

Iva, il-President tal-Veneżwela talab laqgħa u appuntament biex hu jiġi fil-Lvant Nofsani, mill-Qatar, mill-Emirati Għarab u għamel waqfa teknika f’Ruma. Kien diġà talab laqgħa qabel. Ġie fl-2013; imbagħad talab appuntament ieħor, imma marad u ma setax jiġi; u talab dan. Meta president jitlob laqgħa, għandek tilqgħu, iktar u iktar la inzerta Ruma, għal waqfa. Smajtu, nofsiegħa, f’dak l-appuntament; smajtu, għamiltlu xi mistoqsijiet u ħadt il-parir tiegħu. Dejjem sew tisma’ l-ideat kollha. Smajt il-parir tiegħu. F’rabta mat-tieni aspett, id-djalogu. Din hi l-unika triq għall-kunflitti kollha! Għall-kunflitti kollha. Jew niddjalogaw jew nagħjtu, imma m’hemmx triq oħra.

 

Jien id-djalogu nemmen fih b’qalbi kollha u nemmen li għandna nimxu f’din it-triq. Ma nafx kif ħa tispiċċa, ma nafx, għax hi kumplessa ħafna, imma n-nies li hi impenjata fid-djalogu hi nies ta’ statura politika importanti. Zapatero, li darbtejn kien President tal-Gvern ta’ Spanja, u Restrepo [u l-partijiet kollha] talbu lis-Santa Sede li tkun preżenti fid-djalogu. U s-Santa Sede qabbdet lin-Nunzju fl-Arġentina Mons. Tscherrig, li naħseb jinsab hemm, mal-mejda tan-negozjati. Imma d-djalogu li jiffavorixxi n-negozjati hu l-unika triq biex jintemm il-ġlied, m’hemmx triq oħra… Kieku l-Lvant Nofsani għamel hekk, kemm ħajjiet kienu jiġu salvati! [nota editorjali: l-E.T. Mons. Tscherrig fl-ewwel laqgħa ħa post l-E.T. Mons. Claudio Maria Celli, li ġie maħtur akkumpanjatur fin-negozjat]

 

Greg Burke:

Grazzi, Santità. Issa minn “Radio France” għandna lil Mathilde Imberty.

 

Mathilde Imberty:

Santità, ninsabu f’titjira lura mill-Iżvezja, fejn is-sekularizzazzjoni hi qawwija ħafna, hi fenomenu li jmiss l-Ewropa kollha. Saħansitra f’pajjiż bħal Franza jingħad li fis-snin li ġejjin il-parti l-kbira taċ-ċittadini ħa jkunu bla reliġjon. Fil-fehma tiegħek, is-sekularizzazzjoni hi ħaġa traġika? Min hu responsabbli, il-gvernijiet lajċi jew il-Knisja li żammet wisq lura? Grazzi.

 

Il-Papa Franġisku:

Traġika, le. Jien ma nemminx fit-traġedji! Min huma r-responsabbli? Ma nafx ngħid… Int [jiġifieri kull persuna] responsabbli. Jien ma nafx, hu proċess… Imma qabel dan irrid ngħid ħaġa żgħira. Il-Papa Benedittu XVI tkellem ħafna fuq dan u b’mod ċar. Meta l-fidi tibred, dan għax, kif qed tgħid int, il-Knisja tiddgħajjef… Iż-żminijiet iktar sekularizzati… Imma naħsbu fi Franza, ngħidu aħna, iż-żminijiet tal-mondanizzazzjoni tal-Qorti: iż-żminijiet li fihom is-saċerdoti kienu l-abbé tal-Qorti, funzjonaliżmu klerikali… Imma kienet nieqsa l-qawwa tal-evanġelizzazzjoni, il-qawwa tal-Vanġelu. Dejjem, meta jkun hemm is-sekularizzazzjoni nistgħu ngħidu li jkun hemm ċerta dgħufija fl-evanġelizzazzjoni, dak veru… Imma hemm ukoll proċess ieħor, proċess kulturali, proċess – naħseb darba tkellimt fuq hekk – tat-tieni xorta ta’ “inkultura”, meta l-bniedem irċieva d-dinja minn idejn Alla biex jinkulturaha, biex ikabbarha, jaħkimha, u f’ċertu punt tant ħassu sid ta’ din il-kultura – aħsbu ftit fil-mit tat-Torri ta’ Babel – tant isir sid ta’ din il-kultura li jibda jagħmilha hu tal-ħallieq ta’ kultura oħra, tiegħu, u jieħu post Alla l-Ħallieq. U fis-sekularizzazzjoni jiena nemmen li xi darba jew oħra se naslu għad-dnub kontra Alla l-Ħallieq. Il-bniedem awtosuffiċjenti. Mhix problema ta’ lajċiżmu, għax lajċiżmu tajjeb għandna bżonnu, li jkun hemm l-awtonomija tal-affarijiet, l-awtonomija sana tal-affarijiet, l-awtonomija sana tax-xjenzi, tal-ħsieb, tal-politika, lajċiżmu san irriduh. Le, din ħaġa oħra, lajċiżmu pjuttost bħal dak li ħallielna b’wirt l-Illuminiżmu.

 

Nemmen li huma dawn iż-żewġ ħwejjeġ: xi ftit l-awtosuffiċjenza tal-bniedem ħallieq ta’ kultura, imma li jmur lil hemm mil-limiti tiegħu u jħossu Alla; imma hi wkoll xi ftit dgħufija fl-evanġelizzazzjoni, li titgħażżen u l-Insara jitgħażżnu. Hemm jiswielna xi ftit jekk nerġgħu nsibu dik l-awtonomija sana fl-iżvilupp tal-kultura u tax-xjenzi, anki bis-sens tad-dipendenza, li aħna ħlejjaq u mhux Alla; u barra min hekk nerġgħu nsibu l-qawwa tal-evanġelizzazzjoni. Illum jien nemmen li din is-sekularizzazzjoni hi b’saħħitha ħafna fil-kultura u f’ċerti kulturi. Hi b’saħħitha ħafna wkoll fid-diversi xejriet ta’ mondanità, il-mondanità spiritwali. Meta fil-Knisja tidħol il-mondanità spiritwali, dan hu agħar. Mhux kliem tiegħi dan li se ngħid issa, hu kliem il-Kardinal De Lubac, wieħed mill-aqwa teologi tal-Konċilju [Vatikan II]. Jgħid li meta fil-Knisja tidħol il-mondanità spiritwali, dan hu mod…, hi l-agħar ħaġa li tista’ tiġrilha, terġa’ agħar minn dak li seħħ fl-epoka tal-Papiet korrotti. U jsemmi xi xorta ta’ korruzzjoni tal-Papiet, ma niftakarx sewwa, imma ħafna. Il-mondanità. Dan għalija hu perikuluż. U bir-riskju li din tidher prietka, omelija, se ngħid hekk: Ġesù meta jitlob għalina lkoll fl-Aħħar Ċena, lill-Missier jitolbu ħaġa għalina lkoll: mhux li jaqtagħna mid-dinja imma li jħarisna mid-dinja, mill-mondanità. Hi perikuluża ħafna, hi sekularizzazzjoni moħbija taħt irtokk, liebsa maskra, xi ftit prêt-à-porter, fil-ħajja tal-Knisja. Ma nafx jekk weġibtx…

 

Greg Burke:

Grazzi, Santità. Issa mill-istazzjon televiżiv Ġermaniż “ZDF”, Jürgen Erbacher.

 

Jürgen Erbacher:

Santità, xi jiem ilu int iltaqajt mas-Santa Marta Group li jieħu ħsieb jiġġieled kontra l-jasar modern u t-traffikar uman, temi li fil-fehma tiegħi huma ħafna għal qalbek, mhux biss bħala Papa, imma diġà fi Buenos Aires int tajt kas ta’ dawn it-temi. Għaliex? Kien hemm xi esperjenza speċjali jew forsi anki personali? U mbagħad bħala Ġermaniż, fil-bidu tas-sena tat-tifkira tar-Riforma, irrid ukoll nistaqsik jekk intix ġej f’dak il-pajjiż fejn bdiet din ir-Riforma ħames mitt sena ilu, forsi, matul din is-sena?

 

Il-Papa Franġisku:

Nibda bit-tieni waħda. Il-programm tal-vjaġġi s-sena d-dieħla għadu ma sarx. Iva, nafu biss, kważi fiż-żgur li jien se mmur l-Indja u l-Bangladesh, imma għadu ma tfassalx, għadha ipoteżi.

 

Dwar l-ewwel mistoqsija. Iva, jien ili żmien, sa minn Buenos Aires, meta kont qassis, dejjem kont inkwetat b’dan il-ġisem ta’ Kristu. Il-fatt li Kristu għadu jbati, Kristu għadu jiġi msallab il-ħin kollu f’ħutu l-iżjed dgħajfa, dan dejjem messli qalbi. Ħdimt bħala saċerdot, ħwejjeġ żgħar mal-foqra, imma mhux esklussivament, kont naħdem ukoll mal-istudenti universitarji… Imbagħad, bħala Isqof, fi Buenos Aires għamilna [inizjattivi], anki ma’ gruppi mhux Kattoliċi u li ma jemmnux, kontra x-xogħol sfurzat, fuq kollox tal-immigranti mill-Amerika Latina li kienu jaslu mill-Arġentina, li jaslu. Jeħdulhom il-passaport u jġagħluhom ibatu f’xogħol imjassar fl-indsutriji, imma magħluqin ġew… Darba qabdet waħda minnhom u t-tfal kienu fuq barra, kollha mejtin u anki xi ħadd li ma rnexxilux jaħrab… Tassew skjavi, u dan messli qalbi. It-traffikar tal-persuni. U ħdimt ukoll ma’ żewġ kongregazzjonijiet ta’ sorijiet li jaħdmu mal-prostituti, in-nisa skjavi tal-prostituzzjoni. Ma niħux gost ngħid prostituti: skjavi tal-prostituzzjoni. Imbagħad, darba fis-sena, dawn l-iskjavi kollha tas-sistema kienu jagħmlu Quddiesa fi Piazza Constitución, li hi waħda minn dawk li fihom jaslu l-ferroviji – bħal f’Termini, aħsbu f’Termini –; u hemm kienet issir il-Quddiesa ma’ kulħadd. Għal din il-Quddiesa kienu jiġu l-organizzazzjonijiet kollha, is-sorijiet li kienu jaħdmu u anki l-gruppi ta’ min ma jemminx, imma li magħhom naħdmu flimkien.

 

U hawn nibqgħu naħdmu l-istess. Hawn l-Italja hawn ħafna gruppi ta’ volontarjat li jaħdmu kontra kull xorta ta’ jasar, kemm ta’ xogħol u kemm ta’ nisa. Xi xhur ilu żort waħda minn dawn l-organizzazzjonijiet, u n-nies… Hawn l-Italja għandna ħafna ħidma ta’ volontarjat. Jien qatt ma ħsibt li hawn daqshekk. Hi ħaġa sabiħa li għandha l-Italja, il-volontarjat. U dan hu dovut lill-kappillani. L-oratorju u l-volontarjat huma żewġ affarijiet li twieldu miż-żelu appostoliku tal-kappillani Taljani. Imma ma nafx weġibtx xi ħaġa…

 

Greg Burke:

Grazzi, Santità, qed jgħidulna li, jekk irridu nieklu xi ħaġa, ikollna mmorru.

 

Il-Papa Franġisku:

Grazzi mill-ġdid tal-mistoqsijiet tagħkom, grazzi ħafna, grazzi ħafna! U itolbu għalija. L-ikla t-tajba!

 

 

miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Francesco Pio Attard