Messaġġ tal-Papa Franġisku

Regina Coeli

Il-Ħadd, 27 ta’ April 2014

Għeżież ħuti,

Qabel ma tintemm din il-fest ata' fidi, nixtieq insellem u nirringrazzja lilkom ilkoll!

Nirringrazzja lil ħuti l-Kardinali u lin-numru kbir ta' Isqfijeit u saċerdoti minn kull rokna tad-dinja.

Inħossni rikonoxxenti lejn id-Delegazzjonijiet uffiċjali li ġew minn tant pajjiżi biex jagħtu ġieħ lil żewġ Papiet li taw kontribut li ma jitħassarx għall-kawża tal-iżvilupp tal-popli u tal-paċi.  Ringrazzjament speċjali jmur lejn l-Awtoritajiet Taljani għall-kollaborazzjoni prezzjuża tagħhom.

B'imħabba kbira nsellem lill-pellegrini tad-Djoċesi ta' Bergami u ta' Krakovja!  Għeżież, onoraw il-memorja taż-żewġ Papiet qaddisin billi timxu fedelment fuq it-tagħlim tagħhom.

Inħossni grat lejn dawk kollha li b'ġenerożità kbira ħejjew dawn il-jiem memorabbli: id-Djoċesi ta' Ruma flimkien mal-Kardinal Vallini, il-Komun ta' Ruma flimkien mas-Sindku Ignazio Marini, il-forzi tal-ordni u lill-organiżżazzjonijiet varji minbarra n-numru kbir ta' volontarji.  Grazzi lil kulħadd!

It-tislima tiegħi tmur lill-pellegrini – dawk li hawn fi Pjazza San Pietru, fit-toroq tal-madwar u f'inħawi oħra ta' Ruma; kif ukoll lil dawk li huma magħqudin magħna bir-radju u bit-televiżjoni.  Grazzi lid-diriġenti u lill-operaturi tal-mezzi tal-komunikazzjoni li taw il-possibiltà lil tant persuni biex jipparteċipaw magħna.  Tislima spe1jali lill-morda u lill-anzjani li ż-żewġ qaddisin ġodda kienu jħossuhom tant qrib tagħhom.

U issa nduru bit-talb lejn il-Verġni Marija li San Ġwanni XXIII u San Ġwanni Pawlu II kienu jħobbuha bħala veri uliedha.

 

Regina Coeli.....