Għeżeiż ħuti,

Illum, festa tal-Pentekoste ikun ippubblikat il-messaġġ tiegħi għall-Jum Dinji tal-Missjonijiet li jmiss li ta’ kull sena jkun iċċelebrat fix-xahar ta’ Ottubru.  It-tema hi: Il-Missjoni fil-qalba tal-fidi Nisranija.  Jalla l-Ispirtu s-Santu jsostni l-missjoni tal-Knisja fid-dinja kollha u jagħti l-qawwa lill-missjunarji tal-Evanġelju kollha nisa u rġiel.  Jalla l-Ispirtu s-Santu jġib il-paċi fid-dinja kollha; ifejjaq il-pjagi tal-gwerra u t-terroriżmu, li sa dal-lejl stess, f’Londra, laqat nies ċivili innoċenti: nitolbu għall-vittmi u għall-familjari.

Insellem lilkom ilkoll, pellegrini li ġejtu mill-Italja u minn tant inħawi tad-dinja, li ħadtu sehem f’diċ-ċelebrazzjoni.  Particolarment lill-gruppi tat-Tiġdid Kariżmatiku Kattoliku, li qed jiċċelebraw il-50 sena mit-twaqqif tagħhom, u wkoll lill-aħwa tal-konfessjonijiet Insara li huma magħqudin bit-talb magħna. Insellem lil ‘'Ulied Marija Awżiljatriċi’ li ġejjn mill-pajjiżi Latinoamerikani.

Insellem u rrodd ħajr lill-kor u l-orkestra taż-żgħażagħ minn Carpi, li daqqew xi siltiet waqt din il-Quddiesa, b’kollaborazzjoni mal-Cappella Sisitna.

Issa ninvokaw l-interċessjoni materna tal-Verġni Marija.  Jalla hi taqlgħalna l-grazzja li nkunu mqanqlin bil-qawwa mill-Ispirtu s-Santu, biex inkunu xhieda ta’ Kristu bis-sinċeritŕ evanġelika.

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Joe Huber