|
Jum
il-Komunikazzjoni
Soċjali mfakkar
fit-13 ta' Mejju
2018
MESSAĠĠ
TAL-QDUSIJA TIEGĦU
PAPA FRANĠISKU
Għal Ġurnata
dinjija
tal-Komunikazzjoni
Soċjali
24 ta’ Jannar 2018
«
Il-verità
teħliskom
(Ġw
8,32). Fake news
u ġurnaliżmu ta’
paċi»
Għeżież ħuti,
Il-komunikazzjoni
bejn il-bnedmin hija
parti mill-pjan
t’Alla għalina u
essenzjali biex
ngħixu l-komunjoni.
Il-bniedem, maħluq
fuq is-sura u xbieha
t’Alla, hu kapaċi
jesprimi lilu nnifsu
u jaqsam mal-oħrajn
dak li hu veru,
tajjeb u sabiħ. Hu
kapaċi jirrakkonta
dwar dak li jgħix u
jgħaddi minnu hu, u
dwar dak li jiġri
fid-dinja ta’
madwaru, u hekk
isawwar tifkira
storika u għarfien
tal-ġrajjiet. Iżda
jekk il-bniedem
jinħakem
mill-egoiżmu tiegħu,
hu jista’ jasal biex
jgħawweġ anki l-mod
kif juża ħiltu ħalli
jikkomunika
mal-oħrajn, kif
naraw li seħħ sa
mill-bidu
fl-episodji bibliċi
ta’ Kajjin u Abel u
t-Torri ta’ Babel
(ara Ġen 4, 1-16; 11
, 1-9). It-tgħawwiġ
tal-verità
hu sintomu tipiku
ta’ dan, kemm fuq
livell individwali,
kif ukoll fuq dak
kollettiv.
Mill-banda l-oħra,
meta l-bniedem
jibqa’ fidil lejn
il-pjan t’Alla,
il-komunikazzjoni
ssir espressjoni
effettiva li biha hu
jesprimi r-responsabbiltà
tiegħu fit-tfittxija
għall-verità
u għall-ġid komuni.
Illum, f’dinja ta’
bidliet hekk
mgħaġġla fil-mezzi
ta’ komunikazzjoni u
s-sistemi diġitali,
qed nassistu
għall-fenomenu tal-fake
news, xi ħaġa li
titlob minna
riflessjoni. Huwa
dan li wassalni biex
f’dan il-messaġġ
nitkellem fuq il-verità,
kif ġa għamlu drabi
oħra l-predeċessuri
tiegħi, ibda minn
Papa Pawlu VI (ara
Messaġġ 1972:
Il-komunikazzjoni
soċjali għas-servizz
tal-verità).
B’hekk nixtieq
nagħti l-kontribut
tiegħi fl-impenn
komuni biex
il-fenomenu tal-fake
news ma jkomplix
jikber u biex
niskopru mill-ġdid
il-valur
tal-professjoni
ġurnalistika u r- responsabbiltà
li kull
wieħed għandu fejn
tidħol
il-komunikazzjoni
tal-verità.
1.
X’hemm li hu falz
fil-fake news?
It-terminu fake
news
hu oġġett ta’
diskussjoni u
dibattitu. Dan
it-terminu, ġeneralment,
jirreferi
għat-tixrid ta’
informazzjoni falza
li tingħata
online
jew permezz tal-media
tradizzjonali,
informazzjoni
mibnija fuq fatti li
ma jeżistux jew li
huma mgħawġa,
immirati biex
jingannaw u
saħansitra
jimmanipulaw lil min
isir jafhom. Il-fake
news jintużaw
biex wieħed jasal
għal objettivi li
jkollu f’moħħu, biex
jinfluwenzaw
għażliet politiċi
jew għal interessi
ekonomiċi.
Il-fake news,
l-ewwelnett, iħallu
effett minħabba
n-natura mimika
tagħhom, jiġifieri
minħabba l-kapaċità
li jidhru
plawsibbli.
It-tieni, dawn
l-aħbarijiet foloz,
li jidhru ta’ min
jemminhom, isibu
fejn jimirħu għax
jattiraw ħafna
attenzjoni billi
jappellaw għal
sterotipi u
preġudizzji soċjali
komuni, filwaqt li
jisfruttaw
l-emozzjonijiet
istantanji bħalma
huma l-ansjetà,
id-disprezz,
ir-rabja u
l-frustazzjoni.
Ħafna drabi,
it-tixrid tal-fake
news iserraħ fuq
l-użu manipulattiv
tas-social
networks u
tal-mod kif jaħdmu.
Hekk, għalkemm
il-kontenut ikun
nieqes minn kull
bażi, l-aħbarijiet
jixterdu malajr u
diffiċli trażżan
il-ħsara li jagħmlu,
anki meta jkunu
miċħuda b’mod
awtorevoli.
Diffiċli turi li dak
li jingħad huwa
falz u li tqaċċat
l-għeruq tiegħu għax
in-nies spiss
ikollhom kuntatt
bejniethom permezz
ta’ mezzi diġitali
omoġenji li ma
jwasslux ideat u
opinjonijiet
diverġenti. Meta
jkun hemm din
il-loġika ta’
informazzjoni falza
jiġri li, minflok
konfrontazzjoni sana
ma’ sorsi oħra ta’
informazzjoni li
tnissel diskussjoni
pożittiva dwar
il-preġudizzji u
tiġġenera djalogu,
ikun hemm ir-riskju
li wieħed, bla ma
jrid, jibda jxerred
ideat preġudikati u
bla bażi.
Id-disgrazzja
tal-informazzjoni
falza hi li ttellef
ir-reputazzjoni
tal-oħrajn,
iġġiegħelhom jidhru
bħala għedewwa u sa
tasal biex
tiddemonizzhom u
taqla’ l-inkwiet.
L-aħbarijiet foloz
huma sinjal ta’
attitudnijiet
intolleranti u
sensittivi iżżejjed
li jġibu arroganza u
mibegħda. Dan hu
r-riżultat aħħari
tal-falzità.
2.
Kif nistgħu nagħrfu
l-fake news?
Ħadd minna ma jista’
jħossu meħlus
mid-dmir li joħodha
kontra din il-falzità.
Din mhix biċċa
xogħol faċli, għax
l-informazzjoni
falza spiss isserraħ
fuq diskors
imlewwen,
intenzjonat biex
ikun evażiv u biex
jinganna b’mod
sottili, u xi drabi
jagħmel użu minn
mekkaniżmi
raffinati. Għalhekk
ta’ min ifaħħar
inizjattivi
edukattivi
intenzjonati biex
jgħinu lin-nies
jagħrfu kif għandhom
jinterpretaw u
jivvalorizzaw
l-informazzjoni li
twassal il-media, u
jgħallmuhom jagħtu
sehem attiv biex
jinkixef dak li hu
falz minflok ma
jgħinu fit-tixrid
ta’ informazzjoni
falza. Ta’ min
ifaħħar ukoll
l-inizjattivi
istituzzjonali u
legali li jimmiraw
lejn regolamenti li
jrazznu dan
il-fenomenu, kif
ukoll il-ħidma li
qed issir minn
kumpanniji fil-qasam
tat-teknoloġija u
l-media ħalli jkunu
jistgħu jiġu
ivverifikati
identitajiet
personali li qed
jinħbew wara miljuni
ta’ profili
diġitali.
Iżda mal-prevenzjoni
u l-identifikazzjoni
ta’ mekkaniżmi li
jxerrdu
informazzjoni falza
hemm bżonn ukoll ta’
dixxerniment profond
magħmul
b’attenzjoni. Hemm
bżonn inneħħu
l-maskra ta’ dik li
nistgħu nsejħulha
‘t-tattika
tas-serp’, tattika
li kapaċi turi ħaġa
b’oħra u tasal fejn
trid hi. “Is-serp,
l-aktar wieħed li
jilħaqlu”, li naqraw
dwaru fil-Ktieb
tal-Ġenesi, uża din
it-tattika: kif
bdiet l-istorja tal-umanità
ħoloq l-ewwel
fake news
(ara
Ġen
3,1-15).
Il-falzità
tas-serp wasslet
għall-istorja
traġika tad-dnub
tal-bniedem, li
fil-bidu tagħha seħħ
l-ewwel fratriċidju
(ara
Ġen
4)
u bosta ħażen ieħor
kontra Alla,
il-proxxmu,
is-soċjetà
u l-ħolqien.
L-istrateġija ta’
dan “il-ġiddieb u
missier il-ġideb”
(Ġw 8:44) hija
propju l-arti
tal-mimika, dik
il-forma ta’
seduzzjoni qarrieqa
u perikoluża li
ssewwes qalb
il-bniedem
b’argumenti foloz li
jħajruh.
Fir-rakkont
tal-ewwel dnub naraw
li it-tentatur resaq
lejn il-mara bħala
ħabib, xi ħadd li
interessa ruħu
fil-ġid tagħha; beda
d-diskors tiegħu
b’xi ħaġa li ma
kenitx għal kollox
veru:“Tassew li Alla
qalilkom: ‘La tiklux
mis-siġar kollha
tal-ġnien?’ “ (Ġen
3,1). Alla qatt ma
kien qal lil Adam
biex ma jikolx
mis-siġar kollha
tal-ġnien, imma
qallu “mis-siġra ta’
tagħrif it-tajjeb u
l-ħażin la tikolx”
(Ġen 2,17). Il-mara
kkoreġietu lis-serp,
iżda waqgħet
għall-provokazzjoni
tiegħu: “Mill-frott
li hemm f’nofs
il-ġnien, Alla
qalilna: ‘La tiklux
minnu, u lanqas ma
għandkom tmissuh,
inkella tmutu” (Ġen
3,2). It-tweġiba
tagħha kienet
pjuttost legalistika
u pessimista. Wara
li semgħet
lill-qarrieq u
emmnet il-verżjoni
tiegħu, hi kienet
żgwidata; tat widen
għall-kliem ta’
serħan il-moħħ li
qalilha: “Le, żgur
ma tmutux” (Ġen3,
4). Il-mod kif
kompla jitkellem
it-tentatur deher
li qisu kien ta’
min jemmnu: ”Alla
jaf li dakinhar li
tieklu minnu
jinfetħu għajnejkom
u ssiru allat, li
jafu t-tajjeb u
l-ħażin” (Ġen 3, 5).
Dan wassal lill-mara
biex titlef
il-fiduċja fil-kmand
ta’ missier li Alla
kien tahom għall-ġid
tagħhom u nħakmet
mill-ħajra seduttiva
tal-għadu: “Il-mara
rat li s-siġra
kienet tajba
għall-ikel u tiġbdek
fil-għajn u
tħajrek”(Ġen 3,6).
Dan l-episodju
bibliku jdawwal punt
essenzjali
fir-riflessjoni
tagħna: m’hemm ebda
informazzjoni falza
li ma tagħmilx
ħsara; anzi,
il-fiduċja f’dak li
hu falż tista’ ġġib
konsegwenzi koroh.
Anki dak li jista’
jidher bħala ftit
tgħawwiġ tal-verità
jista’ jkollu
effetti perikolużi.
Hawnhekk tidħol
ir-regħba tagħna
l-bnedmin. Spiss il-fake
news isiru
virali; jixterdu
tant malajr li
diffiċli twaqqafhom.
U dan mhux minħabba
s-sens ta’
kondiviżjoni li
jikkaratterizza s-social
media, imma għax
jappellaw għal dik
ir-regħba kbira li
aħna l-bnedmin faċli
ninħakmu minnha.
L-istess skopijiet
ekonomiċi u
manipulattivi li
jmantu
l-informazzjoni
falza għandhom
l-għeruq tagħhom
fil-kilba
għall-poter,
fix-xewqa
tal-bniedem li
jakkwista u jgawdi,
li fl-aħħar
mill-aħħar tagħmlu
vittma ta’ xi ħaġa
aktar traġika:
tal-poter qarrieqi
tal-ħażen li minn
gidba jgħaddi
għall-oħra biex
jisraq il-libertà
li
tgħammar fina.
Għalhekk, teduka
għall-verità
jfisser tgħallem
lin-nies
jiddixxernu,
jivvalorizzaw u
jifhmu x-xewqat u
l-inklinazzjonijiet
profondi li hemm
fil-bniedem, biex
il-mira għat-tajjeb
ma tonqosx u biex ma
jċedux għal kull
tentazzjoni.
3. «Il-verità
teħliskom»
(Ġw
8,32)
Tinġis kostanti
b’lingwaġġ qarrieqi
jispiċċa biex
iddallam il-ħajja
interjuri tagħna.
Osservazzjoni ta’
Dostoevskij
tixħet dawl fuq dan:
“Min hu giddieb
miegħu nnifsu u
jisma’ l-gideb li
jgħid hu, jasal biex
ma jagħrafx aktar
il-verità,
la dik li hemm fih u
lanqas dik ta’
madwaru; u allura
jitlef kull rispett
lejh innifsu u lejn
l-oħrajn. U la ma
jkollux rispett,
jieqaf iħobb, u biex
jokkupa u jaljena
lilu nnifsu, jagħti
lok
għall-passjonijiet u
għall-pjaċiri
vulgari u jogħdos
fil-bestjalità
tal-vizzji; dan
kollu jiġi mill-fatt
li hu giddieb
mal-oħrajn u miegħu
nnifsu” (L-Aħwa
Karamazov, II,2).
Allura, kif ser
niddefendu lilna
nfusna? Ir-rimedju
l-aktar radikali
għall-virus
tal-falzità
hu li nħallu l-verità
ssaffina. Fil-ħsieb
nisrani, il-verità
mhijiex biss realtà
konċettwali, li
għandha x’taqsam ma’
kif niġġudikaw
l-affarijiet u
ngħidu jekk humiex
vera jew foloz.
Il-verità
ma tikkonsistix biss
filli nġibu
għad-dawl affarijiet
moħbija; “niżvelaw
ir-realtà”,
bħalma jwassalna
biex naħsbu
t-terminu antik
Grieg
aletheia
(minn
a-lethès,
“mhux moħbi”).
Il-verità
għandha x’taqsam
mal-ħajja tagħna
kollha kemm hi.
Fil-Bibbja, il-verità
ġġib
magħha s-sens ta’
sostenn,
solidità,
fiduċja, bħal ma
jimplika l-għerq
‘aman’,
li minnu ġejja
l-espressjoni
liturġika ‘Ammen’.
Il-verità
hija dik li fuqha
nistgħu nserrħu
biex ma naqgħux.
F’dan is-sens ta’
relazzjonijiet,
l-uniku wieħed li
nistgħu nserrħu fuqu
u jkollna fiduċja
fih – dak li hu
“veru” u nistgħu
nafdaw fiH - huwa
Alla, il-ħaj. Ġesu’
qalilna: “Jiena
l-verità”
(Ġw,14,6). Aħna
niskopru u niskopru
mill-ġdid il-verità
meta nagħmlu
l-esperjenza tagħha
għax inħossu l-lealtà
u l-fiduċja ta’ Dak
li jħobbna. Dan biss
jagħmilna ħielsa:
“Il-verità
teħliskom”. (Ġw
8,32).
Irridu nkunu ħielsa
minn dak kollu li hu
falz u nfittxu li
nibnu
r-relazzjonijiet:
dawn huma żewġ
affarijiet li ma
nistgħux ngħaddu
mingħajrhom jekk
irridu li l-kliem u
l-ġesti tagħna jkunu
veri, awtentiċi u
ta’ min joqgħod
fuqhom. Biex
niddixxernu l-verità,
jeħtieġ li
niddixxernu dak li
jqanqal il-komunjoni
u jippromwovi
t-tajjeb minn dak
li, għall-kuntrarju,
jiżola, jifred u
jopponi. Il-verità
ma
naslux għaliha billi
tkun imposta fuqna
minn barra bħala xi
ħaġa impersonali,
iżda naslu għaiha
bir-relazzjonijiet
ħielsa li nibnu ma’
persuni oħra u billi
nkunu lesti li
nisimgħu lil xulxin.
Qatt ma nistgħu
niefqu nfittxu
l-verità,
għax xi ħaġa falza
dejjem tista’
tidħol, anki meta
ngħidu affarijiet li
huma veri.
Argumentazzjoni
impekkabbli tista’
sserraħ fuq fatti li
ħadd ma’ jista’
jiċħadhom, iżda
korretta kemm hi
korretta, jekk din
tkun użata biex
tweġġa’ u tiskredita
l-persuna l-oħra,
allura hawnhekk ma
jkunx hawn verità.
Il-verità
tad-dikjarazzjonijiet
tingħaraf mill-frott
tagħha: dak li
jingħad qed iqajjem
polemika, iġib
firda, riżenji, jew
qed iwassal għal
riflessjoni serja u
matura, għal djalogu
kostruttiv, għal
ħidma siewja.
4.
Il-paċi hija l-aħbar
vera
L-aħjar rimedju
kontra l-falzità
mhumiex
l-istrateġiji, iżda
l-persuni: persuni
ħielsa mir-rebgħa,
lesti li jisimgħu
lill-oħrajn u
jagħmlu sforz biex
jibnu djalogu
sinċier, u hekk
iħallu l-verità
toħroġ; persuni
attirati minn dak li
hu tajjeb u li
jħossuhom
responsabbli tal-mod
kif jitkellmu. Jekk
ir-responsabbiltà
hi t-tweġiba biex
il-fake news ma
jinxterdux, allura
żgur li piż sew ta’
din responsabbilità
jaqa’ fuq dawk li
xogħolhom hu li
jipprovdu
l-informazzjoni,
jiġifieri
l-ġurnalisti, li
huma l-protetturi
tal-aħbarijiet.
Fid-dinja tal-lum,
il-ġurnalista mhux
biss qed jagħmel
xogħol, iżda qed
iwettaq missjoni.
F’din il-ferneżija
għall-aħbarijiet u
għall-iscoops,
hu jrid iżomm
f’moħħu li ċ-ċentru
tal-aħbarijiet
m’għandhiex tkun
il-ħeffa li biha
tasal l-aħbar u
l-impatt li ser
tħalli fuq
l-udjenza, imma
l-persuni. Tinforma
jfisser tifforma;
hemm involuta
l-ħajja tal-persuni.
Għalhekk wieħed irid
ikun ċert
mill-eżatezza
tas-sorsi u
jipproteġi
l-komunikazzjoni
għax dawn huma
l-mezzi veri biex
jippromwovi dak li
hu tajjeb, jiġġenera
fiduċja u jiftaħ
it-triq
għall-komunjoni u
l-paċi.
Nixtieq nistieden
lil kulħadd biex
jippromwovi
ġurnaliżmu ta’
paċi. B’dan ma
rridx nifhem li
għandu jkun hemm xi
ġurnaliżmu “twajjeb”
li jiċħad
l-eżistenza
tal-problemi gravi
u jkollu xi ton
sentimentali.
Għall-kuntarju,
nifhem li għandu
ikun hemm
ġurnaliżmu mimli
verità,
ostili għall-falzità,
slogans rettoriċi u
headlines
sensazzjonali;
ġurnaliżmu magħmul
min-nies għan-nies,
li hu ta’ servizz
għal kulħadd,
l-aktar għal dawk
bla vuċi li huma
l-maġġoranza
fid-dinja tagħna;
ġurnaliżmu li aktar
milli jikkonċentra
fuq breaking
news, jagħmel
ħiltu biex ifittex
x’inhu dak li qed
jikkawża
l-kunflitti, ħalli
jifhem l-għeruq
tagħhom u jgħin biex
jingħelbu billi
jinfetħu toroq
għall-proċessi
siewja; ġurnaliżmu
impenjat
fl-indikazzjoni ta’
soluzzjonijiet
alternattivi fejn
jiżdied l-għajjat u
l-vjolenza verbali.
Għalhekk, ispirati
minn talba
franġiskana, nistgħu
nduru lejn Dak li hu
l-Verità
u nitolbuh:
Mulej, agħmilna
strumenti tal-paċi
tiegħek.
Għinna nagħrfu
l-ħażen li jinħeba
f’komunikazzjoni li
ma toħloqx komunjoni.
Agħtina l-ħila li
neħħu l-velenu
mill-ġudizzji
tagħna.
Għinna nitkellmu fuq
l-oħrajn bħallikieku
kienu ħutna.
Int ta’ min jafdak u
jkollu fiduċja fik;
agħmel li bi kliemna
niżirgħu t-tajjeb
fid-dinja:
fejn hemm
l-istorbju, agħmel
li nkunu nafu
nisimgħu;
fejn hemm
il-konfużjoni,
agħmel li nispiraw
armonija;
fejn hemm l-ambigwità,
agħmel li noffru
ċ-ċarezza;
fejn hemm
l-esklużjoni, agħmel
li nagħtu s-sehem
tagħna
għas-solidarjetà;
fejn hemm
is-sensazzjonaliżmu,
agħmel li nużaw
is-sobrjetà;
fejn hemm
is-superfiċjalità,
agħmel li nagħmlu
mistoqsijiet veri;
fejn hemm
il-preġudizzju,
agħmel li nqanqlu
fiduċja;
fejn hemm
l-aggressività,
agħmel li nwasslu
rispett;
fejn hemm il-falzità,
agħmel li nwasslu
l-verità.
Ammen.
Francesco
Miġjub mit-Taljan
għall-Malti minn
Vivienne Attard.
|