Il-Laqgħa għal-lajċi b’responsabbiltajiet politiċi fil-qadi tal-popli
tal-Amerika Latina
Il-vidjo messaġġ tal-Papa
Franġsku
Vidjo messaġġ
tal-Qdusija Tiegħu
Papa Franġisku
lill-parteċipanti
fil-laqgħa
organizzata minn
CAL-CELAM:
"LAQGĦA
GĦAL-LAJĊI B’RESPONSABBILTAJIET
POLITIĊI
FIL-QADI TAL- POPLI
TAL-AMERIKA
LATINA"
[Bogotà, 1 - 3
Diċembru,
2017]
L-Għodwa t-tajba!
Nixtieq nibda billi
nsellem u
nirringrazzja
lid-diriġenti
politiċi li aċċettaw
l-istedina biex
jieħdu sehem fi
ġrajja li jien stess
ħeġġiġt għaliha sa
mill-bidunett:
“Il-Laqgħa
għal-lajċi
b’responsabbiltajiet
politiċi fil-qadi
tal-popli
tal-Amerika Latina”.
Insellem ukoll
lill-Kardinali u
lill-Isqfijiet li
qed jakkumpanjawkom
u li magħhom ser
ikollkom djalogu li
jiswa għal kulħadd.
Il-Papiet kollha,
mill-Papa Piju XII
‘l hawn, dejjem
tkellmu dwar
il-politika bħala
“forma l-aktar
għolja tal-imħabba”.
Tista’ tfisser dan
billi tgħid li
l-politika hi
servizz ta’
valur enormi li jsir
b’dedikazzjoni biex
jitwettaq il-ġid
komuni tas-soċjetà.
Il-politika hi qabel
kollox qadi; iżda
mhijiex qaddejja ta’
ambizzjonijiet
individwali, ta’
arroganza ta’
fazzjonijiet u ta’
ċentri ta’ interess.
Bħala servizz,
lanqas ma hi sid, li
jippretendi li
għandu jirregola
d-dimensjonijiet
kollha tal-ħajja
tan-nies u
saħansitra jasal
għal xi forma ta’
awtokrazija u
totalitarjaniżmu.
Meta nitkellem minn
awtokrazija u
totalitarjaniżmu
mhux qed nirreferi
għas-seklu li
għadda, imma qed
nitkellem dwar
illum, dwar id-dinja
tal-lum, u forsi
anki dwar xi pajjiż
fl-Amerika Latina.
Nistgħu ngħidu li
l-qadi ta’ Ġesù–
li ġie biex jaqdi u
mhux biex ikun moqdi
– u l-qadi li
l-Mulej jitlob
mill-appostli u
dixxipli tiegħu hu
bħal dak mitlub
mill-politiċi. Hu
servizz ta’
sagrifiċċju u
dedikazzjoni, li xi
drabi jwassal biex
politiċi jitqiesu
bħala “martri”
għall-kawża tal-ġid
komuni
fin-nazzjonijiet
tagħhom.
Il-punt ta’
riferiment
fundamentali għal
dan is-servizz hu
l-ġid komuni, xi
ħaġa li titlob
fermezza, impenn u
intelliġenza.
Mingħajru ma
jistgħux jitwettqu
kif imiss
id-drittijiet u
l-aspirazzjonijiet
l-aktar nobbli
tal-persuni,
tal-familji u
tal-gruppi
intermedji in
ġenerali, għax ma
jkunx hemm dak
l-ispazju ordnat u
ċivili fejn wieħed
jista’ jgħix u
jaħdem. Il-ġid
komuni. Il-Konċilju
Vatikan II
iddefinixxa l-ġid
komuni skont
il-patrimonju
tad-Duttrina Soċjali
tal-Knisja meta qal
li “dan jiġbor fih
dawk
il-kundizzjonijiet
tal-ħajja soċjali li
bihom l-individwu,
il-familji u
l-għaqdiet jistgħu
jiksbu
l-perfezzjonament
tagħhom b’mod aktar
sħiħ u aktar malajr”
(Gaudium
et spes,
n. 74).
Huwa ċar li
s-serviżż ma
jitqabbilx
mal-poter. Ħadd ma
jrid poter
impotenti, iżda biex
il-poter ma
jiddeġenerax irid
ikun ordinat b’mod
li jkun ta’ servizz.
Jekk il-poter ma
jkunx ta’ servizz
jiddeġenera.
Naturalment, mhux
qed nirreferi
għall-“politika
tajba”, fis-sens
l-aktar nobbli
tat-tifsira tagħha,
u lanqas
għad-deġenerazzjoni
ta’ dik li nsejħulha
“politikerija”.
“Biex tinbena ħajja
politika li tixraq
tassew lill-bniedem
m’hemm xejn aħjar
milli tinkoraġġixxi
sens interjuri
tal-ġustizzja,
tal-imħabba u
tas-servizz tal-ġid
komuni u li ssaħħaħ
il-konvinzjonijiet
fundamentali dwar
in-natura vera
tal-komunità
politika, u wkoll
dwar l-għan,
l-eżerċizzju rett u
l-limiti tal-awtorità
politika”(Gaudium
et spes,
n. 73).
Ibqgħu żguri li
l-Knisja Kattolika
“żżomm ta’ min
ifaħħru u jgħożżu
x-xogħol ta’ dawk li
jagħtu rwieħhom
għall-ġid tal-pajjiż
biex jaqdu l-bnedmin
u jaċċettaw
ir-responsabbiltà
ta’ dan id-dmir”
(Gaudium
et spes,
n. 75).
Fl-istess ħin, jiena
żgur li lkoll
inħossu l-ħtieġa li
d-dinjità
tal-politika tiġi
riabilitata.
Meta tħares lejn
l-Amerika Latina, ma
tistax ma tosservax
in-nuqqas ta’
fiduċja popolari
fejn tidħol
il-politika,
il-kriżi tal-partiti
politiċi, in-nuqqas
ta’ dibattiti
politiċi ta’ valur
li jimmiraw lejn
proġetti u
strateġiji ta’
livell nazzjonali u
latin-amerikan u li
jmorru ‘l hemm
mill-politika ta’
kabotaġġ! Barra minn
hekk, baraxx ta’
akkużi reċiproċi li
jfittxu l-popolarità,
spiss jieħdu post
djalogu miftuħ, li
jsir b’rispett u li
jfittex
il-konverġenzi
possibbli. Qed
tonqos ukoll
il-formazzjoni u
l-bidla fejn jidħlu
ġenerazzjonijiet
politiċi ġodda.
Għalhekk, il-poplu
jħares mill-bogħod u
jikkritika
lill-politiċi;
jarahom bħala
korporazzjoni ta’
professjonisti li
jieħdu ħsieb
l-interessi tagħhom,
inkella jirrabjaw u
jakkużahom li huma
mgħarrqa
fil-korruzzjoni, xi
drabi mingħajr
id-distinzjoni
mistħoqqa. F’dan ma
tara xejn minn dak
li għandu x’jaqsam
ma’ dik
il-parteċipazzjoni
pożittiva u
meħtieġa ta’ popli
li għandhom interess
fil-ħajja u d-destin
tagħhom, xi ħaġa li
għandha tanima
x-xena politika
tan-nazzjonijiet.
Jidher ċar li hemm
bżonn ta’ diriġenti
politiċi li jgħixu
b’ħerqa l-qadi
għall-popli tagħhom,
li tbaqbaq fihom
il-fibra tal-ethos
u l-kultura tagħhom,
li huma solidali
mat-tbatijiet u
t-tamiet tal-popli
tagħhom. Hemm bżonn
ta’ politiċi li
jpoġġu l-ġid komuni
qabel l-interessi
privati tagħhom, li
ma jħallux
il-qawwiet kbar
finanzjarji u
medjatiċi
jbezzgħuhom, li huma
kompetenti u
għandhom is-sabar
meħtieġ quddiem
problemi kumplessi,
li huma lesti li
jisimgħu u
jitgħallmu
mid-djalogu
demokratiku, li
jgħaqqdu t-tfittixja
għall-ġustizzja
mal-ħniena u
r-rikonċiljazzjoni.
Ma nikkuntentawx
ruħna b’xi naqra
politika: għandna
bżonn ta’ mexxejja
politiċi kapaċi li
jimmobiltaw setturi
kbar popolari
filwaqt li jimmiraw
lejn objettivi kbar,
nazzjonali u
latini-amerikani.
Naf personalment
mexxejja politiċi
latini-amerikani,
ta’ orjentamenti
politiċi differenti,
li joqorbu lejn din
il-figura ideali.
Kemm għandna bżonn
ta’ “politika tajba
u nobbli” fl-Amerika
Latina, u ta’
protagonisti f’din
il-politika!
Il-problemi u
l-isfidi li jrridu
naffronataw huma
kbar! Fl-ewwel post
hemm il-ħarsien
tad-don tal-ħajja
f’kull fażi u
espressjoni tagħha.
L-Amerika Latina
għandha bżonn ukoll
ta’ tkabbir
industrijali u
teknoloġiku sħiħ u
sostenibbli,
flimkien ma’
politika li
taffronta t-traġedja
tal-faqar u timmira
lejn l-ekwità
u l-inklużjoni.
Mhuwiex veru
żvilupp dak li
jħalli folol ta’
nies mingħajr ma
jieħu ħsiebhom u
jżid in-nuqqas ta’
ugwaljanza soċjali.
Ma nistgħux
nittraskuraw
l-edukazzjoni
integrali, li tibda
fil-familja u
tiżviluppa ruħha
b’tagħlim ta’ kwalità
għal
kulħadd. Trid
tissaħħaħ in-nisġa
familjari u soċjali.
Kultura li ġġib
l-għaqda - u mhux
waħda li ġġib
il-firda – trid
issaħħaħ dawk
il-mezzi
fundamentali li
jibnu l-umanità
u s-soċjetà
u
s-sisien solidi ta’
ħbiberija soċjali li
tbarri
l-individwaliżmu,
il-massifikazzjoni,
il-polarizzazzjoni u
l-manipulazzjoni.
Jeħtieġ nimxu lejn
demokraziji maturi,
parteċipattivi,
mingħajr il-pjaga
tal-korruzzjoni jew
tal-kolonizzazzjoni
ideoloġika, jew
il-pretensjonijiet
awtokratiċi u
d-demogaġiji
bl-irħis. Ejjew
nieħdu ħsieb id-dar
komuni tagħna u ta’
dawk l–aktar
vulnerabbli li
jgħammru fiha billi
nevitaw kull tip ta’
indifferenza
qattiela u ta’
sfruttament selvaġġ.
Ejjew mill-ġdid
nagħtu spinta ‘l fuq
b’mod konkret
il-ħtieġa
tal-integrazzjoni
ekonomika, soċjali,
kulturali u politika
ta’ ġnus ħutna, biex
bil-mod il-mod nibnu
l-kontinent tagħna.
Dan ikun akbar meta
jħaddan fih
“l-identitajiet
kollha”, bit-taħlit
tar-razez li hemm
fih, u jkun
paradigma ta’
rispett lejn
id-drittijiet umani,
ta’ paċi u ta’
ġustizzja. Ma
nistgħux
nirrassenjaw ruħna
mas-sitwazzjoni
ħażina li llum spiss
niddiskutu dwarha.
Nixtieq nagħmel punt
ieħor f’din
ir-riflessjoni. Meta
Papa Benedittu XVI
għamel id-diskors
ta’ inawgurazzjoni
fil-Ħames Konferenza
Ġenerali
tal-Isqfijiet
tal-Amerika Latina
f’Aparecida, hu
tkellem bi tħassib
dwar: “in-nuqqas ta’
min jinnotah (...)
ta’ ilħna u
inizjattivi ta’
mexxejja politiċi b’personalità
qawwija u
dedikazzjoni
ġeneruża, li huma
koerenti
mal-konvinzjonijiet
etiċi u reliġjużi
tagħhom”.
L-Isqfijiet
tal-kontinent kollu
ddeċidew li din
l-osservazzjoni
għandha tidħol
fil-konklużjonijiet
ta’ Aparecida u
tkellmu dwar
“dixxipli u
missjunarji
tal-ħajja pubblika”
(n.502). Fir-realtà,
f’kontinent fejn
hemm numru daqshekk
kbir ta’ nies
mgħammdin fil-Knisja
Kattolika, fejn
it-tradizzjoni
kattolika għadha
ħajja u fejn hemm
abbundanza ta’ pjetà
popolari, kif jista’
jkun li l-Kattoliċi
jidhru pjuttost
irrelevanti fix-xena
politika, jekk mhux
ukoll assimilati ma’
loġika mondana? Hemm
dubju dwar jekk
hemmx xhieda ta’
Kattoliċi eżemplari
fix-xena politika,
iżda wieħed jinnota
n-nuqqas ta’
kurrenti qawwija li
jiftħu t-triq
għall-Evanġelju
fil-ħajja politika
tan-nazzjonijiet.
Dan ma jfissirx li
wieħed jagħmel
prożelitiżmu permezz
tal-politika; xejn
minn dan. Hemm ħafna
li jistqarru li huma
Kattoliċi, li spiss
juru nuqqas ta’
koerenza
mal-konvinzjonijiet
etiċi u reliġjużi
tal-maġisteru
kattoliku. Ma
nistgħux niġġudikaw
il-kuxjenza tagħhom,
imma l-azzjonijiet
tagħhom iva. Ma
nafux dak li jseħħ
fil-kuxjenza
tagħhom, ma nistgħux
niġġudikawha, imma
l-azzjonijiet
tagħhom jidhru. Hemm
oħrajn li tant huma
meħudin mill-impenji
politiċi li
jispiċċaw ipoġġu
l-fidi tagħhom
fit-tieni post,
jiftaqru u ma
jkollhomx il-ħila
jiggwidaw u jħallu
l-marka ta’
ħajjithom fuq
id-dimensjonijiet
kollha tal-ħajja
tal-persuna, anki
fejn tidħol
il-politika. Ma
jonqsux ukoll dawk
li jħossu li
r-Rgħajja u
l-komunitajiet
Insara ma
jirrikonoxxuhomx, ma
jagħmlulhomx kuraġġ,
ma jakkumpanjawhomx
u ma jgħinuhomx
iħarsu l-fidi
tagħhom u jikbru
fiha. U naslu sabiex
fl-aħħar mill-aħħar,
is-sehem nisrani
fl-azzjoni politika
jimmanifesta ruħu
biss
fid-dikjarazzjonijiet
tal-Isqfijiet,
mingħajr ma wieħed
jagħraf il-missjoni
partikulari
tal-lajċi kattoliċi
biex iġibu l-ordni
fis-soċjetà,
imexxuha u
jittrasformawha
skont il-kriterji
evanġeliċi u
l-patrimonju
tad-Duttrina Soċjali
tal-Knisja.
Dan kollu wassalni
biex nagħżel it-tema
“L-impenn
indispensabbli
tal-lajċi kattoliċi
fil-ħajja pubblika
tal-Pajjjiżi
tal-Amerika Latina”
għall-Assemblea
Plenarja
tal-Kummissjoni
Pontifiċja
għall-Amerika
Latina, li saret
mill-1-4 ta’ Marzu
2016. Fid-19 ta’
Marzu ktibt ittra
lill-Kardinal
Marc Ouellet,
President ta’ din
il-Kummissjoni, li
fiha għal darb’oħra
ġbidt l-attenzjoni
dwar ir-riskju
tal-klerikaliżmu u
għamilt din
il-mistoqsija:
“Għalina r-rgħajja,
xi jfisser il-fatt
li l-lajċi qed
jaħdmu fil-ħajja
pubblika?” “Ifisser
li naraw kif
ninkoraġġixxu,
nakkumpanjaw u
nistimolaw
it-tentattivi u
l-isforzi kollha li
jagħmlu biex iżommu
ħajja t-tama u
l-fidi f’dinja
mimlija
kontradizzjonijiet,
speċjalment għal
dawk l-aktar foqra u
ma’ dawk l-aktar
foqra. Ifisser, li
bħala rgħajja,
irridu nieħdu
l-impenn li nkunu
fost il-poplu u
mal-poplu, irridu
nsostnu l-fidi u
t-tama tiegħu.
Irridu niftħu
l-bibien, naħdmu
miegħu, noħolmu
miegħu, nirriflettu
miegħu u fuq kollox
nitolbu miegħu”.
“Hemm bżonn insiru
nafu l-belt” -
allura dak kollu li
qed iseħħ fil-ħajja
tan-nies tagħna – “u
nibdew b’ħarsa
kontemplattiva, jew
aħjar b’ħarsa ta’
fidi li tiskopri lil
dak Alla li jgħammar
fid-djar, fit-toroq,
fil-pjazez tiegħu”.
Minflok, “ħafna
drabi waqajna
fit-tentazzjoni li
naraw il-lajk
impenjat bħala dak
li jaħdem fl-opri
tal-Knisja u/jew
fl-affarijiet
tal-parroċċa jew
tad-djoċesi. Ftit
irriflettejna fuq
kif ser nakkumpanjaw
lill-imgħammed
fil-ħajja pubblika
li jgħix kuljum,
fuq kif fil-ħidma u
fir-responsabbiltajiet
li għandu hu
jimpenja ruħu bħala
nisrani fil-ħajja
pubblika. Bla ma
ndunajna, ħloqna
elite lajkali, u
emminna li l-lajċi
impenjati huma dawk
biss li jaħdmu
“f’affarijiet
tal-qassisin”.
Insejna u
ttraskurajna lil min
jemmen u ħafna drabi
jaħraq it-tama
tiegħu fil-ġlieda
ta’ kuljum biex
jgħix il-fidi
tiegħu. Dawn huma
s-sitwazzjonijiet
li l-klerikaliżmu ma
jistax jara, għax hu
aktar imħasseb biex
jiddomina spazji
milli biex jiġġenera
proċessi. Intant
hemm bżonn nagħrfu
li l-lajk għandu
bżonn ta’ forom
ġodda ta’
organizzazzjoni u
ta’ ċelebrazzjoni
tal-fidi, minħabba
fir-realtà
u l-identità
tiegħu, minħabba li
hu jinsab fil-qalba
tal-ħajja soċjali,
pubblika u
politika, u għax
jipparteċipa f’forom
kulturali li
jitwieldu l-ħin
kollu”.
Hemm bżonn li
l-lajċi kattoliċi ma
jibqgħux
indifferenti
għall-affarijiet
pubbliċi u lanqas
jibqgħu magħluqa
fit-tempji tagħhom;
m’għandhomx
jistennew direttivi
u konsenji
ekkleżjali biex
jissieltu favur
il-ġustizzja u forom
ta’ ħajja aktar
umana għal kulħadd.
“Qatt m’ għandu jkun
ir-ragħaj li jgħid
lil-lajk dak li
għandu jagħmel jew
jgħid; il-lajk jaf
dan aktar u aħjar
minna. Mhuwiex
ir-ragħaj li għandu
jistabbilixxi dak li
l-fidili għandhom
jgħidu fid-diversi
oqsma. Bħala
rgħajja, magħquda
mal-poplu tagħna,
jagħmlilna tajjeb
jekk nistaqsu lilna
nfusna kif qed
inħeġġu u
nippromwovu
l-imħabba u
l-fraternità,
ix-xewqa għall-ġid,
il-verità
u l-ġustizzja. Kif
ser nagħmlu biex
il-korruzzjoni ma
tbejjitx fi
qlubna”. Saħansitra
lanqas fil-qlub
tagħna r-Rgħajja.
Fl-istess ħin
jagħmlilna tajjeb
nisimgħu b’ħafna
attenzjoni
l-esperjenzi,
ir-riflessjonijiet u
t-ħassib li jaqsmu
magħna l-lajċi li
jgħixu l-fidi
tagħhom fid-diversi
oqsma tal-ħajja
soċjali u politika.
Id-djalogu sinċier
tagħkom f’din
il-laqgħa hu
importanti ħafna.
Tkellmu bil-libertà.
Djalogu bejn
kattoliċi, prelati u
politiċi, fejn hemm
il-komunjoni bejn
persuni li għandhom
l-istess fidi,
jista’ jkun
determinanti aktar
mill-oppożizzjonijiet
leġittmi ta’
għażliet politiċi.
Dan għax aħna nieħdu
sehem
fl-Ewkaristija, li
hi l-għajn u
l-quċċata ta’ kull
komunjoni.
Mid-djalogu tagħkom
jistgħu joħorġu
elementi ta’ dawl,
elementi li jagħtu
orjentament
għall-missjoni
tal-Knisja fid-dinja
tal-lum. Grazzi
mill-ġdid u l-ħidma
t-tajba!
Miġjub mit-Taljan
għall-Maltin minn
Vivienne Attard