Għeżież ħuti,

Fi tmiem il-Quddiesa nerġgħu nduru lejn il-Madonna, Sultana tas-Sema.  Lilha noffru l-ferħ tagħna, it-tbatijiet tagħna, it-tamiet tagħna.  NoffrulHa b’mod partikoalri li kull min tilef ħajtu fl-inċident tal-għarqa tal-vapur “Se Wol”, kif ukoll li dawk kollha li għadhom ibatu l-konsegwenzi ta’ dan id-diżastru nazzjonali.  Jalla l-Mulej jilqa’ fil-paċi tiegħu lil min tilef ħajtu, ifarraġ lill min qed jibki u jkompli jsostni lil min, ġenerożament, għen u għadu jgħin lil ħutu.  Jalla dan l-avveniment traġiku, li għaqqad lill-Koreani kollha fin-niket, jikkonferma l-impenn tagħhom biex jikkollaboraw flimkien, bis-solidarjetà, għall-ġid komuni.

Nitolbu wkoll lill-Verġni Marija biex titfa’ ħarsitha ħanina fuq kull min minnkom jinsab fit-tbatija, partikolarment il-morda, il-foqra u min hu nieqes minn xogħol dinjituż.

Fl-aħħar, fil-jum li fih il-Korea qed tiċċelebra l-liberazzjoni, nitolbu lill-Madonna tindokra dan in-nazzjon nobbli u ċ-ċittadini tiegħu.  Inqiegħdu taħt il-protezzjoni tagħha liż-żgħażagħ li nġabru hawn mill-Asja kollha.  Jalla huma jkunu ħabbara ferħana taż-żerniq tal-paċi fid-dinja, skont il-pjan imbierak ta’ Alla.

 

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Joe Huber


Dear Brothers and Sisters,

At the end of our Mass, we turn once more to Our Lady, Queen of Heaven.  To her we bring all our joys, our sorrows and our hopes.

We especially entrust to her all who lost their lives in the sinking of the Se-Wol ferry, as well as those who continue to be affected by this great national disaster.  May the Lord welcome the dead into his peace, console those who mourn, and continue to sustain those who so generously came to the aid of their brothers and sisters.  May this tragic event which has brought all Koreans together in grief confirm their commitment to work together in solidarity for the common good.

We also ask Our Lady to look with mercy on all those among us who are suffering, particularly the sick, the poor and those who lack dignified employment.

Finally, on this day when Korea celebrates its liberation, we ask Our Lady to watch over this noble nation and its citizens.  And we commend to her care all the young people who have joined us from throughout Asia.  May they be joyful heralds of the dawn of a world of peace in accordance with God’s gracious plan!