Sur President,
Distini Awtoritajiet tal-Gvern,
Ħuti fl-Episkopat,
Sinjuri u ħbieb,

Irrodd ħajr lill-Mulej li tani l-opportunità li niġi mill-ġdid fl-Amerika Latina u li llum ninsab hawn magħkom f’din l-art sabiħa tal-Ekwador.  Qed inħoss ferħ u gratitudni għal-laqgħa mħeġġa li biha lqajtuni: din hija prova oħra tal-karattru akkoljenti karatteristika li tant tidher fost in-nies ta’ dan in-nazzjon nobbli.

Nirringrazzja lilke, Sur President, tad-diskors tiegħek – nirringrazzjak talli taqbel ħafna mal-ħsibijiet tiegħi: ikkowtajtni żżejjed!  Grazzi!  Nirreċiproka bl-iakbar awguri tiegħi li int twassal għall-milja l-missjoni tiegħek: jalla jirnexxilek twettaq dak kollu li tixtieq għall-ġid tal-poplu tiegħek.  Insellem minn qalbi lill-Awtoritajiet Distinti tal-Gvern, lil ħuti l-Isqfijiet, lill-fidili tal-Knisja ta’ da nil-pajjiż u lil dawk kollha li llum qed jiftħu qalbhom, qalb il-familji tagħhom u ta’ Art Twelidhom, għalija.  Lilkom ilkoll l-imħabba tiegħi u r-rikonoxxenza sinċiera.

Jien żort l-Ekwador diversi drabi għal raġunijiet pastorali: l-istess illum, jien ġejt bħala xhud tal-ħniena t’Alla u tal-fidi f’Ġesù Kristu.  L-istess fidi li għal sekli sħaħ sawwret l-identità ta’ dan il-poplu u tat tant frott bnin, fosthom jispikkaw fihuri bħal dik ta’ Santa Marianna ta’ Ġesù, Michele febres, Santa Narċiża ta’ Ġesù u l-Betata Mercedes ta’ Ġesù Molina, li kienet ġiet beatifikata fi Guayaquil tletin sena, ilu waqt iż-żjara li kien għamel San Ġwanni Pawlu II.  Dawn għexu l-fidi b’intensità u entużjażmu u bil-ħniena li kienu juru taw sehemhom, f’oqsma diversi, biex itejbu s-soċjetà tal-Ekwador ta’ żmienhom.

Illum aħna wkoll nistgħu nisbu fl-Evanġelju l-imfietaħ li jgħinuna naffronatw l-isfidi li għandna, napprezzaw id-differenzi, immexxu ‘l quddiem id-jalogu u l-parteċipazzjoni mingħajr ma’ neskludu lil ħadd, sabiex il-passi ‘l quddiem fil-progress u l-iżvilupp li qed jinkisbu, jissaħħu u jiggarantixxu future aħjar għal kulħadd, dan billi nagħtu attenzjoni speċjali lil ħutna l-aktar fraġli u lill-minorani l-aktar vulnerabbli, li huma d-dejn li għad għandha l-Amerika Latina kollha.  Għal da nil-għan, Sur President,  inti dejjem tista’ turbot fuq l-impenn u l-kollaborazzjoni tal-Knisja,  biex isservi lil da nil-poplu tal-Ekwador li qam fuq saqajh bid-dinjità.

Ħbieb ilkoll, qed nibda b’ħafna stennija u tama dawn il-jiem li għandna quddiemna.  Fl-Ekwador jinsab il-punt l-aktar qrib tal-ispazju estern: il-Chimborazo, li minħabba f’hekk hu magħruf bħala l-eqreb post lejn ix-xemx, lejn il-qamar u lejn il-kwiekeb.  Aħna l-Insara nqabblu lil Ġesù Kristu max-xemx u l-qamar mal-Knisja; u l-qamar m’għandux dawl tiegħu, u jekk il-qamar jinħeba mix-xemx, jiddallam.  Id-dawl hu Ġesù Kristu, u jekk il-Knisja tinfired jew tinħeba minn Ġesù Kristu tiddallam u ma tagħtix xhieda.  Jalla f’dawn il-jiem issir dejjem aktar evidenti għalina lkoll  il-qrubija “tax-xemx li titla’ mill-għoli” (cfr Luqa 1,79), u aħna nkunu rifless tad-dawl u tal-imħabba tiegħU.

Minn hawn irrid ngġannaq lill-Ekwador kollu.  Mill-quċċata tal-Chimborazo, sal-kosta tal-Paċifiku; mill-forsta tal-Amażonja sal-Gżejjer Galapagos; titiflu qatt il-ħila li troddu ħajr ‘l Alla għal dak li għamel u li qed jagħmel magħkom; il-ħila li tiddefendu ż-żgħir u s-sempliċi, li tieħdu kura tat-tfal tagħkom u tal-anzjani tagħkom, li huma l-memorja tal-poplu tagħkom, li jkollkom fiduċja fiż-żgħażagħ, u li tħossukom mistgħġbin quddiem in-nobbiltà ta’ nieskom u s-sbuħija unika ta’ pajjiżkom – li skont is-Sur President, huwa ġenna tal-art (dan hu riferiment għal kumment li għamel il-President waqt id-diskors tiegħu).

Jalla l-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù u l-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija, li lilhom huwa kkonsgrat l-Ekwador, iferrxu fuqkom grazzji u barka.  Grazzi ħafna!

 

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Joe Huber