Sur President,
Sur
Imam il-Kbir ta’ Al-Azhar,
Onorevoli Membri
tal-Gvernn u tak-parlament,
Illustri
Ambaxxaturi u membri tal-Korp Diplomatiku,
Għeżież Sinjuri,

Al Salamò Alaikum!

Sur President, nirringrazzjak għall-kliem kordjali li lqajtni bih u għall-istedina li inti ġentrilment għamiltli biex inżur l-għażiż pajjiż tagħkom.  Għadni nżomm ħajja fil-memorja iż-żjara li inti għamiltli f’Ruma f’Novembru 2014, kif ukoll il-laqgħa frtaerna mal-Qdusija Tiegħu l-Papa Tawadros II, fl-2013, u mal-Imamil-Kbir tal-Università ta’ Al-Azhar, Dott. Ahmad Al-Tayyib, is-sena li għaddiet.

Inħossni hieni li rġajt qiegħed fl-Eġittu, art ta’ civiltà antikissma u nobbli, li l-wirt tagħha għandna nistgħu narawh illum, u li bil-maestożità tagħhom donnhom iridu jisfidaw is-sekli. Din l-art hi ta’ tifsir kbir għall-istorja  tal-umanità u għat-Tradizzjoni tal-Knisja, mhux biss minħabba l-passat storiku u prestiġjuż – tal-Faragħuni, Kopt u Musulman -, imma wkoll għaliex fl-Eġittu għexu jew għaddew minnu tant Patrijarki.  Fil-fatt hu msemmi għadd kbir ta’ drabi fl-Iskrittura Mqaddsa.  F’din l-art Alla semma’ leħnu, «irrivela min hu lil Mosè » (1) u fuq il-muntanja Sinaj ħalla lill-poplu tiegħu u lillġumanità il-Kmandamenti Divini.  Fuq l-art Eġizzjana kienet sabet kenn u ospitalità l-Familja Mqaddsa: Ġesù, Marija u Ġużeppi.

L-ospitalità mogħtija b’tant ġenerożitàaktar minn elfejn sena ilu, tibqa’ fil-fakra kollettiva tal-umanità u hi għajnta’ barkiet abbundanti li għandhom jaslu sal-lum.  Għalhekk, l-Eġittu hu art li, f’ċertu sens, inħossuha lkoll bħala tagħna!  U kif tgħidu intom: Misr um al dugna / L-Eġittu hu omm l-univers”  Illum ukoll isibu akkoljenza hawnhekk miljuni ta’ rifuġjati ġejjin minn pajjiżi diversi fosthom is-Sudan, l-Eritreja, is-Sirja u l-Iraq, rifuġjati li b’impenn ta’ min ifaħħru, intom tfittxu li tintegraw mas-soċjetà Eġizzjana.

Minħabba l-istorja tiegħu u l-qagħda ġjografika partikolari li gġandu, l-Eġittu għandu rwol insostitwibbli fil-Lvant Nofsani u fil-qafas tal-pajjiżi li qed ifittxu soluzzjoni għall-problemi kbar u kumplessi li hemm bżonn ikunu ffaċċjati issa, biex jevitaw li jinġarru minn mewġa ta’ vjolenza akbar.  Qed nirreferi għall-vjolenza għamja u diżumana ġejja minn fatturi differenti: il-kilba magħluqa għall-poter, il-kummerċ tal-armi, il-problemi soċjali gravi u l-estremiżmu reliġjuż li juża l-isem Qaddis ta’ Alla biex iwettaq massakri li jixxukkjaw u inġustizzji.

Dan id-destin u dan id-dmir tal-Eġittu hu wkoll l-għan li għalih il-poplu qed jagħmel sejħa biex fl-Eġittu ħadd ma jkun nieqes mil­l-ħobż, mill-libertà u mill-ġustizzja soċjali.  Żgur li danl-għan isir realtà jekk kulħadd f’daqqa jkollu r-rieda li jibdel il-kliem f’azzjoni, l-aspirazzjonijiet f’impenn, il-liġijiet miktuba jiġu applikati, jekk jingħata valur lill-ġenjalità li tinsab fl-għeruq ta’ dan il-poplu.

Għaldaqstant, l-Eġittu għandu biċċa xogħol partikolari: isaħħaħ u jikkonsolida wkoll il-paċi fir-reġjun, minkejja li f’artu stess hu miġrugħ minn vjlenza għamja.  Din il-vjolenza jbatu minnha inġustament tant familji – li wħud minnhom huma preżenti hawn – li qed jibku ‘l uliedhom.

Ħsiebii jmur partikolarment lejn dawk il-persuni kollha li, f’dawn l-aħħar snin, taw ħajjtihom biex iħarsu l-Patrija tagħhom: iż-żgħażagħ, il-membri tal-forzi armati u tal-pulizija, iċ-ċittadini Kopti u dawk kollha mhux magħrufin li waqgħu minħabba d-dversi azzjonijiet terroristiċi.  Qed naħseb ukoll f’tant qtil u fit-theddid li minħabba fihom ħafna nsara qed jaħarbu min-nofsinhar tas-Sinaj.  Nesprimi rikonoxxenza lejn l-awtoritajiet ċivili u reliġjużi u lejn kull min laqgħa u għen lil dawn il-persuni mifluġin għall-aħħar.  Qed naħseb ukoll f’dawk li ntlaqtu fl-attentati li saru fil-knejjes Kopti, kemm dawk ta’ Diċmenbru li għadda kfi ukoll dawk aktar qrib f’Tanta u Lixandra.  Nagħti l-kondoljanzi sinċieri tiegħi lill-familjari tagħhom u lill-Eġittu kollu floimkiien mat-talb tiegħi sabiex il-Mulej jagġti fejqan malajr lill-feruti.

Sur president u illustri Sinjuri,

Ma nistax ma ninkoraġġix bil-qawwa l-isforzi li qed isiru biex jitwettqu għadd kbir ta;’ proġetti nazzjonali, kif ukoll lil tant inizjattivi meħuda biex titnissel il-paċi fil-pajjiż u anki ‘l hinn minnu, bit-twettiq tal-iżvilupp tant mixtieq, fil-prosperità u l-paċi li l-poplu jixtieq u jimmerita.

L-iżvilupp, il-prosperità u l-paċi huma ġid fundamentali u jistħoqqilhom kull tip ta’ sagrifiċċju.  Huma għanijiet li jitolbu ħidma serja, impenn konvint, metodi addattati u, fuq kollox, rispett bla kundizzjoni tad-drittijiet inaljenabbli tal-bniedem bħalma huma l-ugwaljanza bejn iċ-ċittadini, il-libertà reliġjuża u tal-espressjoni mingħajr ebda distinzjoni (2).  Dawn huma objettivi li jesiġu li tingħħata attenzjoni speċjali lejn ir-rwol tal-mara, taż-żgħażagħ, tal-aktar foqra u tal-morda.  Firrealtà il-veru żvilupp jitqies mill-ħerqa li tingħata lejn il-bniedem – il-qalbha ta’ kull żvilupp -, għall-edukazzjoni, għas-saħħa u d-dinjità tiegħu; infatti lp-kobor ta’ kwalunkwe nazzjon tidher fl-attenzjoni li dan jagħti bis-serjetà lill-aktar dgħajfa tas-soċjetà: it-tfal, l-anzjani, il-morda, id-diżabbli, il-minoranzi, sabiex ebda persuna u ebda grupp soċjali ma jibqa’ mbarri jew mitluq fil-ġenb.

Quddiem xenarju dinji delikat u kumpless, li jġagħlna naħsbu f’dak li jien sejjaħtlu “it-tielet gwerra dinjija miġġielda bil-biċċiet”, jeħtieġ naffermaw li ebda ċivilità ma tista’ tinbena jekk ma nirroftawx kull ideoloġija tal-ħażen, tal-vjolenza u kull interpretazzjoni estremista li tippretendi li xxejjen id-diversità bil-manipolazzjoni u billi toffendi l-Isem Qaddis ta’ alla li jistħoqqlu smigħ u apprezzament.

Ikolll għandna d-dmir li lill-ġenerazzjonijeit il-ġodda ngħallmuhom li Alla, ilĦallieq tas-sema u takl-art, ma jeħtieġx il-protezzjoni tal-bnedmin, anzi huwa Hu li jipproteġi lill-bnedmin; Hu qatt ma jrid il-mewt ta’ wliedu imma l-ħajja u l-hena tagħhom; Hu la jista’ jitlob u l-anqas jiġġustifika l-vjolenza, anzi jobħgodha u jirrifjutaha (3).  Il-veru Alla jsejjaħ għall-imħabba bla kundizzjonijiet, għall-maħfra gratwita, għall-ħniena, għar-rispett assolut ta’ kull ħajja, għall-fratermnità bejn uliedu kemm jekk jemmnu u kemm jekk ma jemmnux.

Għandna d-dmir li flimkien naffermaw li l-istorja ma taħfirhiex lil dawk li jistqarru l-ġustizzja billi jwettqu l-inġustizzji; ma taħfirhiex lil min jitkellem dwar l-ugwaljanza u jwarrab lill min hu differenti.  Għandna d-dmir li nikxfu l-maskra ta’ min irid ibigħl-illużjonijiet dwar il-ħajja ta’ waara, li jipprietkaw il-mibgħeda biex lil min hu sepliċi jisraqlu l-ħajja t’issa u d-dritt tiegħi li jgħix bid-dinjità, billi jittrasformawhom f’ħatab għall-ħruq u jisirqulhom il-ħila li jagħżlu bil-libertà u jemmnu bir-reponsabiltà.  Sur President, ftit minuti ilu, int għidt li Alla hu Alla tal-libertà, u dan hu minnu.  Għandna d-dmir li nkissru l-idejat omiċidi u l-ideoloġiji estremisti, billi naffermaw li hemm kunflitt bejn l-vera fidi u l-vjolenza, bejn Alla u l-atti tal-qtil.

Minflok, l-istorja tagħti ġieħ lill-bennejja tal-paċi li, bil-kuraġġ u mingġajhr vjolenza jitqabdu għal-dinja aħjar: ”Imberkin dawk li jġibu l-paċi għax jissejħu ulied Alla” (Matt. 5, ,9).

Għaldaqstant, l-Eġittu, li fi żmien Ġużeppi ħeles lil popli oħra mill-karestija (cfr Ġen 41,57), hu msejjaħ biex illum ukoll isalva dan ir-reġjun għażiż mill-karestija tal-imħħabba u tal-fraternità; hu msejjaħ biex jikkundanna u jegħleb kull vjolenza u kull terrororiżmu; hu msejjaħ biex jirregala l-aqmħ tal-paċi lilqlub kolla ġewwħin għall-konvivenza paċifika, għax-xogħol dinjituż, għaledukazzjoni umana.  L-Eġittu, li fl-istess waqt qiegħed jibni l-paċi u jiġġieled it-terroriżmu hu msejjaħ biex jagħti prova li “AL DIN LILLAH WA AL WATÀN LILGIAMIA’ / il-fidi hija għal Alla, għall-Patrija u hija għal kulħadd”, kif jgħid il-motto tar-Rivoluzzjoni tat-23 ta’ Lulju, 1952, li juri li nistgħu nemmnu u ngħixu f’armonija mal-oħrajn billi naqsmu magħhom il-valuri fundamentali u nirrispettaw il-libertà u l-fidi ta’ kulħadd (4).

Ir-rwol partikolari tal-Eġittu hu meħtieġ biex f’dar-reġjun, benniena ta’ tliet reliġjonijiet kbar, hu meħtieġ, għax jista’ jkun, anzi għandu jkun ta’ qawmien mil-lejl twil ta’ tribulazzjonijiet biex jerġgħu jibdew jilmaw mill-ġdid il-valuri supremi tal-ġustizzja u ta-fraternità, li huma l-pedamnet żonqri u t-triq indispenssabli lejn il-paċi (5).  Ma nistgħux nistennew il-ftit min-nazzjonijiet il-kbar!

Din is-sena qed jiġi ċelebrat is-70 anniversarju tar-relazzjonijiet diplomatiċi bejn is-Santa Sede u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, wieħed mill-ewwel pajjiżi Għarab li waqqaf dawn ir-relazzjonijiet diplomatiċi.  Il-karatteristika tagħhom minn dejjem kient waħda ta’ ħbiberija u kollaborazzjoni reċiproka.  Nawgura li diż-żjara tiegħi issaħħaħhom u tqawwihom.

Il-paċi hi rigal ta’ Alla u wkoll ħidma tal-biendem.  Hu ġid li jrid jinbena u jitħares bir-rispett lejn il-prinċipju li jafferma l-forza tal-liġi u mhux il-liġi tal-forza (6).  Paċi għal dal-pajjiż maħbub!  Paċi lir-reġjun kollu, partikolarment il-Palestina u Iżrael, is-Sirja, il-Libja, il-Yemen, is-Sudan t’Isfel; paċi lill-bnedmin kollha ta’ rieda tajba!

Sur President, Sinjuri,

Nixtieq insellem minn qalbi u nħaddan bil-paternità liċ-ċittadini Eġizzjani kollha, li simbolikament huma kollha rappreżentati hawn, f’dis-sala.  Insellem bl-istess mod l-ulied u l-aħwa Kristjani li jgħixu f’dal-pajjiż: il-Kopti ortodossi, lill-Greco-Biżantini, l-Armeni-Ortodossi, il-Protestanti u l-Kattoliċi.  San Mark, lp-evanġeliżżatur ta’ din l-Art, jipproteġikom u jgġinna nibnu u naslu gġall-għaqda tant mixtieqa mill-Mulej tagħna (cfr Gv 17,20-23).  Il-preżenza tagħkom f’dil-patrija la hi ġdida u lanqas b’kumbinazzjoni, imma hija storika u inseparabbli mill-istorja tal-Eġittu.  Intom tiffurmaw parti integrali minn dal-pajjiż u matul is-sekli żviuppajtu xorta ta’ relazzjoni unika, armonija partikolari li tista tittieħed bħala eżempju min-nazzjonijiet oġra.  Intom urejtu u turu li l-għejxien flimkien hu possibbli bir-rispett re1ċiproku u bil-konfront leali, billi fid-differenzi intom issibu għajn ta’ rikkezza u qatt raġuni gġall-ġlied (7).

 

Grazzi tak0laqgħa mħeġġa.  Nitlob il Alla li jista’ kollox u Waġħdieni li jimla liċ-ċittadini Eġizzjani kollha bil-barkiet divini tiegħu.  Jalla jagġti lill-Eġittu paċi u prosperità, progress u ġustizzja u jbierek lil uliedu kollha!

“Ikun imbierek l-Eġittu l-poplu tiegħi´jgħid il-Mulej fil-Ktieb ta’ Iżaija (19,25).

Shukran wa tahìah misr!

Miġjub għall-Malti mit-taljan minn Joe Huber

 

 

[1] Ġwanni Pawlu II, Diskors waqt iċ-ċerimonja ta' merħba, 24 ta’ Frar 2000: Insegnamenti XXIII, 1 [2000], 248.

[2] Cfr Dikjarazzjoni universali tad-drittijiet tal-bniedem, Kostituzzjoni Eġizzjana tal-2014, kap III.

[3] «Alla (....) jobgħod lil kull min iħobb il-vjolenza» (Sal 11,5).

[4] Cfr Kostituzzjoni Eġizzjana tal-2014, Art. 5.

[5] Cfr Messaġġ għall-Jum Dinji tal-Paċi 2014‎, 4.

[6] Cfr Messaġġ għall-Jum Dinji tal-Paċi 2014 2017, 1.

[7] Cfr Benedittu XVI, Eżort. App. Post-sinodali. Il-Knisja fil-Lvant Nofsani, 24 e 25‎.