Għeziez, Imħallfin, Uffiċjali, Avukati

u kollaburaturi tat-Tribunal Appostoliku tar-Rota Rumana.

Inwassal lil kull wieħed minnkom it-tislija kordjali tiegħi, nibda mill-Kulleġġ tal-Prelati bid-Dekan, Mons. Piju Vito Pinta, li nirringrazzja tal-kliem tiegħu, u il-pre-Dekan li għadu kif ġie nominat f’din il-karika. Nawgura lilkom ilkoll li taħdmu b’serenità u mħabba mqanqla għall-Knisja f’din is-Sena ġudizzjarja li llum qed nawguraw.

Illum irrid immur lura fuq it-tema tar-rapport bejn fidi u żwieġ, partikolarment fuq il-perspettivi inerenti fil-kuntest uman u kulturali li fihom hija ffurmata l-intenzjoni matrimonjali. San Ġwann Pawlu II wera fid-dawl, u bbaża ruħu fuq it-tagħlim tal-Iskrittura Mqaddsa, <kemm hija profonda r-rabta bejn l-għarfien tal-fidi u dik tar-raġuni (...). Il-pekularjetà li tiddistingwi t-test bibbliku tikkonsisti fil-konvinzjoni li teżiżti unità profonda w inseparabbli bejn l-għarfien tar-raġuni u dik tal-fidi>> (Enċ. Fides et ratio,16). Għalhekk, kemm wieħed jitbiegħed mill-prospettivà tal-fidi, aktar <<ma l-bniedem jesponi ruħu għar-riskju tal-falliment u jispiċċa biex isib ruħu fil-qagħda tal-“istupidu”. Għall-Bibbja, f’din l-istupidaġni hemm inerenti theddida għall-ħajja. L-istupidu infatti jilludi ruħu li jaf ħafna ħwejjeġ, imma fil-verità mhux kapaċi jiffissa ħarstu fuq dawk li huma essenzjali. Dan ma jħalliħx jagħmel ordni f’moħħu (ara Prov 1,7) u li jieħu atteġġjament adekwat fil-konfront tiegħu stess u fl-ambjent ċirkostanti.  Meta mbagħad jasal biex jistqarr “ Alla ma jeżistix” (ara Salm 14 (13), 1), jikxef b’luċidità definittiva kemm l-għarfien tiegħu huwa nieqes u kemm huwa ‘l bogħod kemm mill-verità sħiħa fuq il-ħwejjeġ, fuq l-oriġini tagħhom u fuq id-destin tagħhom)) (ibid., 17).

Minn naħa tiegħu, Papa Benedettu XVI, fl-aħħar Diskors tiegħu li ngħad lillkom, fakkar illi <<jekk ninfetħu biss għal-verità ta’ Alla <...> huwa possibbli tifhem, u tirrejalizza fil-konkretezza tal-ħajja miżżewga u tal-familja, il-verità tal-bniedem, bħala ibnu, imwieled mill-ġdid bil-Magħmudija <...>. Ir-rifjut tal-proposta divina, effettivament iġġib sbilanċ profond fir-relazzjonijiet umani kollha <...>, inkluża f’dik matrimonjali>> (26 jannar 2013,2). Huwa dejjem iżjed meħtieġ napprofondixxu ir-rapport bejn imħabba u verità.  Huwa biss meta tkun bażata fuq il-verità li l-imħabba tista’ ittul fiż-żmien, tegħleb il-waqt transitorju u tibqa soda sabiex issostni mixja komuni. Jekk l-imħabba ma jkollhiex rapport mal-verità, hija soġġetta għat-tibdil tas-sentimenti u ma tgħaddix mill-prova taż-żmien. L-imħabba verà tgħaqqd l-elementi kollha tal-persuna tagħna u ssir dawl veru lejn ħajja kbira u mimlija. Mingħajr il-verità l-imħabba ma tistax toffri għaqda solida, ma jirnexxilhiex twassal il-“jiena” lill hinn mill-iżolament tiegħu, anqas teħilsu mill-waqt li jtir sabiex tedifika l-ħajja u ġġib il-frott>> (Enċ. Lumen fidi,27).

 

Ma nistgħux naħbu li mentalià mxerrda aktarx li toskjura l-aċċess għall-verità eterna.  Mentalità li tikkonvolġi, ta’ spiss b’mod vast u kapillari, l-atteġġamenti u kif iġibu ruħhom l-istess insara (ara Eżort. ap. Evangelii gaudium, 64), hekk illi l-fidi tagħhom tiddgħajjef u titlef l-oriġinalità tagħha ta’ kriterju iterprettiv u operattiv għall-eżistenza personali, familjari u soċjali. Dan il-kuntest, nieqes mill-valuri reliġjużi u ta’ fidi, ma jistax ma jikkondizzjonax ukoll il-kuntest matrimonjali.  L-esperjenzi ta’ fidi ta’ dawk li jrisu fiż-żwieġ nisrani huwa differenti ħafna. Uħud jippartiċipaw attivament fil-ħajja tal-parroċċa; oħrajn jersqu għall-ewwel darba; uħud għandhom ħajja ta’ talb intens ukoll, min-naħħa l-oħra, huma gwidati minn sentiment ġeneriku aktar reliġjuż; xi minn daqqiet huma persuni ‘l bogħod mill-fidi u karenti fil-fidi.

Quddiem din is-sitwazzjoni, jeħtieġ jinstabu rimedji varji.  Rimedju tal-ewwel nindikah fil-formazzjoni taż-żagħzagħ, permezz ta’ mixja adekwata ta’ preparazzjoni intisa sabiex niskopru ż-żwieġ u l-familja skond il-pjan t’Alla. Huwa li ngħinu l-miżżewġin futuri sabiex jieħdu u jduqu l-ġrazzja, is-sbuħija u l-ferħ tal-imħabba vera, salvati u mifdija minn Ġesù.  Il-komunità nisranija li għalija l-miżżewġin futuri huma msejħa sabiex tħabbar kordjalment il-Vanġelu lil dawn in-nies, għaliex l-esperjenza tagħhom ta’ mħabba tkun tista’ issir sagrament, sinjal effikaċi ta’ salvazzjoni. F’din iċ-ċirkustanza, il-missjoni redentrċi ta’ Gesù tilħaq lir-raġel u l-mara fil-konkretezza tal-ħajja tagħhom ta’ mħabba. Dan il-mument isir għall-komunità okkazjoni straordinarja ta’ missjoni.  Illum iżjed minn qatt qabel, din il-preparazzjoni tippreżenta ruħha bħala okkażżjoni vera u proprja ta’ evanġelizazzjoni tal-adulti u, spiss, ta’ dawk imsejħa ‘l bogħod. Huma, fil-fatt, numerusi ż-żagħżagħ li ż-żwieġ fil-qrib ikun okkażżjoni sabiex jiltaqgħu mill-ġdid mal-fidi għal ħafna żmien relegata fil-marġini tal-ħajja tagħhom; huma, barra minn hekk, jinsabu f’mument partikolari, sikwiet karatterizzat mid-disponibiltà li terġa’ tara mill-ġdid  u sabiex tibdel il-laqgħha tiegħek mall-persuna ta’ Ġesù Krsitu, bil-messaġġ tal-vanġelu u bid-dutrina tal-Knisja.

Jeħtieġ għalhekk, li l-operaturi u l-organi inkarikati mill-pastorali familjari ikunu animati minn prekupazzjoni li jrendu iżjed effikaċi t-toroq tal-preparazzjoni għas-sagrament taż-żwieġ, għat-tkabbir, mhux biss umana, imma fuq kollox tal-fidi tal-għarajjes. L-għan fundamentali tal-laqgħat huwa dak li tgħin l-għarajjes sabiex iwettqu daħla progressiva fil-misteru ta’ Kristu, fil-Knisja u bil-Knisja. Dan jirrikjedi maturazzjoni progressiva fil-fidi, permezz tat-tħabbira tal-Kelma ta’ Alla, l-għaqda u sequela ġeneruża ta’ Kristu, jiġifieri, li wieħed jgħin l-għarajjes li jgħarrfu u jgħixu r-realtà taż-żwieġ li jkun fi ħsiebom jiċċelebraw, sabiex ikunu jistgħu jagħmluh mhux biss validament u leċitament, iżda li jagħti l-frott, u għax huma disponibbli li jagħmlu minn din iċ-ċelebrazzjoni tappa tal-mixja tagħhom ta’ fidi. Sabiex iwettqu dan kollu, hemm bżonn ta’ persuni b’kompetenza speċifika u preparati adegwament għal dan is-servizz, f’sinerġija opportuna bejn saċerdot u koppji ta’ miżżewġin.

F’dan l-ispirtu, inħossni li rrid nerġa’ intenni l-ħtieġa ta’ <<katekumenat ġdid>> fi preparazzjoni għaż-żwieġ. Filwaqt li nilqgħu l-awgurju tal-Padri tal-aħħar Sinodu Ordinarju, huwa urġeni li jiġi attwat b’konkretezza dak li diġà kien propost f’Familiaris consorto (n.66), li jiġifieri, kif bħall-magħmudija tal-adulti l-katekumenat huwa parti tal-proċess sagramentali taż-żwieġ, hekk ukoll il-preparazzjoni għaż-żwieġ issir parti integranti tal-proċedura sagramentali kollha taż-żwieġ, bħala antitodu li jimpedixxi it-tixrid dejjem jiżdid ta’ ċelebrazzjonijiet taż-żwieġ nulli jew inkonsistenti.

It-tieni rimedju huwa dak li ngħinu l-miżżewġin friski sabiex ikomplu l-mixja fil-fidi u fil-Knisja ukoll wara ċ-ċelebrazzjini taż-żwieġ.  Huma meħtieġ li niskopru, b’kuraġġ u krejattività, proġett ta’ formazzjoni għall-miżżewġin ġodda, b’inizjattivi indirizzati għal għarfien dejjem akbar tas-sagrament li wieħed ikun irċieva. Dan huwa li wieħed jinkoraġġihom jikkunsidraw l-aspetti varji tal-ħajja tagħhom ta’ kuljum bħala koppja, li huwa sinjal u strument tal-imħabba ta’ Alla, magħmul bniedem fl-istorja tal-bnedmin. Nagħmel żewġ eżempji. L-ewwel nett, l-imħabba li biha tgħix il-familja ġdida għandu l-għeruq u l-fonti tiegħu fil-misteru tat-Trinità, għalhekk dan iġorr dan is-siġill minkejja l-għejja kbira u l-faqar li magħhom irid jeħodha fil-ħajja kwotidjana proprja. Eżempju ieħor: l-istorja ta’ mħabba fil-koppja nisranija hija parti mill-istorja sagra, għax fiha jgħix Alla u għaliex Alla ma jonqos qatt fl-obbligazzjoni li assuma mal-miżżewġin f’jum it-tieġ; Huwa fil-fatt hu <<Alla fidil u ma jistax iqarraq bih inniffsu>> (2 Tim 2,13).

Il-komunità kristjana hija msejjħa sabiex tilqà u tgħin il-koppji zagħzagħ, toffri okkażżjinijiet u strumenti adegwati – nibdew bil-parteċipazzjini għall-Quddiesa ta’ nhar ta’ Ħadd – sabiex nindukraw il-ħajja spiritwali kemm fil-ħajja tal-familja, kemm fl-ambitu tal-programmazzjoni pastorali fil-parroċċa u fil-laqgħat. Ħafna drabi l-miżżewġin friski jitħallew waħedhom infushom, mqar għas-sempliċi fatt li jidhru anqas fil-parroċċa; dan jiġri l-aktar meta jitwieldu t-tfal. Imma proprju f’dawn l-ewwel mumenti tal-ħajja familjari li hemm bżonn niggarantixxu iżjed li nkunu iżjed qrib tagħhom u sosten spiritwali qawwi, ukoll fl-opra edukattiva tat-tfal, li fil-konfront tagħhom huma l-ewwel xhieda u portatriċi tad-don tal-fidi. Fil-mixja tal-iżvilupp uman u spiritwali taż-żagħżagħ friski wieħed jittama li jkun hemm gruppi ta’ riferiment li fihom wieħed ikun jistà jwettaq mixja ta’ formazzjini permanaenti: permezz tas-smigħ tal-Kelma, il-konfront fuq it-tematiċi li jinteressaw il-ħajja familjari, it-talb, il-qsim fratern.

Dawn iż-żewġ rimedji li indikajt huma finalizzati li jiffavorixxu kuntest adatt ta’ fidi fejn tiċċelebra u tgħix iż-żwieġ. Aspett daqshekk determinanti għas-solidità u l-verità tas-sagrament nunzjali, isejjaħ lil kappillani sabiex ikunu dejjem iżjed konsapevoli tal-biċċa xagħol delikata li ġiet lilhom fdata li jiġġestixxu t-triq sagramentali matrimonjali tal-miżżewġin futuri, jagħmlu reali u li tiftihiem is-sinerġija bejn foedus u fides. Qed nitkellmu dwar li tgħaddi minn vizjoni deċiżament ġuridika u formali tal-preparazzjini tal-miżżewġin futuri, għal fondazzjoni sagramentali ab inito, jiġifieri li wieħed jitlaq mill-mixja lejn il-kompletezza tal-foedus-consenso elevat minn Kristu għal sagrament. Dan jirrikjedi l-għajnuna ġeneruża ta’ insara adulti, irġiel u nisa, li jingħaqdu mas-saċeddot fil-pastorali familjari sabiex jibnu << il-kapolavur tas-soċjetà>>, jiġifieri <<il-familja>>: ir-raġel u l-mara li jinħabbu>> (Katekesi, 29 april 2009) skont <<il pjan imdawwal ta’ Alla>> )Kliem fil-Konċitorju Strordinarju, 20 frar 2014).

L-Ispirtu s-Santu, li jmexxi dejjem u f’kollox il-Poplu qaddis ta’ Alla, jgħin u jsostni dawk li, saċerdoti u lajċi, qed jimpenjaw u jinpenjaw ruħhom f’dan il-kamp, hekk illi ma jitilfu qatt l-entużjażmu u l-kuraġġ li jadoperaw ruħhom għas-sbuħija tal-familji nsara, minkejja l-perikli qerrieda tal-kultura dominanti temporali u li malajr tgħaddi.

Għeżież aħwa, kif għedt bosta drabi, jeħtieġ kuraġġ kbir sabiex tiżżewweġ fiż-żmien li qed ngħixu. U dawk li għadhom il-forza u l-ferħ li jwettqu dan il-pass importanti jridu jħossu magħhom l-affett u li l-Knisja tkin qrib tagħhom konkretament. D’dan is-sinjal inġeddilkom l-awgurju ta’ ħidma tajba għas-sena ġdida li l-Mulej qed jirregalalna. Nassikurakom it-talba tiegħi u qed noqgħod fuq tagħkom ukoll, filwaqt li nagħtikom il-Barka Appostolika.

 

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Edmond Calleja