Il-lejla t-tajba għeżież ħuti,

waqaft hawn biex insellmilkom u l-aktar biex niftakar.  Niftakar f’ħija, ħuna lkoll, li safa vittma ta’ interessi li ma ridux il-ġlieda għall-libertà tal-Bolivja.  Padre Espinal ipprietka l-Evanġelju u dak l-Evanġelju kien jagħti fastidju, għalhekk eliminawh.  Ejjew nagħmlu minuta silenzju biex nitolbu u mbagħad nitolbu lkoll flimkien.

[silenzju]

Jalla l-Mulej isieħeb miegħu fil-glorja lil Padere Luis Espinal li pprietka l-Evanġelju, dak l-Evanġelju li jtina l-ħelsien, li jagħmilna ħielsa bħalma huma ulied Alla kollha.  Ġesù ġabilna dan il-ħelsien, ipprietka dan l-Evanġelju.  Jalla l-Mulej iżommu ħdejH.  Agħtih Mulej il-mistrieħ u jiddi fuqu d-dawl li ma jintemmx.  Jistrieħ fil-paċi.

Il-barka t’Alla li jista’ kollox Il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu tberikkom ilkoll, għeżież ħuti.  U jekk jgħoġobkom, jekk jogħġobkom, tinsewx titolbu għalija.  Grazzi.

 

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Joe Huber