Ħija l-Isqof qal li fi 800 sena din hija l-ewwel darba li l-Papa jinsab hawn. F’dawn il-jiem, fuq il-ġurnali, fuq il-mezzi tal-komunikazzjoni, intqalu ġurnali, fuq il-mezzi tal-komunikazzjoni, intqalu ti fantasiji. “Il-Papa se jmur ineżżà l-Knisja, hemm!”  “Min xiex se jneżżà l-Knisja?” “Se jneżżà l-ilbies tal-Isqfijiet, tal-Kardinali; se jneżżà lilu nnifsu.” Din hija okkażjoni tajba biex issir stedina lill-Knisja ħalli tinżà. Imma l-Knisja hija aħna lkoll! Ilkoll! Minn l-ewwel imgħammed, ilkoll aħna Knisja, u lkoll irridu  nterrqu t-triq ta’ Ġesù, li terraq għal għonq triq ta’ nżigħ, Hu nnifsu. Huwa sar qaddej, seftur; ried li jkun umiljat sas-Salib. U jekk aħna rridu nkunu nsara, mhemmx triq oħra. Imma ma nistgħux nagħmlu kristjaneżmu ftit iktar uman - jgħidu - mingħajr salib, mingħajr Ġesù, mingħajr inżigħ? B’dan il-mod insiru nsara tal-pastiċċerija, bħal kejkijiet sieħ, bħal ħelu sabih! Tassew sabiħ, imma mhux insara tassew! Xi ħadd jgħid: “Imma minn xiex trid tinżà l-Knisja?” Illum hemm bżonn tinżà minn perikolu tassew gravi, li qed jhedded lil kull persuna fil-Knisja, ilkoll: Il-perikolu tal-mondanità. In-nisrani ma jistax jgħix mal-ispirtu tad-dinja. Il-mondanità li twassalna għall-vanità, għall-prepotenza, għas-suppervja. U dan huwa idolu, mhuwiex Alla. Huwa idoluà U l-idolatrija hija l-iktar dnub qawwi!

Meta fil-media jitkellmu dwar il-Knisja, jemmnu li l-Knisja hija l-qassissin, is-sorijiet, l-Isqfijiet, il-Kardinali u l-Papa. Imma l-Knisja hija aħna lkoll, kif diġa għidt. U lkoll kemm aħna hemm bżonna li ninżgħu minn din il-mondanità: l-ispirtu kuntrarju għall-ispirtu tal-bejatitudni, l-ispirtu kuntrarju għall-ispirtu ta’ Ġesù. Il-mondanità tagħmlilna ħażin. Huwa hekk ta’ niket li ssib nisrani mondan, sikur - skont hu - minn dik is-sikurezza li ttih il-fidi u sikur mis-sikurezza li ttih id-dinja. Ma tistax taħdem fiż-żewġ naħat. Il-Knisja - aħna lkoll - irridu ninżgħu mill-mondanità, li twassalna għall-vanità, is-suppervja, li hija l-idolatrija.

Ġesù stess qalilna: “Ma tistgħux taqdu żewġ sidien: jew qaddejja ta’ Alla jew qaddejja tal-flus” (cfr Mt 6,24). Fil-flusd kien hemm dan l-ispirtu kollu mondan; flus, vanità, suppervja, dik it-triq… aħna ma nistgħux… huwa ta’ niket li tħassar b’id waħda dak li niktbu bl-oħra. Il-Vanġelu huwa l-Vanġelu! Alla huwa uniku! U Ġesù sar qaddej għalina u l-ispirtu tad-dinja hawn ma jidħolx. Illum ninsab hawn magħkom. Ħafna minnkom ġew imneżżà minn din id-dinja selvaġġa li ma tagħtix xogħol, li ma tgħinx; li ma jimpurtahiex jekk hemmx tfal li qegħdin imutu bil-ġuħ fid-dinja; li ma jimpurtahiex jekk tant familji m’għandhomx x’jieklu, m’għandhomx id-dinjità li jieħdu ħobż id-dar; ma jimpurtahiex li tant nies ikollhom jaħarbu mill-iskjavitù, mill-ġuħ u jaħarbu jfittxu l-libertà. B’kemm niket, ħafna drabi, naraw li jsibu l-mewt, bħal ma ġara l-bieraħ f’Lampedusa: illum huwa jum ta’ biki! Dawn l-affarijiet jagħmel l-ispirtu tad-dinja. Huwa propju ridikolu li nisrani - nisrani veru - sew jekk qassis, sew jekk soru, sew jekk Isqof, sew jekk Kardinal, sew jekk Papa iridu jmorru f’din it-triq ta’ din il-mondanità, li huwa atteġġjament omiċida. Il-mondanità spiritwali toqtol! Toqtol ir-ruħ! Toqtol il-persuni! Toqtol il-Knisja!

Meta Franġisku, hawn, wettaq dak il-ġest tal-inżigħ kien tfajjel żagħżugħ, ma kellux qawwa g dan. Kienet il-qawwa ta’ Alla li mbuttatu biex jagħmel dan, il-qawwa ta’ Alla li ried ifakkarna dak li Ġesù qalilna dwar l-ispirtu tad-dinja, dak li Ġesù talab lill-Missier, sabiex il-Missier jeħlisna mill-ispirtu tad-dinja.

Illum, hawn, nitolbu l-grazzja għall-insara kollha. Li l-Mulej jagħtina lkoll il-kuraġġ li ninżgħu, imma mhux minn għoxrin lira, ninżgħu mill-ispirtu tad-dinja, li huwa l-lebbra, li huwa l-kankru tas-soċjetà! Huwa l-kankru tar-rivelazzjoni ta’ Alla! L-ispirtu tad-dinja huwa l-għadu ta’ Ġesù! Nitlob lill-Mulej li, lilna lkoll, jagħtina din il-grazzja li ninżgħu. Grazzi!

* * *

Fi tmiem il-laqgħa, lissen il-kliem li ġej:

Grazzi ħafna tal-akkoljenza. Itolbu għalija, giex għandi bżonn.... Lil Kulħadd! Grazzi!

* * *

Wara dan il-kliem l-ieħor li l-Papa Franġisku kien ħejja għall-okkażjoni u li kien qassam qishom bħala moqrija:

Għeżież Ħuti,

Grazzi gHal-laqgħa tagħkom! Dan il-post huwa post speċjali, u għalhekk ridt nagħmel waqfa hawn, alavolja l-ġurnata hija mimlija ħafna. Hawn Franġisku neżà minn kollox, quddiem missieru, l-Isqof, u n-nies ta’ Assisi. Kien ġest profetiku, u kien ukoll att ta’ talb, att ta’ mħabba u ta’ fiduċja lill-Missier li jinsab fis-sema.

B’dak il-ġest Franġisku għamel l-għażla tiegħu: l-għażla li jkun fqir. Mhix għażla soċjoloġika, idejoloġika, hija l-għażla li tkun bħal Ġesù, li timita lilu, li ssegwih sal-aħħar. Ġesù huwa Alla li jinżà mill-glorja tiegħu. Dan naqrawh f’San Pawl: Kristu Ġesù, li kien Alla, neżżà lilu nnifsu, battal lilu nnifsu, u sar bħalna, u f’din it-tbaxxija wasal sal-mewt tas-salib (cfr Fil 2,6-8). Ġesù huwa Alla, imma twieled imneżż1, tqiegħed ġo maxtura u miet imneżżà msallab.

Franġisku neżż1 lilu nnifsu minn kollox, minn ħajtu mondana, minnu nnifsu, biex isegwi l-Mulej, Ġesù, biex ikun bħalu. L-Isqof Gwido fehem dak il-ġest u dlonk qam, ħaddan lil Franġisku u għattieh bil-mantell tiegħu, u kien dejjem għalih ta’ għalih ta’ gHajnuna u protettur (cfr Vita Prima, FF, 344).

L-inżigħ ta’ San Franġisk sempliċement jgħidilna dak li jgħallem il-Vanġelu: li ssegwi l-Ġesù jfisser li tpoġġih fl-ewwel post, tinżà minn tant affarijiet li gu li jifgaw lil qalbna, niċhdu lilna nfusna, naqbdu s-salib u nġorruh ma’ Ġesù. Ninżgħu mill-jien supperv u ninqatgħu mill-kilba li jkollna, mill-flus, li huwa idolu li jippossiedi.

Ilkoll aħna msejħin biex inkunu foqra, ninżgħu minna nfusna; u għal dan hemm bżonn li nitgħallmu biex inkunu mal-foqra, naqsmu ma’ min hu nieqes mill-meħtieġ, inmissu l-ġisem ta’ Kristu! In-nisrani mhuwiex wieħed li jimla ħalqu mal-foqra, le! Huwa wieħed li jiltaqà magħhom, li jħarsilhom f’għajnejhom, li jmisshom. Ninsab hawn mhux biex “noħloq aħbar,” imma biex nuri li din hija t-triq nisranija, dik li għadda minnha San Franġisk. San Bonaventura, waqt li tkellem dwar l-inżigħ ta’ San Franġisk, kiteb: «Hekk, mela, Il-Qaddel tar-Re l-iktar għoli sab ruħu għarwien, sabiex isegwi lill-Mulej għarwien imsallab, oġgett ta’ mħabbtu». U jzid li hekk Franġisku salva lilu nnifsu minn «nawfraġju tad-dinja» (FF 1043).

Imma rrid bħala Rgħaj, nistaqsi lili nnifsi wkoll: minn xiex jeħtieġli li nneżżà l-Knisja?

Tinżà minn kull mondanità spiritwali, li hija tentazzjoni għal kulħadd: tinżà minn kull azzjoni li mhix għal Alla, li mhix ta’ Alla; mill-biżà li tiftaħ il-bibien u li toħroġ tiltaqaà ma’ kulħadd, speċjalment mal-ifqar, fil-bżonn, imbegħdin, bla ma tistenna; żgur li mhux biex tintilef fin-nawfraġju tad-dinja, imma biex twassal b’kuraġġ id-dawl ta’ Kristu, id-dawl tal-Vanġelu, ukoll fid-dlam, fejn ma tarax, fejn jistà jiġri li titfixkel; tinżà mit-trankwillità apparenti li jagħtu l-istrutturi, bla dubju ta’ xejn meħtieġa u importanti, imma li m’għandhom qatt joskuraw l-unika vera qawwa li ġgorr ġewwa fiha; dik ta’ Alla. Hu huwa l-qawwa tagħna! Tinżà minn dak li mhux essenzjali, għaliex ir-riferiment huwa Kristu; il-Knisja ta’ Kristu! Ħafna passi saru, speċjalment f’dawn l-għaxriet ta’ snin. Inkomplu fuq din it-triq li hija dik ta’ Kristu, dik tal-qaddisin.

Għal kulħadd, ukoll għas-soċjetà tagħna li fiħa qed hidhru sinjali ta’ għejja, jekk irridu nsalvaw minn nawfraġju, hemm bżonn li nsegwu t-triq tal-faqar, li mhix il-miżerja - din irridu niġġildulha, - imma hija l-għarfien tal-qsim, li nkunu iktar solidali ma’ min hu fil-bżonn, li nafdaw iktar f’Alla u inqas fil-forzi umani tagħna. Mons. Sorrentino fakkar l-opra ta’ solidarjetà tal-Isqof Nicolini, li għen mijiet ta’ Lhud billi ħbihom fil-kunventi, u iċ-ċentru ta’ ċaqliq sigriet kien propju hawn, fil-veskovad. Ukoll dan huwa inżigħ, li jitlaq dejjem mill-imħabba, mill-ħniena ta’ Alla!

F’dan il-post li lilna jinterrogana, nixtieq nitlob sabiex kull nisrani, il-Knisja, kull raġel u mara ta’ rieda tajba, jkun jaf jinżà minn dak li mhux essenzjali biex imur jiltaqà ma’ min hu fqir u jitlob biex ikun maħbub. Grazzi lil kulħadd!

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.