Għeżież ħuti,

Waqt iċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika jien iżżejt ħajr ‘l Alla magħkom u wkoll għalikom: hawnhekk, il-fidi, wara snin twal ta’ persekuzzjoni, għamlet il-mirakli.  Nixtieq infakkar lil dawk il-bosta Nsara kuraġġużi li kellhom fiduċja fil-Mulej u baqgħu fidili lejH minkejja l-kuntrarju.

Kif kien għamel San Ġwanni Pawlu II, jiena noffrilkom kliem l-Appostlu Pietru: “Agħtu ġieħ lil dak li temmnu fih” (1, Pietru 2:7; Omelija, Baku, 23 ta’ Mejju, 2002).

Ħsibijietna issa jduru lejn il-Verġni Marija, li hi meqjum f’dan il-pajjiż mhux mill-Insara biss.  Lilha nindirizzawlha l-kliem tal-Anġlu Gabrijel li wasslilha l-aħbar tajba tas-salvazzjoni li Alla kien ħejja għall-umanità.

Bid-dawl jgħammex li jinfirex mill-ħarsa materna ta’ Marija, insellmilkom minn qiegħ qalbi, għeżież fidili tal-Ażerbajġan, filwaqt li nagħmel kuraġġ lil kull wieħed u waħda minnkom biex tkunu xhieda ferrieħa tal-fidi, tat-tama u tal-imħabba, magħqudin bejnietkom u mar-Rgħajja tagħkom.

Insellem u rrodd ħajr partikolari lill-familja Sależjana li tieħu ħsiebkom tajjeb u li huma sostenituri ta’ tant opri tajba, u lis-Sorijiet Missjunarji tal-Karità: komplu aħdmu bl-entużjażmu għas-servizz ta’ kulħadd!

Nafdaw dawn l-intenzjonijiet fl-interċessjoni tal-Omm l-Aktar Qaddisa ta’ Alla, u ejjew ninvokaw il-protezzjoni tagħha fuq il-familji tagħkom, il-morda u l-anzjani, u fuq dawk kollha li jsofru fil-ġisem u fl-ispirtu.

Miġjub għall-Malti mill-Ingliż minn Joe Huber