Il-Papa Franġisku

Angelus

Minn Cagliari

I-Ħadd, 22 ta’ Settembru 2013.

 

Għeżież ħuti,

qabel nispiċċaw din iċ-ċelebrazzjoni, insellmilkom minn qalbi, b’mod speċjali lil ħuti l-Isqfijiet ta’ Sardinja, u nirringrazzjhom ukoll.  Hawn, f’riġlejn il-Madonna, nixtieq nirringrazzja lil kull wieħed minnkom u lil kulħadd, għeżież insara, is-saċerdoti, ir-reliġjużi rġiel u nisa, l-Awtoritajiet u b’mod speċjali lil dawk kollha li taw sehemhom biex jorganizzaw din iż-żjara.  Fuq kollox irrid nafdakom f’idejn Marija, il-Madonna ta’ Bonaria.  Imma f’dan il-mument naħseb ukoll fil-ħafna santwarji Marjani f’Sardinja: artkom għandha rabta b’saħħitja ma’ Marija, rabta li turuha fid-devozzjoni u fil-kultura tagħkom.  Ibqgħu dejjem ulied veri ta’ Marija u tal-Knisja, u dan uruh b’ħajjitkom, billi timxu fuq l-eżempju tal-qaddisin!

Dwar dan infakkru li l-bieraħ f’Bergamo, ġie dikjarat beatu Tommaso Acerbis minn Olera, patri Kapuċċin, li għex bejn is-seklu sbatax u s-seklu tmintax.  Inroddu ħajr għal dan ix-xhud tal-umiltà u tal-imħabba ta’ Kristu!

Issa ejjew ngħidu flimkien it-talba tal-Angelus

 

Nixtieqilkom il-Ħadd it-tajjeb u l-ikla t-tajba!