Insellem lilkom ilkoll li ħadtu sehem f’din iċ-ċelebrazzjoni u nsellem li kull min jinsab magħqud magħna permezz tat-televixin, ir-radju u mezzi oħra ta’ komunikazzjoni.

Illum qed ikun iċċelebrat il-31 Jum Dinji taż-Żgħażagħ li jilħaq il-quċċata tiegħu lejn tmiem Lulju bil-laqgħa kbira dinjija fi Krakovja.  It-tema hi «imberkin dawk li jħennu għax isibu l-ħniena» (Mattew 5,7).  It-tislima speċjali tiegħi tmur lejn iż-żgħażagħ li hawn preżenti u lejn iż-żgħażagħ kollha tad-dinja.  Nittama li tkunu tistgħu tiġu f’għadd kbir fi Krakovja, il-patrija ta’ San Ġwanni Pawlu II, li kien beda dawn il-Jiem Dinjin taż-Żgħażagħ.  Inħallu fl-interċessjoni tiegħu dawn l-aħħar xhur ta’ tħejjija għal dan il-pellegrinaġġ li, fil-qafas tas-Sena tal-Ħniena, se jkun il-Ġublew taż-Żgħażagħ fuq livell ta’ Knisja universali.

Fostna hawn bosta volontarji minn Krakovja.  Meta jmorru lura lejn il-Polonja se jwasslu lil min hu responsabbli min-Nazzjon, il-friegħi taż-żebbuġ li nġiebu minn Ġerusalemm, Assisi u Montecassino u li llum tbierku f’din il-pjazza, bħala stedina biex jikkultivaw fihom proponimenti ta’ paċi, ta’ rikonċiljazzjoni u fraternità.  Grazzi għal din l-inizjattiva sabiħa; ibqgħu mexjin ‘il quddiem bil-kuraġġ.

U issa nitolbu lil Marija Verġni biex tgħinna ngħejxu b’intensità spiritwali l-Ġimgħa Mqaddsa.

Angelus Domini.....

 

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Joe Huber