Fi tmiem din iċ-ċelebrazzjoni nixtieq nagħti tislima speċjali lilkom, Djakni li ġejtu mill-Italja u minn diversi pajjiżi.  Grazzi tal-preżenza tagħkom hawn illum imma aktar minn kollox, tal-preżenza tagħkom fil-Knisja! 

Insellem lill-pellegrini kollha speċjalment lill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Istoriċi Schützen; lill-parteċipanti tal-“Mixja tal-Maħfra” mnedija mill-Moviment Ċelestinjan; u l-Assoċjazzjoni Nazzjonali għall-Ħarsien tal-Enerġiji Rinnovabbli li hi mpenjata f’ħidma ta’ edukazzjoni għall-ħarsien tal-ambjent.

Infakkar ukoll li llum hi l-Ġurnata Nazzjonali tas-Serħan, li għandha l-għan li tgħin lill-persuni jgħixu sewwa l-aħħar fażi tal-eżistenza tagħhom fid-dinja; kif ukoll il-pellegrinaġġ tradizzjonali li jsir bħal-lum lejn is-Santwarju Marjan ta’ Piekary, fil-Polonja.  Omm il-Ħninena tħares il-familji u liż-żgħażagħ li resqin lejn il-Jum Dinji fi Krakovja.

Nhar l-Erbgħa li ġej, l-1 ta’ Ġunju, fl-okkażjoni tal-jum Dinji tat-Tfal, il-komunitajiet insara tas-Sirja, kemm Kattoliċi u wkoll Ortodossi, se jingħaqdu flimkien f’talba għall-paċi, li l-protagonisti tagħha se jkunu t-tfal.  It-tfal Sirjani jistiednu lit-tfal tad-dnija kollha biex jingħaqdu magħhom f’din it-talba għall-paċi.

Għal dan nitolbu l-interċessjoni ta’ Marija Verġni, filwaqt li nafdaw f’idejha l-ministeru tad-Djakni kollha tad-dinja.

Angelus Domini…

 

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Joe Huber