Għeżież ħuti. Il-jum it-tajjeb!

Illum qiegħdin niċċelebraw il-festa ta’ San Stiefnu.  It-tifkira tal-ewwel martri tiġi eżatt wara s-solennità tal-Milied.  Ilbieraħ ikkuntemplajna l-imħabba mimija ħniena ta’ Alla, li sar laħam għalina; illum qed naraw it-tweġiba koerenti tad-dixxiplu ta’ Ġesù, li jagħti ħajtu.  Ilbieraħ twieled is-Salvatur fid-dinja; illum jitwieled għas-sema ix-xhud fidil tiegħu.  Ilbearħ, l-istess bħal-lum, jidher id-dlam taċ-ċaħda tal-ħajja, imma jiddi aktar qawwi d-dawl tal-imħabba li jegħleb il-mibgħeda u jniedi dinja ġdida.

Hemm aspett partikulari fir-rakkont tal-lum meħud mill-Atti tal-Appostli, li jqarreb lil San Stiefnu lejn il-Mulej.  Huwa l-maħfra qabel ma miet imħaġġar.  Imsammar mas-salib, Ġesù kien qal: «Missier, aħfrilhom għax ma jafux xinhuma jagħmlu» (Luqa 23,24); bl-istess mod, Stiefnu «niżel għarkuptejh u għajjat b'leħen għoli: “Mulej, tgħoddulhomx dan bi dnub”» (Atti 7,60).  Għalhekk Stiefnu hu martri, li jfisser xhud, għax jagħmel bħalma għamel Ġesù; infatti huwa veru xhud min iġib ruħu bħalU: min jitlob, min iħobb, min jagħti, imma fuq kollox min jaħfer, għax il-maħfra, kif tfisser il-kelma nfisha, hija l-għola espressjoni tal-għotja.

Imma – nistgħu nistaqsu lilna nfusna – x’tiswa l-maħfra?  Hija biss azzjoni tajba jew iġġib ukoll riżultati tajjeb?  Insibu tweġiba proplju fil-maritrju ta’ San Stiefnu.  Fost dawk li hu talab  maħfra għalihom, kien hemm żgħażugħ bl-isem ta’ Sawl; dan kien jippersegwita l-Knisja u kien ifittex li jeqridha (cfr Atti 8,3).  Ftit wara, Sawl sar Pawlu, il-kbir qaddis, l-Appostlu tal-Ġnus.  Kien irċieva l-maħfra ta’ Stiefnu.  Nistgħu ngħidu li Pawlu twieled mill-grazzja t’Alla u mill-maħfra ta’ Stiefnu.

Aħna wkoll nitwieldu mill-grazzja u mill-maħfra t’Alla.  Mhux fil-Magħmudija biss, imma kull darba li nkunu maħfura, qalbna titwieled mill-ġdid, terġa tkun iġġenerata.  Kull pass ‘il quddiem fil-ħajja tal-fidi għandu ttimbrat fil-bidu tiegħu s-sinjal tal-ħniena divina.  Għax hu biss meta aħna nknu maħbuba li nistgħu inħobbu aħna wkoll.  Niftakruh dan: jagħmlilna tajjeb: jekk irridu nuimxu ‘l quddiem fil-fidi, qabel kollox jeħtieġ nirċievu l-maħfra t’Alla; niltaqgħu mal-Missier li lest biex jaħfer kollox u dejjem u li propju għax jaħfer, ifejjaq il-qalb u jħeġġeġ l-imħabba.  M’għandna qatt ngħejjew nitolbu l-maħfra divina, għax hu biss meta aħna nkunu maħfura, meta nħossuna maħfurin, li aħna nitgħallmu naħfru.

Imma mhix ħaġa ħafifa li taħfer, hu dejjem diffiċli ħafna.  Kif nistgħu nimitaw lil Ġesù?  Minn fejn nistgħu nibdew biex niġġustifikaw l-inġustizzji żgħar jew kbar li nirċievu ta’ kuljum?  Qabel kollox mit-talb, kif għamel Stiefnu.  Nibdew mill-qlab tagħna: bit-talb ikollna l-ħila naffrontaw l-għadab li nħossu, billi nafdaw lil min ikun għamlilna l-ħsara lill-ħniena t’Alla: “ Mulej, nitolbok għalih, nitolbok għaliha”.  Imbagħad nindunaw li din it-taqbida ġewwinija biex aħna naħfru, issaffi mill-ħażen, u li t-talb u l-imħabba jeħilsuna mill-ktajjen u mill-korla ta’ ġo fina.  Kemm hu ikraħ li wieħed jgħix bir-rabja!  Kull jum għanda ċ-ċans li nitħarrġu fil-maħfra, biex ngħixu dan il-ġest tant għoli li jqarribna lejn Alla.  Bħall-Missier tagħna ċelesti, aħna wkoll jibda’ jkollna l-ħniena, għax permezz tal-maħfra, inkunu negħlbu l-ħażen bit-tajjeb, nibdlu l-mibgħeda f’imħabba u b’hekk inkunu qed nagħmlu d-dinja aktar nadifa.

Il-Verġni Marija, li fi ħdanha nqiegħdu _ u, sfortunataenet dawn huma ħafna – lil min, bħal San Stiefnu, għaddej minn persekuzzjoni minħabba l-fidi, lill-martri tagħna tal-lum, biex hi ddawwal talbna ħalli aħna nirċievu u nagħtu l-maħfra.  Nirċievu u nagħtu l-maħfra.

 


Wara l-Angelus:

Għeżież ħuti,

Insellem lilkom ilkoll, pellegrini li ġejtu mill-Italja u minn ħafna pajjiżi oħra.  Inġedded l-awgurju tiegħi illi l-kontemplazzjoni ta’ Ġesù Bambin, b’Marija u Ġużeppi maġenbu, tkun tista’ tqanqal il-ħniena u l-imħabba lejn xulxin fil-familji, fil-komunitajiet parrokkjali u reliġjużi, fil-movimenti u fl-assoċjazzjonijiet, fil-fidili kollha u fil-bnedmin ta’ rieda tajba.

Matul dawn il-ġimgħat irċevejt ħafna messaġġi ta’ awguri minn Ruma u minn inħawi oħra.  Mhux possibbli li nweġibhom kollha wieħed wieħed.  Għalhekk, illum nixtieq nrringrazzjakom minn qalbi, speċjalment għar-rigal tat-talb tagħkom.

Il-festa ta’ San Stiefnu t-tajba u, jekk jogħġobkom, tinsewx titolbu għalija.  L-ikla t-tajba u arrivederci!

 

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Joe Huber