ANGELUS

PAPA FRANĠISKU

Il-Ħadd, 18 ta' Awwissu 2013

 

 

Għeżież ħuti, il-ġurnata t-tajba!

L-evanġelji tal-lum jistedinna nirriflettu ftit fuq it-tema tas-salvazzjoni.  Ġesù tielgħa mill-Galilea sa-belt ta’ Ġerusaemm u fit-trieq wieħed – jgħidilna l-evanġelista Luqa – jersaq lejh u jistaqsih: “Mulej, ftit huma dawk li se jsavaw?” (13,23).  Ġesù ma jwieġibx direttament għall-mistoqsija: mhux importanti tkun taf kemm se jsalvaw, imma aktar huwa importanti tkun taf liema hi l-mogħdija li twassal għas-salvazzjoni  U hawn iwieġeb Ġesù għall-mistoqsija: “Tħabtu biex tgħaddu mill-bieb id-dejjaq, għax ħafna għad jippruvaw jidħlu u ma jirnexxilhomx” (v.24).  Xi jrid jgħid Ġesù?  Liema hu l-bieb li minnu rridu ngħaddu?  U għala Ġesù jitkellem fuq bieb dejjjaq?

Ix-xbiha tal-bieb insibuha ħafna drabi fil-vanġelu, u tfakkar il-bieb tad-dar, tal-imħabba tal-familja, fejn insibu l-kenn, l-imħabba u s-sħana.  Ġesù jgħidilna li hemm bieb li jwassalna biex nidħlu fil-familja ta’ Ala, fis-sħana tad-dar ta’ Alla, tal-għaqda miegħu.  Dan il-bieb hu Ġesù (cfr Ġw 10,9).  Hu l-bieb.  Hu l-mogħdija għas-salvzzzjoni.  Hu jwassalna għand il-Missier.  U dan il-bieb li hu Ġesù ma hu qatt magħluq, dan il-bieb ma hu qatt magħluq, hu dejjem miftuħ għal kulħadd, bla distinzjoni, bla ma ħadd ma hu maqtuh barra, bla ma ħadd għandu dritt aktar minn ħaddieħor biex jidħol.  Għax, tafu, Ġesù ma jaqta’ lil ħadd barra.  Forsi xi ħadd minnkom jista’ jgħidli: “Imma, Missier, jien żgur ma nistax nidħol, għax jien midneb kbir: għamilt affarijiet koroh, u għamilt ħafna f’ħajti.”  Le, m’intix maqtugħ barra!  Proprju għalhekk int il-preferut, għax Ġesù jippreferi lill-midneb, dejjem, biex jaħfirlu, biex iħobbu.  Ġesù qed jistenniek biex jgħannqek, biex jaħfirlek.  Tibżax: Hu qed jistenniek.  Agħmel il-qalb u ibni l-kuraġġ biex tidħol mill-bieb tiegħu.  Kulħadd huma mistieden biex jgħaddi minn dan il-bieb, mill-bieb tal-fidi, biex nnidħlu fil-ħajja teigħu, u nħalluh jidħol fil-ħajja tagħna, sabiex hu jibdilha u jġeddidha, u jimliha bil-ferħ sħiħ u li jibqa’.

Illum il-ġurnata ngħaddu minn quddiem ħafna bibien jistednuna nidħlu waqt li jwegħduna l-ferħ, li mbagħad aħna nindunaw li jdum biss mument wieħed, li jispiċċa fih innifsu u li m’għandux futur.  Imma jien nistaqsikom: aħna minn liema bieb irrdu nidħu?  U lil min irridu nħallu jgħaddi mill-bieb tal-ħajja tagħna?  Nixtieq ngħid bil-qawwa kollha: ejjew ma nibżgħux nidħlu mill-bieb ta-fidi li hhu Ġesù, inħalluh jidħol dejjem aktar fil-ħajja tagħna, noħorġu mill-egoiżmi tagħna, mill-għeluq tagħna, mill-indifferenza tagħna lejn l-oħrajn.  Għax Ġesù jdawwal il-ħajja tagħna b’dawl li ma jintefiex aktar.  Mhux logħob tan-nar jew flash!  Le, huwa dawl hieni li jibqa’ għal dejjem u li jitina l-paċi.  Hekk hu d-dawl li niltaqgħu miegħu jekk nidħlu mill-bieb ta’ Ġesù.

Dażgur, il-bieb ta’ Ġesù huwa dejjaq, mhux għax hi kamra tat-torturi.  Le, mhux għalhekk!  Imma għax jitlobna niftħu qalbna għalih, biex nagħrfu lilna nfusna bħala midinbin, li għandna bżonn is-salvazzjoni tiegħu, il-maħfra tiegħu, l-imħabba tiegħu, biex inkunu umli biżżejjed li nilqgħu il-ħniena tiegħu u nħalluh iġeddidna.  Ġesù jgħidilna fil-vanġelu li li tkun nisrani mhix xi “tikketta”, tal-isem!  Nistaqsikom: intom insara tal-isem jew veri? Kull wieħed minnkom iwieġeb ġewwa fih!   Mhux insara, qatt insara tal-isem!  Insara veri, mill-qalb.  Li nkunu nsara jfisser li ngħixu u nixhdu l-fidi fit-talb, fl-opri tal-ħniena, fil-taħbit għal-ġustizzja, fit-twettiq tat-tajjeb.  Mill-bieb id-dejjaq li hu Ġesù hemm bżonn li tgħaddi ħajjitna kollha.

Nitolbu lill-Verġni Marija, il-bieb tas-sema, biex tgħinna ngħaddu mil-bieb tal-fidi, biex inħallu lil binha jibdel l-eżistenza tagħna kif bidel tagħna u jwassal lil kulħadd dak il-ferħ tal-vanġelu.

 

 

APPELL

B’ħafna uġiegħ ta’ qalb u nkwiet qed inompli nsegwi s-sitwazzjoni fis-Sirja.  Iż-żieda fil-vjolenza fi gwerra bejn l-aħwa, bit-tkattir tal-istraġijiet u l-atti atroċi, li aħna lkoll stajna naraw anke fix-xeni terribbli ta’ dawn il-ġranet, jimbuttani biex għal darb’oħra nappella b’leħen għoli biex jieqaf il-ħoss tal-armi.  Mhuwiex il-ġliet li joffri l-possibilitajiet tat-tama biex jissolvew il-problemi, imma dan jiġi mill-kapaċità li tiltaqa’ u tidjaloga.

Mill-qiegħ ta’ qalbi nixtieq nuri l-viċinanza tiegħi permezz tat-talb  s-solidarjetà lejn il-vittmi kollha ta’ dan il-kunflitt, lejn dawk kollha li qed ibatu, speċjalment it-tfal, u nistedinhom iżommu dejjem mixgħulha t-tama tal-paċi.  Nappella lill-komunità internazzjonali biex tkun aktar sensibbli lejn din is-sitwazzjoni traġika u timpenja ruħha bl-akbar mod biex tgħin lin-Nazzjon Sirjan li jinsab fl-armi biex isib soluzzjoni għall-gwerra li qed tiżra’ t-tiġrif u l-mewt.  Ilkoll flimkien, nitolbu, nitolbu lkoll lill-Madonna, is-sultana tal-paċi: Marija, sultana tal-Paċi, itlob għalina. Ilkoll flimkien: Marija, sultana tal-paċi, itlob għalina.

 

Wara l-Anġelus il-papa ta dan il-messaġġ

Insellem minn qalbi lill-pellegrini kollha li jinsabu hawn: il-familji u l-ħafna gruppi tal-Associazione Albergoni.  Insellem b’mod partikulari s-sorijiet għalliema ta’ Santa Dorotea, iż-żgħażagħ ta’ Verona, ta’ Siracusa, ta’ Nave, ta’ Modica u ta’ Trento; lil dawk li se jirċievu l-griżma mill-unitajiet pastorali ta’ Angaro u Val Liona; lis-seminaristi u s-saċerdoti tal-Pontifica North American College; il-ħaddiema ta’ Cuneo u l-pellegrini ta’ Verrua Po, San Zeno Naviglio, Urago d’Oglio, Varano Borgi u San Paolo tal-Brażil.  Għal ħafna dawn il-ġranet jimmarkaw it-tmiem tal-vaganzi tas-sajf.  Nawgura lil kulħadd ritorn seren u mħeġġeġ għall-ħajja normali ta’ kuljum u waqt li żżommu ħarsitkom bit-tama lejn il-ġejjien. 

Nixtieq lil kulħadd il-Ħadd it-tajjeb u l-ġimgħa t-tajb! L-ikla t-tajba u nerġgħu niltaqgħu!

 

Miġjub ghall-Malti minn Fr Jonathan Farrugia