Għeżież ħuti,

Fi tmiem din iċ-ċelebrazzjoni niextieq insellem lilkom ilkoll li nġbartu hawn biex tagħtu ġieħ lill-qaddisin il-ġodda, b’mod partikulari id-Delegazzjonijiet uffiċċjali tal-Italja u tal-Indja.

Jalla l-eżempju tal-erba’ qaddisin Taljani, imwielda fil-provinċji ta’ Vicenza, Napli, Cosenza u Rimini, jgħin lill-poplu għażiż tal-Italja biex jagħti ħajja mill-ġdid lill-ispirtu tal-kollaborazzjoni u tal-għaqda għall-ġid komuni u sabiex iħares lejn il-ġejjieni bit-tama, fil-għaqda, waqt li jafda fill-fatt li Alla dejjem jinsab qrib u qatt ma jitlaq lil dak li jkun, anke fil-mumenti diffiċli.

Permezz tal-interċessjoni taż-żewġ qaddisin Indjani, li ġejjin min Kerala, art imkabbra ta’ fidi u ta’ vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi, ħa jagħti l-Mulej spinta ġdida ta’ missjonijiet lill-Knisja li tinsab fl-Indja – li hi tassew bil-għaqal – sabiex, immexxijin mill-eżempju tagħhom ta’ għaqda u maħfra, -insara tal-Indja jimxu ‘l quddiem fil-mogħdija tas-solidarjetà u tal-ħajja flimkien bħal aħwa.

Insellem minn qalbi l-Kardinali, l-Isqfijiet, is-saċerdoti, kif ukoll il-familji, il-gruppo parrokkjali, l-għaqdiet u l-iskejjel li hawn miġbura.  B’imħabba ta’ ulied ejjed induru issa lejn il-Verġni Marija, omm l-Knisja, sultana tal-qaddisin u mudell għall-insara kollha.

Nawguralkom il-Ħadd it-tajjeb, sabiex tgħaddu dan il-jum fil-paċi, bil-ferħ ta’ tawn il-qaddisin ġodda.  Nitlobkom, jekk jogħġobkom, biex titolbu għalija. L-ikla t-tajba u nsellmilkom.

 

Miġjub għall-Malti minn Fr Jonathan Farrugia