Għeżież ħuti,

Fi tmiem din iċ-ċelebrazzjoni solenni niextieq insellem lill-pellegrini ġejjin mill-Italja u minn diversi Pajjiżi, bi ħsieb speċjali għad-Delegazzjonijiet uffiċċjali.  Insellem b’mod partikulari lill-insara tad-djoeċesi ta’ Brescia, Milan u Ruma, li huma marbutin b’mod konkret mal-ħajja u l-ministeru tal-Papa Montini.  Nirringrazzja lil kulħadd għall-preżenza tagħkom u nappellalkom biex timxu bil-fedeltà mat-tagħlim u mal-eżempju tal-Beatu l-ġdid.

Hu kien ħaddiem ħabrieki għall-missjoni ad gentes; xhud ta’ dan hi qabel kollox l-eżortazzjoni appostilika Evangelii nuntiandi li biha ried iqajjem mill-ġdid l-impenn u l-ħidma għall-missjoni tal-Knisja.  Din l-Eżortazzjoni għadha tgħodd għal-lum, u ma tilfet xejn mill-attwalità tagħha!  Huwa importanti li nħasu lejn dan l-aspett milll-pontifikat ta’ Pawlu VI, proprju llum l-knisja tiċċelebra Jum il-Missjonijiet.

Qabel ma nsejjħu flimkiem lill-Madonna permezz tat-talba tal-Angelus, nieħu gost infakkar id-devozzjoni kbira li kellu l-Beatu Pawlu VI lejn Marija.  Il-poplu nisrani jibqa’ dejjem irodd ħajr lil dan il-Papa għall-Eżortazzjoni appostolika Marialis cultus u talli pproklama lil Marija “Omm il-Knisja”, fl-okkażjoni tal-għeluq tat-tielet sessjoni tal-Konċilju Vatikan II.

Marija, Sultana tal-qaddisin u Omm il-Knisja, tgħinna biex inġibu fis-seħħ bil-fedeltà ir-rieda tal-Mulej, hekk kif għamel il-Beatu l-ġdid.

Angelus…….

 

Miġjub għall-Malti minn Fr Jonathan Farrugia