Għeżież ħuti!

Fi tmiem din iċ-ċelebrazzjoni, insellem minn qalbi lilkom ilkoll, li minn pajjiżi differenti ġejtu biex tagħtu ġieħ lill dawn il-qaddisin ġodda.  Ħsieb mimli rispett imur lejn id-delegazzjonijiet uffiċjali mill-Brażil, minn Franza, mill-Italja, mill-Messiku, mill-Ordni ta’ Malta u minn Spanja.  Jalla l-eżempju u l-interċessjoni ta’ dawn ix-xhieda mdawla tal-Evanġelju jkunu magħna fil-mixja tagħna u jgħinuna biex insaħħu dejjem ir-relazzjonijiet fraterni u ta’ solidarjetà, għall-ġid tal-Knisja u tas-soċjetà.

Biex nilqa’ x-xewqa ta’ xi Konferenzi Episkopali tal-Amerika Latina, kif ukoll biex nagħti leħen lil diversi rgħajja u fidili minn inħawi oħra tad-dinja, qtajtha li nsejjaħ Assmeblea Speċjali tas-Sinodu tal-Isqfijiet tar-reġjun Panamażżoniku, li jsir f’Ruma fix-xahar ta’ Ottubru 2019.  Għan ewlieni ta’ dil-laqgħa jkun li jinstabu toroq ġodda għall-evanġeliżżazzjoni ta’ dik il-fergħa tal-Poplu t’Alla, speċjalment tal-indiġeni, li spiss huma minsijin u neqsin mill-possibiltà ta futur hieni, anki minħabba l-kriżi tal-Foresta Amażżonika, il-pulmun ta’ importanza kapitali għall-pajneta tagħna. 

Jalla l-qaddisin il-ġodda jinterċedu għal dan l-avveniment ekkleżjali sabiex bir-rispett lejn is-sbuħija tal-maħluq, il-popli tad-dinja kollha jfaħħru lil Alla, Sid tal-univers, u mdawlin minnu jterrqu toroq ta’ ġustizzja u paċi.

Infakkar ukoll li pitgħada hi l-Jum ir-Rifjut tal-Miżerja.  Il-miżerja mhix fatalità: għandha l-kawżi tagħha li jeħtieġ nagħrfuhom u neliminawhom, biex nunuraw id-dinjità ta’ tant ħutna, fuq l-eżempju tal-qaddisin.

U issa nduru lejn il-Veerġni Marija bit-talb?

L-Anġlu t’Alla ħabbar lil-Marija

 

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Joe Huber