Il-Papa Frangisku

Angelus,

Il-Ħadd, 13 ta' Ottubru 2013

Għeżież ħuti,

Illum, f’Tarragona, fi Spanja, jiġu pproklamati beati madwar ħames mitt martri, maqtulin minħabba l-fidi tagħhom tul il-gwerra ċivili tas-Snin Tletin tas-seklu li għadda. Infaħħru lill-Mulej għal dawn ix-xhieda qalbiena tiegħu, u bl-interċessjoni tagħhom nitolbuh jeħles id-dinja minnkull vjolenza.

Nirringrazzjakom ilkoll li ġejt tant numerużi minn Ruma, mill-Italja u minn ħafna mkejjen tad-dinja għal din il-festa ta’ fidi ddedikata lil Ommna Marija.

Insellem bil-qalb il-grupp ta’ nies mill-Panama li ltaqgħu llum f’Ruma u nafdhom taħt il-protezzjoni tal-Madonna ta’ Antigua, patruna mqaddsa ta’ din l-art maħbuba.

Insellem it-tfal tal-orkestra internazzjonali għall-paċi “Piccole Impronte” u l’Associazione Nazionale Mutilati e Invalidi del Lavoro.

Insellem liż-żgħażagħ ta’ Ruma li fil-ġranet li għaddew kienu mpenjati fil-missjoni “Gesù al centro”: ibqgħu kunu dejjem missjunarji tal-vanġelu, kuljum u kullimkien! U bil-qalb insellem ukoll lil dawk kollha li jinsabu fil-ħabs ta’ Castrovillari.

Issa nitolbu flimkien l-Angelus: L-anġlu ta’ Alla...

Nixtieqilkom il-Ħadd it-tajjeb u l-ikla t-tajba . Sa meta nerġgħu niltaqgħu!

 

Miġjub għall-Malti minn Fr Jonathan Farrugia.