Il-Lejla t-tajba,

Kont qiegħed nsaqsi lil Mons. Ficichella jekk intom tifhmux it-Taljan u hu qalli li għandkom it-traduzzjoni... issa qiegħed ftit trankwill.

Nirringrazzja lil Mons. Fisichella għal kliem li qal, u nirringrazzjah anke għax-xogħol tiegħu: ħadem ħafna mhux għalhekk biss, imma għal dak kollu li għamel u li baqgħalu jagħmel fis-sena tal-Fidi. Grazzi ħafna! Imma Mons. Fisichella qal kelma, u ma nafx jekk hux veru, imma jien ser nerġa ngħidha: huwa qal li intom tixtiequ li tagħtu ħajjitkom għal dejjem għal Kristu! Smajt seminarista, seminarista bravu, li qal li huwa jixtieq jaqdi lil Kristu, imma għal għaxar snin, u wara jaħseb biex jibda' ħajja oħra... Dan hu perikoluz! Isimgħu sewwa: aħna kollna kemm aħna, anke aħna x-xjuħ, qedin taħt din il-pressjoni ta'din l-kultura tal-provvizorju; u dan hu perikoluz, għaliex wieħed ma jilagħabx ħajtu, darba għal dejjem. Jien niżżeweġ sakemm tibqa' l-imħabba; jien immur soru, "għal ftit żmien...", "għal ftit", imbagħad nara; jien nidħol seminarista biex insir qassis, imma ma nafx kif ser tispiċċa l-istorja. Dan ma jmurx ma Ġesu'! Jien mhux ser neħodha kontrikom, jien ser neħodha kontra din l-kultura ta' kollox għal ftit żmien, li qiegħdha taħqarna kollha kemm aħna, għaliex ma tagħmlilniex tajjeb: għaliex għażla għal dejjem mhiex faċli illum. Fi żmieni kienet aktar faċli, għaliex il-kultura kienet taqbel mal-għażla għal dejjem, kemm għal ħajja miżżewġa u kemm għal ħajja kkonsagrata jew ħajja saċerdotali. Iżda f' din l-epoka m'hiex faċli għażla għal dejjem. Aħna vittmi ta' din l-kultura ta' xejn mhu għal dejjem. Jiena irrid li intom taħsbu fuq dan, jien kif nista' nkun ħieles, nkun ħielsa minn din l-kultura ta' kollox provvisjorju? Aħna għandha bżonn nitgħallmu ngħalqu l-bieb taċ-ċella interjuri, minn ġewwa. Darba waħda kien hemm qassis, qassis bravu, li ma kienx jħossu tajjeb bħala qassis għax kien umli, kien jħossu midneb, u jitlob ħafna l-madonna, u jgħid lil Madonna - ħa ngħidha b' is-Spanjol għax hija pojezija sabieħa - hu kien jgħid lil Madonna li qatt mhu ser jitbiegħed minn Ġesu' u jgħid hekk: “Esta tarde, Señora, la promesa es sincera. Por las dudas, no olvide dejar la llave afuera” (Sinjura, llejla bis-sinċerita' kollha, qiegħed nwegħdek. Iżda għal kull ħaġa li tiġri, ma ninsiex tħalli ċ-ċavetta barra). Iżda dan dejjem jgħidu għal l-imħabba lejn il-Verġni, għal Madonna.  Meta wieħed jħalli ċ-ċavetta barra, dak li jista' jiġri... Mhux tajjeb. Jeħtieġ nitgħallmu ngħalqu l-bieb minn ġewwa! U jekk minhix zgura jew minhix zgur naħseb li nkun qiegħed nitlef il-ħin,  meta nħossni zgur ma Ġesu', nifhem li mingħajr Ġesu' ħadd mhu zgur! - meta nkun żgur nagħlaq il-bieb. Fhimtuha din? X' inhi il-kultura tal-provvizorju?

Meta tħalt rajt dak li kont ktibt. Nixtieq ngħidilkom kelma u kelma ta' ferħ. Dejjem meta jkun hemm dawk li huma ikkonsagrati, s-seminaristi, r-reliġjuzi, ż-żgħażagħ, hemm il-ferħ, dejjem hemm il-ferħ! Il-ferħ li tkunu friski, ġodda, huwa l-ferħ li timxu wara Ġesu'; il-ferħ li jgħatikom l' Ispirtu s-Santu, mhuiex ferħ tad-dinja. X' ferħ! Iżda fejn jitwieled il-ferħ? Jitwieled... Forsi,s-Sibt filgħaxija immur id-dar u noqgħod nisfen ma saħabi l-antiki? Min hawn jitwieled il-ferħ? Ta' xi seminarista per ezempju? Le? jew Iva?

Xi wħud jgħidu: l-ferħ jitwieled mill-affarijiet li għandhom, u allura arhom jfittxu l-aħħar mudell ta' lis-smartphone, jew il-murur li jiġri l-aktar, l-karozza li tidher sabieħa... Imma jien ngħidilkom, fil-verita', għalija ma nħossnix tajjeb meta nara xi qassis jew xi soru bil-karozza ta' l-aħħar mudell: ma tistax! ma tistax! Intom taħsbu hekk: iżda issa Missier irridu mmorru bir-rota? Hija tajba r-rota! Mons. Alfred jmur bir-rota: hu jmur bir-rota. Jiena nemmen li l-karozza hija bżonn, għaliex trid tagħmel ħafna xogħol u trid tmur ħafna postijiet... iżda ħu waħda li hija umli! U jekk tgħoġbok dik is-sabieħa, aħseb ftit kemm tfal jmutu bil-ġuħ. Dan biss! Il-ferħ ma jitwilidx, mill-affarijiet li jkollok! Oħrajn jgħidu li jiġi mill-esperjenzi estremi biex tħoss ħafna sensazzjonijiet qawwija: għaż-żgħażagħ jieħdu pjaċir li jmorru fl-estrem. Oħrajn aktar minn hekk minn xi libsa tal-moda, mid-divertiment fil-postijiet invoga - iżda b' hekk mhux qiegħed ngħid li s-sorijiet qedin jmorru f' dawn il-postijiet, qiegħed ngħid għaż-żgħażagħ inġenerali. Oħrajn mis-suċċess mat-tfajliet u ġuvintur, forsi jbiddlu minn waħda għal oħra jew minn wieħed għal ieħor. U din hija n-nuqqas ta' sigurta' fl-imħabba, li tkunx żgur: hija l-imħabba "bil-provi". U nistgħu nibqgħu għaddejjin hekk... Anke intom issibu ruħkom f' kuntatt ma din ir-rejalta' li ma tistgħawx tinjorawha.

 

Aħna nafu li dan kollu jista' joħloq xi xewqa, joħloq xi emozzjoni, iżda f' aħħar mill-aħħar huwa ferħ li jispiċċa jkun superfiċjali, ma jiġix minn ġewwa, m'huwiex ferħ intimu: huwa biss tal-mument li ma jħalliniex kuntenti. Il-ferħ m' huwiex xi ħaġa tal-mument: huwa xi ħaġa oħra!

 

Il-ferħ veru ma jiġix mill-affarijiet li għandi, le! Jitwieled mill-laqgħa, mir-relazzjoni ma l-oħrajn, jitwieled meta nħossuna aċċettati, nħossuna li qedin jifhumuna, maħbuba u minn dak li naċċettaw, minn dak li nifhmu, minn dak li nħobbu; u dan mhux għal xi interess tal-mument, iżda minħabba l-ieħor, il-persuna l-oħra. Il-ferħ jitwieled meta tiltaqa' gradwalment! u tħossok tgħid: "Inti importanti għalija", mhux neċessarjament bil-kliem. Dan hu s-sabiħ... U propju dan li Alla jgħina nifhmu. Meta jsejħilna Alla jgħidilna: "Int importanti għalija, rridlek l-ġid u rrid noqgħod fuqek". Dak li jgħid Ġesu' lil kull wieħed minnha! Minn hemm jitwieled il-ferħ! Il-ferħ meta Ġesu' jħares lejja. Nifhem u nħoss dan hu is-sigriet tal-ferħ. Inħossni maħbub minn Alla, inħoss li għalih aħna m' aħniex numri, imma persuni; u inħossuna li hu jsejħilna. Issir qassis, reliġjuz, reliġjuza mhiex primarjament għażla tagħna. Jien ma noqgħodx fuq dak is-seminarista jew dik in-novizza li jgħidu: "jien għażilt din it-triq". Ma toġobnix din! Mhux tajba! Iżda r-risposta ta' din s-sejħa hija sejħa ta' imħabba. Inħoss xi ħaġa minn ġewwa dak li ma tħallinix kwiet, u jien nirrispondi, iva. Fit-talb il-Mulej jġagħalna nħossu l-imħabba, iżda anke permezz ta' ħafna sinjali li nistgħu naqarhom fil-ħajja tagħna, niltaqgħaw ma ħafna nies f' din l-mixja. Huwa l-ferħ tal-laqgħa tiegħi miegħu u din is-sejħa twassalna biex ma ningħalqux fina nfusna, imma ninfetħu; twassalna għas-servizz tal-Knisja. San Tumas jgħidilna "bonum est diffusivum sui" - m' huwiex xi Latin diffiċli ħafna! It-tajjeb jinfirex. Anke l-ferħ jinfirex. Tibżawx turu l-ferħ li intom weġibtu għas-sejħa tal-Mulej, għal għażla tal-imħabba u tagħtu xiehda tal-Vanġelju fis-servizz lejn il-Knisja. Huwa ferħ, dak veru, li jittieħed, jitwassal... jħallina nibqgħu mexjin. Mentri meta ssib ruħek ma xi seminarista serju ħafna, b' ħafna dwejjaq, jew inkella xi novizza tkun hekk, inti taħseb: imma hawn xi ħaġa li mhiex sejra tajjeb! Jonqos il-ferħ tal-Mulej, il-ferħ li jwassalna għas-servizz, il-ferħ biex niltaqgħu ma Ġesu', li jwasslek biex tiltaqgħa ma l-oħrajn ħalli twassal lil Ġesu'. Jonqos dan! Ma hemmx qdusija fid-dwejjaq, ma hemmx!  Santa Teresa - hawn ħafna Spanjoli, din jafuha sewwa - tgħid: "Qaddis imdejjaq hu dwejjaq qaddis!" U dan ftit... Meta inti tiltaqa' ma seminarista, qassis, soru, novizza, b' wiċċ ta' dwejjaq, donnu f' ħajtu jew ħajjitha qisu tefgħu kutra imxarba fuqhom, dawn huma affarijiet li jtaqqlu... jitfawna l-isfel... Xi ħaġa li mhiex tajba! Jekk jogħġobkom: qatt aktar sorijiet, qatt qassisin b' wiċċ qisu "bżaru fil-ħall", qatt! Il-ferħ jiġi minn Ġesu'. Aħsbu ftit: meta għal xi qassis - ngħid qassis, iżda seminarista wkoll - meta qassis, soru jonqoshom il-ferħ, hija ta' dwejjaq, tistgħu taħsbu: "Imma hija problema psikjatrika". Le mhux veru: tista' tkompli miexi, iva. Jiġri li xi wħud, imsieken, jimirdu... tista' tibqa' għaddej. Iżda ġeneralment mhiex problema psikjatrika. Hija problema ta' nuqqas ta' sodisfazzjon? Iva! Fejn qiegħed iċ-ċentru ta' dan in-nuqqas ta' ferħ? Hija problema taċ-ċelebat. Nispjega. Intom seminaristi, sorijiet, ikkonsagraw l-imħabba tagħkom għal Ġesu', hija imħabba kbira;  qalb għal Ġesu', u dan jwassalna biex nagħmlu l-vot tal-kastita', il-vot taċ-ċelebat. Iżda l-vot tal-kastita' u l-vot taċ-ċelebat ma jispiċċax hawn fil-mument tal-vot,  jkompli... Hija mixja li timmatura, timmatura, timmatura lejn il-paternita' pastorali, lejn il-maternita' pastorali, u meta xi qassis mhiex missier tal-komunita' tiegħu, meta soru ma tkunx omm għal kull min jaħdem magħha, issir ta' dwejjaq. Din hija l-problema. Dan ngħidu għalikom: l-għeruq tad-dwejjaq fil-ħajja pastorali hija propju n-nuqqas ta' paternita' u maternita' li jiġi minn kif ngħix ħażin din il-konsagrazzjoni, mentri din għandha twassalni biex nikber. Ma nista' qatt naħseb fuq qassis jew fuq soru li ma kibrux: dan mhuiex kattoliku! Dan mhux kattoliku! Din huwa s-sabieh tal-konsagrazzjoni: il-ferħ, il-ferħ...

Iżda jien ma rridx nġagħlkom tistħu, din is-soru qaddisa (kien qiegħed jgħid għal soru anzjani li kienet fl-ewwel filliera), li kienet quddiem il-barrier, miskina, kienet qedha propju tifga, imma kellha ħarsa ferħana. Ġagħlitni li nħares sewwa lejha, is-soru! Forsi hi għandha ħafna snin ta' ħajja konsagrata, iżda hi għandha għajnejha sbieħ, hi kienet qedha tidħak, hi ma kienitx qedha tgerger minħabba r-rassa... Meta intom taraw l-eżempji bħal dawn, huma ħafna, kemm sorijiet, kemm qassisin li huma ferħanin, għaliex huma qalbhom tajba, jgħatu ħajjithom, ħajjithom, ħajjithom ... Din il-ħajja jagħtuha għaliex jsibuha f' Ġesu'! Fil-ferħ ta' Ġesu', ferħ, xejn dwejjaq, fl-għotja pastorali.

Biex nkunu xhieda tal-ferħ tal-Vanġelju hemm bżonn li nkunu awtentiċi, koerenti. U din hija l-kelma li rrid nagħtikom: awtentiċita'. Ġesu' kien jiġġieled ħafna kontra ipokriti, dawk li jaħsbu minn taħt; dawk li għandhom - ħa ngħidha b' mod ċar - doppja faċċa. Titkellem fuq l-awtentiċita' maż-żgħażagħ mhu ser tgħid xejn, għaliex iż-żgħażagħ - kollha - għandhom din ix-xewqa li jkunu awtentiċi, jkunu koerenti. U għalikom kollha din hija ta' min jiskerrħha, meta nsibu fostna qassisin li mhumiex awtentiċi jew sorijiet li mhumiex awtentiċi!

Iżda anke intom, minn naħa tagħkom, ippruvaw li timxu f' din it-triq. Jien ngħidilkom dak li jaffermha San Franġisk ta' Assisi: Kristu sejħilna biex nwasslu l-Vanġelju anke bl-kelma. Is-sentenza hija hekk: "Wasslu l-Vanġelju dejjem". U, jekk jkun neċessarju, bil-kliem". X' irid jgħid? Inwasslu l-Vanġelju bl-awtentiċita' tal-ħajja, bil-koerenza tal-ħajja. Iżda f' din id-dinja fejn ir-rikkezzi għamlu ħafna ħsara, huwa neċessarju li aħna l-qassisin, aħna s-sorijiet, aħna nkunu koerenti mal-faqar tagħna! Iżda meta għalik li l-ewwel interess ta' xi istituzzjoni edukattiva jew parrokkjali jew xi ħaġa oħra jkunu l-flus, dan mhux tajjeb. Ma jagħmilx tajjeb! Hija nuqqas ta' koerenza! Jeħtieġ li nkunu koerenti, awtentiċi. Għal din it-triq, ejjew nagħmlu dak li qal San Franġisk: inħabbru l-Vanġelju bl-eżempju, imbagħad bil-kliem! L-ewwel u qabel kollox permezz tal-ħajja tagħna l-oħrajn jkunu jistagħu jaqraw l-Vanġelju! Anke hawn mingħajr biża, bid-difetti tagħna li nippruvaw nikkoreġu, bil-limiti kollha tagħna li l-Mulej jaf, iżda bil-ġenerosita' tagħna u billi nħallu lilu jaħdem fina. Bid-difetti, bil-limiti u jien ser nżid ftit aktar - bid-dnubiet... Jien irrid nkun naf xi ħaġa, hawn fis-sala, hawn xi ħadd li m'huiex midneb, li ma għandux dnubiet?  Jgħolli jdejh! Jgħolli jdejh! Ħadd. Minn daqshekk f' aħħar mill-aħħar... kulħadd. Iżda kif, jien inġorr id-dnub tiegħi, d-dnubiet tiegħi? Nixtieq nżommhom: ħallu t-trasparenza mal-konfessur. Dejjem. Għidu kollox, tibżawx. "Father jiena dnubt" Aħsbu ftit is-sammaritana, li biex turi, biex tgħid lil dawk ta' pajjizha li sabet il-Messija, qalet: "Qalli kollox li għamilt", u kulħadd kien jaf il-ħajja ta' din l-mara. Tgħid dejjem il-verita' lil konfessur. Din it-trasparenza tagħmel tajjeb, għaliex lilna lkoll tagħmilna umli. "Imma Father għandi dawn, għamilt hekk, għobodt"...  tkun xi tkun. Tgħid il-verita' mingħajr ma taħbi, minagħajr nofs kliem, għaliex qiegħed titkellem ma Ġesu' fil-persuna tal-konfessur. U Ġesu' jaf il-verita'. Hu biss jaħfirlek għal dejjem. Iżda l-Mulej jrid biss li inti tgħid dak li hu diġa jaf. Trasparenza! Hija ħassra li issib xi seminarista, xi soru li llum tqerr dan biex tnaddaf it-tebgħa; għada tmur  b' oħra, b' oħra, b' oħra: preregrinatio mal-konfessuri biex naħbi l-verita'. Trasparenza! U Ġesu' qiegħed jisma'. Intom għandkom dejjem din it-trasparenza quddiem Ġesu' fil-konfessur! Iżda din hija grazzja. Father jien dnibt, għamilt hekk, hekk, hekk... kollha bil-kliem. U il-Mulej jgħanqek, u jbusek! Mur, tidnibx iżjed! U jekk terġa tmur? Darb oħra. Dan ngħidulkom b' esperjenza. Jien sibt ħafna persuni kkonsagrati li jaqagħu f' din in-nasba ipokrita tan-nuqqas ta' trasparenza. "Jien għamilt hekk", umilment. Bħal dak il-publikan li kien fuq wara tat-tempju: "Għamilt hekk, għamilt hekk..." U il-Mulej jgħalaqlek ħalqek: huwa Hu li ser jwaqqfek! Iżda tkunx int li tagħmilha! fhimtu? Mid-dnub tagħkom, toktor il-grazzja! Iftħu l-bieb għal grazzja, b' din it-trasparenza!

Il-qaddisin u għalliema tal-ħajja spiritwali jgħidulna għin ħalli tikber fl-awtentiċita' tal-ħajja tagħna, li nipprattikaw ta' kuljum l-ezami tal-kuxjenza hija utli ħafna, anzi indispensabbli. X' qiegħed jiġri fir-ruħ tiegħi? B' hekk inkun, miftuħ  mal-Mulej, imbagħad mal-konfessur, mad-Direttur spiritwali. Huwa importanti ħafna dan!

Sakemm għandha ħin Mons. Fisichella, baqgħalna ħin?

(Mons. Fisichella: Jekk inti ser titkellem hekk, anke sa filgħodu nibqagħu hawn, assolutament.)

Imma hu qiegħed jgħid sa għada... almenu inġibilkom panina u Coca Cola lil kulħadd, jekk ser nibqagħu sa għada...

Il-koerenza hija fundamentali għaliex ix-xhieda tagħna tkun kredibbli. Iżda dan mhux biżżejjed, hemm bżonn preparazzjoni kulturali, preparazzjoni kulturali nerġa ngħid, biex nagħti raġuni għal fidi u għat-tama. Il-kuntest li ngħixu fiħ kontinwament jġagħalna biex "ngħatu raġuni", u din hija xi ħaġa tajba, għaliex tgħina biex xejn ma nieħdu kollox for granted. Illum ma nistgħux nieħdu kollox for granted! Din iċ-ċivilta', din il-kultura...ma nistgħux. Imma ċertament hija anke impenjattiva, titlob formazzjoni tajba, ekwilibrata, li tgħaqqad id-dimensjonijiet kollha tal-ħajja, dik umana, dik spiriwali, id-dimensjoni intellettwali ma dik pastorali. Fil-formazzjoni tagħna hemm erba' pilastri fundamentali: formazzjoni spiritwali, jew inkella ħajja spiritwalil; ħajja intellettwali, din tistudja biex "tagħti raġuni"; il-ħajja apostolika, tibda' billi tmur twassal il-Vanġelju; u ir-raba', l-ħajja komunitarja. Erbgħa. U din ta' l-aħħar hi neċessarja għal formazzjoni kemm fil-komunita' tan-novizzjat, fil-prijorat, fis-seminarju... Jiena dejjem naħseb: aħjar jkollok seminarju ħażin milli ma jkollok l-ebda seminarju! għaliex? Għaliex hu neċessarju l-ħajja komunitarja. Ftakru fl-erba' pilastri: il-ħajja spiritwali, ħajja intellettwali, ħajja apostolika, u ħajja komunitarja. Dawn l-erbgħa. Fuq dawn l-erbgħa jridu jibnu il-vokazzjoni tagħna.

U hawn irrid nsemmi l-importanza, f' din l-ħajja komunitarja, ir-relazzjoni ta' ħbiberija u fraternita' jagħmlu parti integrali minn din il-formazzjoni. Wasalna f' problema oħra hawn. Għaliex ngħid hekk: relazzjoni ta' ħbiberija u fraternita'. Ħafna drabi nsibu komunita', seminaristi, reliġjuzi, jew komunita' djoċezana fejn in-niċċeċ l-aktar komuni huma l-għajdut! Dan huwa terribli! Iva "inqaxxru" lil wieħed quddiem ħaddieħor... U din hija d-dinja klerikali, reliġjuza... Skuzawni, imma komuni huma l-għejra, l-mibgħeda, li titkellem mhux tajjeb fuq l-ieħor. Mhux biss imma titkellem mhux tajjeb fuq is-superjuri tiegħek hija klassika! Imma rrid ngħid li din hija komuni ħafna, ħafna komuni. Anke jien kont waqajt f' din il-ħaġa. Ħafna drabi għamilt hekk, ħafna drabi! U ġġagħalni nistħi! Nistħi minħabba f' hekk! Mhux tajjeb li tagħmel hekk: tmur u toqgħod tgħid fuq ħaddieħor. "Smajt... Smajt..." Imma hija infern dik il-komunita'! Dan ma għamilx tajjeb. U għalhekk hija importanti r-relazzjoni ta' ħbiberija ta' fraternita'. Il-ħbieb huma ftit. Il-Bibbja tgħidilna dan: il-ħbieb, wieħed, tnejn... imma il-fraternita', bejn kulħadd. Jekk jien għandi xi ħaġa ma oħti jew ma ħija, jien ngħidlu f' wiċċu/a, jew ngħid lil dak jew lil dik li jisgħu jgħinu, imma ma ngħidx lil oħrajn biex "inħamġu". Il-kliem żejjed, huwa terribli! Wara il-kliem żejjed, taħt il-kliem żejjed, hemm il-mibgħeda, l-għira, l-ambizzjoni. Aħsbu fuq dan. Darba waħda, kont smajt li persuna, wara l-eżerċizzi spiritwali - persuna kkonsagrata, soru... Din tajba! Din is-soru li wegħdet lil Mulej li ma tgħid xejn kontra ħadd. Din hija sabieħa, hija triq sabieħa lejn il-qdusija! Qatt titkellem ħażin fuq l-oħrajn. "Imma Father, hemm il-problemi..." għidhom lis-superjur, għidha lis-superjura, għidha lil Isqof, li jista' jsib rimedju. Tgħidiex lil dak li ma jistax jgħinek. Dan hu importanti: fraternita'! Imma għidli waħda, inti ser tgħid kontra ommok, missierek, ħutek? Qatt. U għaliex tagħmilha fil-ħajja konsagrata, fis-seminarju, fil-ħajja presbiterali? Dan biss: aħsbu, aħsbu.... Fraternita'! Din hija l-imħabba fraterna.

 

Hemm żewġ estremitajiet; f' dan l-aspett ta' ħbiberija u fraternita', hemm żewġ estremi: minn isolament għal ħajja imtajjra. Ħbiberija u fraternita' jgħinuni biex ma naqgħax kemm f' isolament u kemm fil-ħajja imtajjra. Li nibża għall-ħbiberiji li għandi, huwa ġid prezzjuz: iżda jridu jedukawkom biex ma tingħalqux, imma biex joħroġukom . Saċerdot, reliġjuz, reliġjuza ma jistgħu qatt jkunu ġżira, imma persuna dejjem disponibbli biex tiltaqa'. Il-ħbiberiji imbagħad jkabbru d-diversi karizmi tal-familji reliġjuzi tagħkom. Hija rikkezza kbira. Naħsbu ftit fuq il-ħbiberiji sbieħ ta' ħafna qaddisin.

Jiena naħseb li hemm bżonn nqassar, għaliex il-paċenzja tagħkom hija kbira!

 

(Seminaristi: "Leee")

Jien nixtieq ngħidilkom: oħorġu minkom nfuskom biex ixxandru l-Vanġelju, iżda biex tagħmel hekk jeħtieġ toħoġu minkom infuskom ħalli tiltaqgħu ma Ġesu'. Hemm żewġ toroq: waħda tressaqna biex niltaqgħu ma Ġesu', lejn it-traxxendenza; l-oħra lejn l-oħrajn biex nwasslu l-Ġesu'. Dawn it-tnejn imorru flimkien. Jekk inti tagħmel waħda biss, mhux tajjeb! Jiġini f' moħħi Madre Teresa ta' Kalkutta. Kienet brava din is-soru... ma kienitx tibża minn xejn, tmur fit-toroq... Imma din il-mara ma kienitx tibża' tinżel arkubtejha, sagħtejn sħaħ, quddiem il-Mulej. Tibżgħux li toħorġu minnkom nfuskom fit-talb u fl-azzjoni pastorali. Kunu kuraġġuzi biex titolbu u biex tmorru xxandru l-Vanġelju.

Jiena rrid Knisja aktar missjunarja, mhux daqshekk trankwilla. Din Knisja sabieħa li timxi l-quddiem. F' dawn il-ġranet ġew ħafna missjunarji għal quddiesa ta' filgħodu, hawn Santa Marta, u meta jsellmuli jgħiduli: "Imma jien soru anzjana; għal erbgħin sena ilni fiċ-Ċad, li jien qiegħed hawn, jien qiegħed hemm..." Xi sbuħija! Iżda inti tifhem li din is-soru għaddiet dawn is-snin hekk, għaliex qatt ma ħalliet il-laqgħa tagħha ma Ġesu', fit-talb. Trid toħroġ minnek nnifsek, lejn it-traxxendenza għal Ġesu' fit-talb, lejn it-traxxendenza għal oħrajn f' apostolat, fix-xogħol. Għatu il-kontribut għal Knisja li tkun hekk: fidila fit-triq li Ġesu' jixtieq. Toqgħodux titgħallmu minn għandna, minna, li aħna ma għadniex aktar żgħażagħ daqshekk; titgħallmux minn dak l-isport li aħna, x-xjuħ, ħafna drabi nagħmlu: l-isport tat-tgergir! Titgħallmux minn għandna il-kult ta' "alla tgergir". Huwa alla dejjem jgerger... imma kunu positivi, ħudu ħsieb il-ħajja spiritwali tagħkom u f' istess ħin, morru, kunu kapaċi li tiltaqgħu mal-persuni, speċjalment dawk l-aktar disprezzati, u svantaġġati. Tibżawx toħorġu u tmorru kontra l-kurrent. Kunu kontemplativi u missjunarji. Żommu dejjem il-Madonna magħkom, itolbu rużarju, nitlobkom...tħalluħx! Żommu dejjem il-Madonna magħkom fid-dar tagħkom, kif żammha l-Apostli Ġwanni. Hi dejjem ser tkun magħkom u tħariskom. U itolbu anki għalija, għaliex jien għandi bżonn tat-talb, għaliex jien msejken midneb, pero nimxu l-quddiem.

Grazzi ħafna u narakom għada. U komplu, bil-ferħ, bil-koerenza, dejjem b' dak il-kuraġġ li tgħidu l-verita', dak il-kuraġġ li toħorġu il-barra minnkom nfuskom biex tiltaqgħu ma Ġesu' fit-talb u toħorġu minnkom nfuskom biex tiltaqgħu ma l-oħrajn biex twasslulhom il-Vanġelju. Permezz ta' dan it-tkabbir pastorali! Jekk jogħġobkom tkunux xebbiet u ġuvintur li ħadd ma jridkom. Ħarsu l-quddiem!

Issa, jgħid Mons. Fisichella, li l-bieraħ tlabtu l-Kredu, kulħadd bil-lingwa tiegħu. Imma aħna kollha aħwa, għandha l-istess Missier. Issa kulħadd bil-lingwa tiegħu jgħid il-Missierna. Nitolbu l-Missierna.

U anke għandha Omm. Bil-lingua propja tagħkom ngħidu s-Sliema.

 

 

Miġjub għall-Malti minn Fr Charles Cini.