L-ITTRA LIL FILEMON
1. Tislima
[Film:1:1] Pawlu, priġunier ta' Kristu Ġesł u ħija Timotju lil Filemon seħibna
l-għażiż fix-xogħol, [Film:1:2] u lil oħtna Appja u lil Arkippu, suldat magħna,
u lill-knisja li tinġabar f'darek: [Film:1:3] Grazzja u sliem għalikom mingħand
Alla Missierna u Ġesł Kristu.
Mħabba u fidi
[Film:1:4] Niżżi ħajr dejjem lil Alla tiegħi u niftakar fik fit-talb tiegħi.
[Film:1:5] Jiena smajt bil-fidi li għandek fil-Mulej Ġesł u l-imħabba tiegħek
għall-qaddisin. [Film:1:6] Nitlob li l-fidi li inti taqsam ma' l-oħrajn ikollha
l-qawwa li twassal biex jingħaraf it-tajjeb kollu li hemm fina minħabba fi
Kristu. [Film:1:7] Jiena fraħt ħafna u qawwejt qalbi bl-imħabba li għandek;
għaliex, ħija, il-qlub tal-qaddisin strieħu fik.
Pawlu jaqbeż għal Oneżimu
[Film:1:8] Għalhekk iktar milli nikkmandak tagħmel li jenħtieġ - kif nista'
nagħmel b'wiċċi minn quddiem fi Kristu - [Film:1:9] jiena nitolbok, f'isem l-imħabba;
jiena, Pawlu, raġel xwejjaħ, u issa priġunier ta' Kristu Ġesł, [Film:1:10]
qiegħed nitolbok bil-ħerqa għal ibni, li jiena nissilt fil-ktajjen, għal Oneżimu,
[Film:1:11] dak li darba lilek ma kien jiswielek għal xejn, imma li issa
jiswielna, kemm lili u kemm lilek. [Film:1:12] Jiena bgħatthulek lura, lilu,
bħallikieku bgħattlek qalbi stess. [Film:1:13] Xtaqt kieku żammejtu miegħi, biex,
kif jien fil- ħabs għall-Evanġelju, idur bija minflokok hu. [Film:1:14] Iżda ma
ridt nagħmel xejn mingħajr ma nara x'jidhirlek int, biex l-opra tajba tiegħek ma
tkunx għamiltha bilfors, imma tkun ħierġa mill-qalb. [Film:1:15] Għandu mnejn li
għalhekk hu telaq minn miegħek għal ftit, biex inti terġa' tiksbu lura għal
dejjem, [Film:1:16] mhux iktar bħala lsir, imma xi ħaġa iktar minn ilsir, bħala
ħuk għażiż; għażiż fuq kollox għalija, imma kemm iktar għalik, skond id-dinja u
skond il-Mulej.
[Film:1:17] Int mela, jekk inti qalb waħda miegħi, ilqgħu bħallikieku kont jien!
[Film:1:18] Jekk naqsek f'xi ħaġa jew jekk għandu jagħtik, ixħet kollox fuqi.
[Film:1:19] B'idi stess qiegħed nikteb: "Jiena, Pawlu, nħallsek" - biex ma
ngħidlekx li inti stess taf lilek innifsek lili. [Film:1:20] Iva, ħija, nitolbok,
agħmilli dan il-pjaċir minħabba fil-Mulej. Serraħli qalbi fi Kristu.
[Film:1:21] Ktibtlek għax jiena żgur li int tisma' minni, anzi jiena naf li se
tagħmel aktar minn hekk. [Film:1:22] Fl-istess ħin ħejjili kamra, għaliex
nittama li bis-saħħa tat-talb tagħkom nerġa' ningħata lilkom.
L-aħħar tislijiet
[Film:1:23] Iselli għalikom Epafra priġunier miegħi għal Kristu Ġesł;
[Film:1:24] Marku, Aristarku, Dema, Luqa, sħabi fix-xogħol. [Film:1:25] Il-grazzja
tal-Mulej Ġesł Kristu tkun magħkom.