SLIEMA GĦALIK, MARIJA Sliema għalik, Marija, bil-grazzja mimlija. Il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù. Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina, midinbin, issa, u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Amen
Din it-talba hija għażiża ħafna għall-Knisja u devozjoni popolari fost bosta insara. L-ewwel parti tas-Sliema tikkonsisti fit-tislima li l-Anġlu Gabriel innifsu għamel lil Marija dak n-nhar li dehrilha biex jarrafha li Alla nnifsu għażilha biex tkun Omm Ibnu Inkarnat. (Luqa 1:28)
It-tieni parti tas-Sliema hija magħmula mit-tislima li Eliżabetta għamlet lil Marija dak in-nhar li hija marret iżżurha. (Luqa 1:42)
Imbagħad il-Qaddisa, hija mibnija fuq id-dikjarazzjoni tal-Konċilju ta’ Efesu li fis-sena 431 iddikjara id-domma li Marija hija Omm Alla. It-talba kienet kodifikata mill-Konċilju ta’ Trentu fl-1568.
|