L-ANGELUS
L-Anġlu t’ Alla ħabbar lil Marija: U hija saret omm mill-Ispirtu s-Santu. Sliema u Qaddisa. Hawn hi l-qaddejja tal-Mulej: Ikun minni skond kelmtek. Sliema u Qaddisa. U l-Iben t’Alla sar bniedem: U għammar fostna. Sliema u Qaddisa. Itlob għalina, Qaddisa Omm Alla: Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħdna Kristu.
Nitolbu. Xerred, Mulej, fi qlubna il-grazzja tiegħek biex aħna li bit-tħabbira ta’ l-anġlu għarafna li Kristu Ibnek sar bniedem, bil-passjoni u l-mewt tiegħu naslu għas-sebħ tal-qawmien. Bi Kristu Sidna. Amen.
L-isem komuni, l-Angelus, ġej mill-ewwel kelma tat-talba bil-Latin. It-talba kienet approvata mill-Papa Benedittu XIV li fis-sena 1724 ordna li din tibda tingħad mas-sebħ (6.00am), f’nofs il-jum (12.00pm) u ma' nżul ix-xemx (6.00pm). Dan matul is-sena kollha ħlief fi żmien l-Għid il-Kbir meta minflok tingħad ir-Regina Coeli. Fl-istess ħin kellhom ukoll jindaqqu tokki ta’ qniepen mill-knejjes biex l-insara jkunu mfakkar f’din id-devozzjoni Marjana.
|