LA TIBŻGĦUX  - Kif tirbħu anzjetà bħala familja

Anna Marija Fenech

 

 

Din l-inċertezza ekonomika qed iġġib anzjetà fil-membri tal-familja kollha għal raġunijiet differenti; huwa importanti li biex nirbħu din l-anzjetà għandna bżonn nifhmu aħjar dawn ir-raġunijiet.

 

Il-Ġenituri

Bħala ġenituri, aħna bil-fors ninkwetaw għal familja tagħna. Kif se nipprovdu? Rigward is-saħħa, x’se nagħmlu jekk jinqala li jkollna nixtru mediċini jew bżonn tabib? Għandna flus mfaddla biżżejjed?

 

Pre-adolloxenti u adolloxenti

Huma wkoll jinkwetaw jekk ħajjithom hiex se tinbidel. Nista’ ngawdi xi “kamp tas-sajf” ma’ ħbiebi? Jew nkunu nistgħu immorru fid-dar tas-Sajf, din is-sena? Se jkolli flus biżżejjed biex niddeverti ma’ sħabi?

 

It-tfal iżgħar

It-tfal iż-żgħar ma tantx jifhmu xiġifieri tinkwieta fuq l-ekonomija imma jindunaw li xi ħaġa hemm li mhiex f’posta fil-familja u l-attitudni tagħhom tista’ tinbidel. It-tfal ma’ jkunux żguri għalfejn qed jibżgħu, iżda iħossu li fil-familja qed tiġri xi ħaġa tal-biża’, anki meta l-ġenituri jippruvaw jevitaw l-inkwiet mit-tfal.

 

 

Strateġiji biex innaqqsu din il-biża’ u anzjetà

·            Nammettu li aħna bħala kbar qed nibżgħu ukoll: Jekk it-tfal huma kbar biżżejjed li tista’ tkellimhom u jifhmuk, kun onest u urihom li dan iż-żmien huwa tal-biża’, imma fuq kollox m’għandniex nħallu din il-biża’ taħkimna u nippruvaw nibbilanċjawha b’fidi li Alla jista’ jgħinna. Niftakru f’dak li qalilna Ġesù fuq l-għasafar tal-ajru, li Alla lest biex jieħu ħsiebhom, aħseb u ara lilna uliedu. Hu iħobbna!

·            It-talb jgħin meta aħna nħossuna qalbna maqtuha: Meta ninġabru madwar il-mejda, nirringrazzjaw 'l Alla tal-ikel li għandna llum u ma’ dan l-ikel, tal-ħafna barkiet li xorta għad għandna f’ħajjitna. Meta nitolbu ma nibqgħux aktar nħossuna qalbna maqtuha.

·            Nagħmluha logħba: Meta immorru xi supermarket, nieħdu it-tfal magħna u nagħmlu logħba ta’ min l-iktar se jfaddal flus. X’nistgħu nsibu bis-‘sale’? Liem hi l-iktar ikla irħisa li nistgħu nixtru? Nippruvaw insibu DVDs b’self flok nonfqu u nkunu nistgħu niġbru l-familja flimkien flok noħorġu u nonfqu fl-ikel għas-Sibt. Nagħmlu xi pizza aħna flok nordnaw minn barra. Indaħħlu lit-tfal fid-diskussjoni meta nkunu qed niddiskutu kif nistgħu nagħmlu ekonomija għall-familja. Huwa mportanti li huma iħossuhom parti mis-soluzzjoni, u mhux parti mil-problema.

·            Niffokaw fuq il-familja: Ejjew niffokaw fuq x’għandna b’saħħtu fil-familja tagħna u nżommu l-affarijiet fin-normal kemm jista’ jkun. Pereżempju: Aħna xorta waħda familja. Xorta nistgħu nieħdu gost flimkien bħala familja u dejjem nistgħu ninġabru flimkien u nieħdu gost bil-kumpanija ta’ xulxin. Flimkien nistgħu naqbżu dan l-ostaklu, għax jekk Alla hu magħna, min jista’ jkun kontra tagħna?

·            Tinsewx tiċċelebraw!: Fi żminijiet bħal dawn, ta’ inċertezza, huwa mportanti ħafna li ngħallmu lit-tfal tagħna li xorta hemm għalxiex tiċċelebra. Minn għeluq snienna, għal meta xi ħadd jgħaddi minn eżami. Li tiċċelebra tgħin ħafna lit-tfal biex iħossuhom speċjali, kuntenti u protetti.

·            Għodd il-barkiet: Fl-aħħar tal-jum, fakkar lilek innifsek li kulħadd irniexxielu jagħddiha l-ġurnata, kiel u protett. Irringrazzja 'l Alla għal lum.

 

 

Maqluba għal Malti minn Anna Maria Fenech

Minn Rivista “Take Out”