|
|
|
|
|
|
L-ARĊISQOF JITKELLEM
DWAR IL-LIBERTA’
VERA.
Valletta, 21
Settembru 2009:
Il-kunċett kollu
tal-libertà ma
jiddependix biss fuq
liġijiet, iżda
jiddependi fuq
l-ispirtu ta’ min
ifassal u
jilleġisla, u ta’
min irid jippromwovi
u jiddefendi d-dritt
għall-ħelsien vera u
ta’ min iwieġeb
b’sens soċjali għal
dawn il-liġijiet.
Fil-proċess għandna
għażliet ta’ kif
persuna tfassal
ħajjitha. Jew billi
juża l-libertà
tiegħu biex jegħleb
it-tfixkil u
t-tentazzjonijiet
ta’ dak kollu li
jmur kontra dak li
jkun għażel bħala
valuri. B’hekk huwa
jkun qiegħed iqawwi
l-ispritu tiegħu
b’deċiżjonijiet –
favur il-ġustizzja,
solidarjetà, eċċ.
Inkella billi
l-libertà tiegħu
jesprimiha biss
skond ma jaqbel
fil-mument. ...ð
Kompli aqra
d-diskors kollu
tal-Arċisqof. ...ð |
ID-DRITTIJIET TAL-FAMILJA
Id-“Dokument tad-Drittijiet
tal-Familja” ħareġ
bħala riżultat tat–talba
mfassla mis-Sinodu
ta’ l-Isqfijiet li
sar f’Ruma fl-1980
dwar is-suġġett
“Is-Sehem
tal-Familja
Nisranija fid-Dinja
llum. L-għan tiegħu
hu li jqiegħed
quddiem in-nies ta’
żmienna, kemm jekk
dawn huma nsara u
kemm jekk mhumiex,
formulazzjoni sħiħa
kemm jista’ jkun
tad-drittijiet
fundamentali li hemm
fin-natura ta’ dik
is-soċjetà naturali
u universali li hi
l-familja.
Id-drittijiet
imniżżla
fid-dokument joħorġu
mill-kuxjenza
tal-bniedem kif
ukoll mill-valuri
tal-familja kollha
tal-bnedmin.
Il-bidu tagħhom
insibuh fil-liġi li
l-Ħallieq naqqax
fil-qalb ta’ kull
bniedem u għalhekk
huwa dmir
tas-socjetà li
tħares dawn
id-drittijiet minn
kull vjolazzjoni u
li tirrispettahom u
ġġibhom ‘il quddiem
kollha kemm huma bla
mittiefsa.
Minħabba f’hekk
id-dokument hu
prinċipalment
inidrizzat
lill-gvernijiet u
lill-organizazzjonijiet
interanzzjonali bejn
il-gvernijiet.
Indirizzat ukoll
lill-familji nfushom
bil-ħsieb li jsaħħaħ
fihom il-fehma li
l-familja għandha
dmir u post
fis-soċjetà li ħadd
u xejn ma jista’
jeħodulha.
Fl-aħħarnett
id-dokument hu
ndirizzat
lill-irġiel u n-nisa
kollha u b’mod
partikolari
lill-insara sabiex
jintrabtu li jagħmlu
kulma jistgħu biex
jiżguraw li
d-drittijiet
tal-familja jiġu
mħarsa u sabiex
l-istituzzjoni
tal-familja
tissaħħaħ għall-ġid
tal-bnedmin kollha,
tal-lum u ta’ għada.
Ikklikkja hawn
għad-dokument sħiħ.
...ð |
|
FIDES et RATIO |
|
|
Xi dokumenti oħra tal-Papa
Ġwanni Pawlu II
bil-Malti ...
Fides et Ratio,
Enċiklika dwar ir-relazzjoni bejn
il-Fidi u r-Raġuni...
ð
Ecclesia de
Eucharistia, Enċiklika, dwar l-Ewkaristija
u l-Knisja...ð
Christifideles Laici,
Eżortazzjoni dwar il-Missjoni u l-Vokazzjoni
tal-Lajċi...
ð
Dies Domini, Ittra Appostolika
dwar Jum il-Ħadd...
ð
Familiaris
Consortio,
Eżortazzjoni
Appostolika fuq il-ħidma tal-familja
nisranija fid-dinja.
Gratissimam
Sane, Ittra tal-Papa lill-Familji
...
ð
Ittra lin-Nisa,
Fl-okkażżjoni tar-Raba’ Konferenza
Dinjija dwar in-Nisa f’Beijing
...ð
L-Immigranti
Rregolari,
Messaġġ tal-Papa għal Jum l-Emigranti
1996...ð
Hemm ukoll bosta dokumenti oħra...
ð
|
|
|
Ikklikkja hawn
għal aktar riżorsi...ð |
|
|
|
|
|
|
|
Website
għalik .... |
Waqt li l-istudenti tagħna qed joqorbu li jerġgħu
lura lejn l-iskola, forsi ta’ min li anke l-istess ġenituri
jagħmlu ftit homework biex isaħħu l-familja tagħhom.
Din hija inizjattiva oħra tal-Konferenza Episkopali
tal-Istati Uniti tal-Amerka. Interessanti !
ikklikkja...
Ê
|
Ara links passati...ð
|