Sit Uffiċċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta

DĦUL

KUMMENTI

LIBRERIJA VIRTWALI

ARKIVJU

SITI OĦRA  

                                                    

TAGĦRIF VARJU ...

Is-Segretarjat għal-Lajċi.             

Il-Forum tal-Għaqdiet.        

Distretti, Unitajiet u Parroċċi.

Il-Viżta Pastorali.               

Il-Fratellanzi f'Malta.          

     

RIŻORSI VARJI ...

Bibbja bil-Malti.                 

Liturġija tas-Sigħat.           

Talb.                               

Lectio Divina.                    

Dokumenti tal-Sinodu.       

Dokumenti tal-Knisja.        

Konċilji Ekumeniċi

Kelma tal-Ħajja.

                               

 

 

 

GĦAQDIET U MOVIMENTI ...

Azzjoni Kattolika Maltija.     

Fergħa Ewkaristika.            

Leġjun ta’ Marija.               

Mixja Neokatekumenali.     

Moviment Kariżmatiku.       

Moviment tal-Fokolari.        

MUSEUM - Irġiel - Nisa.       

Żgħażagħ Ħaddiema Nsara. 

 

 

SERVIZZ EKUMENIKU TA' TALB GĦAL

GĦID IL-ĦAMSIN

Kurja tal-Arċisqof, Floriana, 22 Mejju 2009: F’komunikat maħruġ mill-President tal-Kummissjoni Ekumenika ta’ Malta, Dun Hector Scerri tħabbar li l-Malta Ecumenical Council, flimkien mal-Kummissjoni Ekumenika Djoċesana qed jorganizzaw servizz ekumeniku ta’ talb fl-okkażjoni tal-festa ta’ Għid il-Ħamsin.

Dan is-servizz li se jkun presedut mill-Isqof ta’ Għawdex, Mons Mario Grech, se jsir l-Erbgħa 3 ta’ Ġunju, bejn is-7.15 p.m. u t-8.30 p.m., fil-Knisja ta’ San Franġisk ta’ Putirjal, il-Belt Valletta.

Il-kor, li se jkun taħt it-tmexxija ta’ Dr Ugo Agius Muscat u li se janima ċ-ċelebrazzjoni se jkun wieħed ekumeniku għaliex se jkun magħmul minn insara li jattendu l-knejjes tad-denominazzjonijiet differenti li jinsabu f’Malta.

Dawk kollha li jixtiequ jieħdu sehem f’dan il-kor huma mitluba jattendu għal prova li se ssir is-Sibt 30 ta’ Mejju, fil-Pro-Katidral tal-Anglikani, il-Belt Valletta, fl-4.00 p.m.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

IL-LAJĊI MHUMIEX SEMPLIĊI KOLLABORATURI TAL-KLERU

Ruma 28 Mejju 2009: Il-lajċi mhumiex sempliċiment il-kollaboraturi tal-kleru imma jaqsmu r-responsabilità fil-ministeru tal-Knisja.

Dan qalu l-Papa Benedettu meta nhar it-Tlieta inawgura konferenza fid-Djoċesi ta’ Ruma bis-suġġett ‘Sehem fil-Knisja u Ko-Responsabilità Pastorali’. Il-konferenza baqgħet għaddejja sal-Ġimgħa.

Jeħtieg li insiru konxji li aħna lkoll niffurmaw il-Knisja u għandna ko-responsabilità pastorali f’isem Kristu. Dan iwassal biex nirrispettaw il-vokazzjoniiet u l-funzjonijiet ta’ persuni konsagrati kif ukoll tal- lajċi. Dan jitlob minna bidla ta’ mentalità l-aktar dwar il-laċji, li mhumiex sempliċiment kollaboraturi tal-kleru imma veri ko-responsabli għall-eżistenza u l-azzjoni tal-Knisja għal lajkat matur u impenjat.

Illum għadha teżisti l-idea li l-Knisja tkun identifikata mal-ġerarkija u tintesa r-responsabilità u l-missjoni komuni ta’ kull min hu mgħammed. Il-lajċi jridu jkunu konxji akar li huma l-Knisja għax Kristu għamilhom il-poplu tiegħu.

Il-Papa appella lis-saċerdoti biex inisslu fil-lajċi sentiment ta’ appartenenza lejn il-komunità parrokkjali, lejn l-unità u lejn l-Iskrittura permezz tal-Lectio Divina, attivitajiet missjunarji u ta’ karità. Bħala eżempju hu semma t-tħejjija għall-Ġublew il-Kbir tas-sena 2000 meta l-komunità ekklessjali għarfet li d-dmir ta’ l-evanġeliżazzjoni hu ta’ kull min hu mgħammed.

L-istess ġara matul is-sekli, meta tant imgħammdin iddedikaw ħajjithom  biex jedukaw liż-żgħar fil-fidi, iduru bil-morda u bil-foqra.

Biss wieħed irid joqgħod attent li ma jagħmilx mill-ħidma tal-Knisja waħda sempliċiment oriżżontali, li tkun biss fuq livell soċjoloġiku u b’hekk jintesa l-element vertikali lejn Alla. Il-Knisja għandha tkun il-Poplu ta’ Alla u fl-istess ħin ‘il-Ġisem ta’ Kristu’. Bħala il-Poplu ta’ Alla trid turi l-kontinwità tagħha fl-Istorja.  Bħala l-Gisem ta’ Kristu trid turi l-universalità tagħha, li tiġi mis-salib u l-qawmien tal-Mulej.

Fi Kristu insibu l-Poplu ta’ Alla ibda mill-Papa sa l-iżgħar tifel u għalhekk il-Knisja ma titqiesx mill-għadd ta’ l-individwi li hemm fiha,  imma mill-għaqda ta’ dawk kollha li huma mgħajxa bil-Kelma ta’ Alla u l-Ħobż tal-ħajja.

Ara d-diskors kollu tal-Papa Benedittu XVI. ...q

DONI TAL-ISPIRTU S-SANTU

Dun Hector Scerri, President tal-Kummissjoni Teoloġika Maltija jikteb dwar id-Doni tal-Ispirtu s-Santu.  Ikklikkja hawn jew idħol mill-Librerija Virtwali.

L-ISQOF MARIO GRECH - FAMILJA KUN DAK LI INT

Floriana, 15 Mejju 2009:  "Il-kriżi attwali tal-familja hija dovuta għal konfużjoni li għandna dwar x’inhi l-familja. Minħabba dan in-nuqqas ta’ kjarezza, huma dgħajfa kemm il-kontribut li tista’ tagħti l-familja lis-soċjetà, kif ukoll il-mod kif is-soċjetà qed twieġeb quddiem din l-isfida.

Nemmen li huwa l-waqt li nfittxu qbil dwar x’qed nifhmu b’familja. Huwa l-waqt li l-familja tikseb “iċ-ċittadinanza” tagħha, fis-sens li tiġi rikonoxxuta bħala suġġett soċjali biċ-ċittadinanza tagħha proprja."

Din hija biss silta qasira mid-diskors li l-Eċc. Tiegħu l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech għamel waqt konferenza dwar Il-Futur: Fil-Familja fl-okkażżjoni ta' Jum Dinji tal-Familja.

Ikkilikkja hawn għad-diskors sħiħ tal-Eċċ.Tiegħu l-Isqof Mario Grech. ..q

Ara wkoll id-diskors tal-Preseident ta’ Malta, l-Eċċ Tiegħu Dr George Abela. ..q

Aktar riżorsi dwar il-familja....q

ECCLESIA DE EUCHARISTIA -

L-AĦĦAR ENĊIKLIKA TA’ ĠWANNI PAWLU II, BIL-MALTI FUQ L-INTERNET

“Fl-ispeċi umli tal-ħobż u ta’ l-inbid li s-sustanza tagħhom tinbidel fis-sustanza ta’ ġismu u demmu. Kristu jissieħeb magħna fil-mixja tagħna, isir il-qawwa tagħna u l-ikel tagħna għal matul il-vjaġġ, u jgħinna biex nagħtu xhieda tat-tama tagħna lil kulħadd. Jekk quddiem dan l-Misteru l-ħila ta’ moħħna tidher kemm hi nieqsa, il-grazzja ta’ l-Ispirtu s-Santu ddawlilna qalbna biex naraw ċar xi jmissna nagħmlu u ninxtehtu quddiem is-Sagrament mqaddes f’adorazzjoni u mħabba bla tarf.”

Hekk temm l-aħħar Enċiklika tiegħu, “Ecclesia de Eucharistia”, il-Papa Gwanni Pawlu II. F’dan id-dokument huwa joffrilna riflessjoni profonda u personali dwar dan is-Sagrament. Huwa jħares lejn l-Ewkaristija fir-relazzjoni tagħha mal-Knisja: l-ewwel kif tibni l-Knisja, imbagħad ukoll kif l-istess Komunità Ekklesżjali tista’ tissaħħah b’għarfien veru ta’ l-Ewkaristija.

Ikklikkja hawn għall-Enċiklika kollha. ...q

SERVIZZ EKUMENIKU TA' TALB GĦAL GĦID IL-ĦAMSIN

Kurja tal-Arċisqof, Floriana, 22 Mejju 2009: F’komunikat maħruġ mill-President tal-Kummissjoni Ekumenika ta’ Malta, Dun Hector Scerri tħabbar li l-Malta Ecumenical Council, flimkien mal-Kummissjoni Ekumenika Djoċesana qed jorganizzaw servizz ekumeniku ta’ talb fl-okkażjoni tal-festa ta’ Għid il-Ħamsin.

Dan is-servizz li se jkun presedut mill-Isqof ta’ Għawdex, Mons Mario Grech, se jsir l-Erbgħa 3 ta’ Ġunju, bejn is-7.15 p.m. u t-8.30 p.m., fil-Knisja ta’ San Franġisk ta’ Putirjal, il-Belt Valletta.

Il-kor, li se jkun taħt it-tmexxija ta’ Dr Ugo Agius Muscat u li se janima ċ-ċelebrazzjoni se jkun wieħed ekumeniku għaliex se jkun magħmul minn insara li jattendu l-knejjes tad-denominazzjonijiet differenti li jinsabu f’Malta.

Dawk kollha li jixtiequ jieħdu sehem f’dan il-kor huma mitluba jattendu għal prova li se ssir is-Sibt 30 ta’ Mejju, fil-Pro-Katidral tal-Anglikani, il-Belt Valletta, fl-4.00 p.m.

DOMINUM ET VIVIFICANTEM

MULEJ LI JAGĦTI L-ĦAJJA

 

F’dan iż-żmien tal-Għid li matulu qed inħejju lilna nfusna biex infakkru l-miġja ta’ l-Ispirtu s-Santu fuq il-Knisja, is-Segretarjat tal-Lajċi qed jippublika fuq dan is-sit, l-Enċiklika tal-Papa Ġwanni Pawlu II, Dominum et Vivificantem, Mulej li jagħti l-Ħajja. Titratta dwar il-preżenza u l-ħidma tal-Ispirtu s-Santu mhux biss fil-Knisja imma wkoll fid-dinja kollha.

Il-qari ta’ din l-enċiklika f’dan iż-żmien jista’ jgħin fi tħejjija aktar xierqa għal Jum Għid il-Ħamsin.

Nroddu ħajr lil dawk kollha li qed jgħinu fl-ittajpjar ta’ dawn id-dokumenti li huma aċcessibli billi tikklikkja fuq il-kliem “LIBRERIJA VIRTWALI” li hemm taħt ir-ras ta’ din il-paġna.

Enċiklika Dominum et Vivificantem. ...q


ĦSIBIJIET DWAR SAN PAWL MINN PATRI MARTIN MICALLEF

 

Meta qegħdin noqorbu lejn tmiem is-Sena Pawlina, is-Segretarjat tal-Lajċi qed iwassal lil dawk kollha li jagħmlu użu minn dan is-sit elettroniku, serje ta’ disa’ ħsibijiet ta’ Patri Martin Micallef OFMCap dwar l-Appostlu Missierna.

Ċerti li dawn l-artikli, bħal kull kitba oħra ta’ dan il-patri studjuż u għalliem tal-Kotba Mqaddsa, se jservu ta’ għajnuna kbira mhux biss għal bosta individwi li jixtiequ jkabbru l-għarfien tagħhom dwar San Pawl, imma għal bosta operaturi, kemm saċerdoti kif ukoll lajċi fil-ħidma pastorali tagħhom.  U dan anke wara li tkun intemmet is-Sena Pawlina.

Ikklikkja hawn. ...q


ILLUM IS-SIEGĦA TAL-LAJĊI

q Biex nieqfu lill-materjaliżmu u l-ġenn tal-konsumeriżmu, l-appostli l-ġodda ta’ żminijietna jridu jkunu l-irġiel  u n-nisa, il-lajċi nsara....

q F’dawn iż-żminijiet ġodda tal-Knisja, il-vokazzjoni eżatta tal-lajċi trid tiġi miftehma aħjar u apprezzata aktar milli fl-imgħoddi....

q Biex ikomplu x-xogħol mogħti lilhom minn Alla,  il-Lajċi jrid ikollhom  tagħlim sod fuq il-Fidi....

q Bħala rġiel u nisa nsara, intom imsejħin biex taqsmu flimkien ma’ Kristu l-ħajja u x-xogħol tiegħu.  Intom tridu tħossu u tifhmu tassew id-dinjita’ li biha ġejtu mżejna bis-Sagrament tal-Magħmudija li rċevejtu.  Intom tridu tifhmu r-responsabbiltajiet tagħkom ladarba għażiltu li timxu wara Kristu meta ġejtu msaħħin mill-Ispitru bħalma ġew imsaħħin l-appostli f’Għid il-Hamsin.

Iklikkja hawn għad-diskors kollu. ...q

Inroddu ħajr lil kull min diġà qiegħed jgħin fit-typing tad-dokumenti, u nistiednu lil kull min jista’ jgħin biex jiktbilna fuq lajci@maltadiocese.org. Ix-xogħol kollu jsir mid-dar stess.