www. laikos.org

Sit tas-Segretarjat għal-Lajċi,  Malta.

 ARKIVJU   | KUMMENTI   |   LIBRERIJA   |   LINKS   |                                                    

ĠWANNI PAWLU II DWAR IL-FAMILJA

“Jekk għandna nitkellmu dwar it-tiġdid, dwar riġenerazzjoni tas-soċjetà umana, anzi dwar il-Knisja bħala soċjetà tal-bnedmin, irridu nibdew minn dan il-punt, minn din il-missjoni.   Knisja Qaddisa ta’ Alla, inti ma tistgħax tagħmel il-missjoni tiegħek, ma tistgħax twettaq il-missjoni tiegħek fid-dinja, jekk mhux permezz tal-familja u tal-missjoni tagħha.   Permezz tas-sagrament ta’ l-ilma u ta’ l-Ispirtu s-Santu, aħna ninsabu mgħaddsa f’dan il-misteru tal-Għid ta’ Kristu, il-mewt u l-qawmien tiegħu. Ninsabu mgħaddsa biex insibu mill-ġdid il-milja tal-ħajja.  U din il-milja rridu insibuha fid-dimensjoni tal-persuna.      Imma fl-istess waqt fid-dimensjoni tal-familja,  li hija l-għaqda tal-persuni, li twassal u ddawwal b’dan it-tiġdid tal-ħajja, l-ambjenti differenti, is-soċjetajiet,  il-popli, il-kulturi,  il-ħajja soċjali, il-ħajja ekonomika …  Dan kollu għall-familja. Iva.  Intom tridu tmorru fid-dinja kollha biex tgħidu lil kulħadd, “Għall-familja … mhux għas-spejjes tal-familja”.  Tennu lil kulħadd, “Għall-familja … mhux għas-spejjes tal-familja”.

Programm tal-Beatifikazzjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu II ...

Segwi ċ-Ċerimonja live ... ikklikkja hawn ...>

Is-Sibt, 30 ta’ April 2011 – Fiċ-Ċirku Maximus f’Ruma.

08.00 pm  – 09.00 pm - Preparazjoni għal-Vġili ta’ Tħejjija qabel il-Beatifikazzjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu II.

09.00 pm  – 10.30 pm - Vġili ta’ Tħejjija qabel il-Beatifikazzjoni.

Il-Ħadd, 1 ta’ Mejju – fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan.

09.00 am – 10.00 am – Preparazjoni għaċ-Ċerimonja.

10.00 am – 12.30 pm Ċerimonja ta’ Beatifikazzjoni tal-Qaddej ta’ Alla, il-Papa Ġwanni Pawlu II u r-Reġina Caeli.

Inti tkun tista’ ssegwi dan kollu diett minn Ruma billi tikklikkja hawn. ...>

 

Tifkira tal-Papa Ġwanni Pawlu II f’Malta

Biex infakkru l-Beatifikazzjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu II, qed nipprovdu fuq dan is-sit, id-diskorsi kollha li huwa għamel fiż-żewġ żjarat uffiċċjali tiegħu f’Malta.  Magħhom hemm ukoll dawk li saru fiż-żjara tal-Papa Benedittu XVI, sena ilu. 

Ikklikkja hawn. …>


Il-Papa Benedittu XVI lill-Maltin - "le għall-abort u d-divorzju."

"Hawn Malta intom tgħixu f'soċjetà li hi mgħaddsa fil-fidi u l-valuri Nsara. Intom għandkom tkunu kburin li pajjiżkom jiddefendi t-trabi mhux imweldin u jħeġġeġ ħajja familjari stabbli billi jgħid "le" għall-abort u d-divorzju.

Jien inħeġġiġkom li żżommu din ix-xhieda kuraġġuża għall-qdusija tal-ħajja u ċ-ċentralità taż-żwieġ u tal-ħajja familjari għal soċjetà b‟saħħitha."

Mid-diskors tal-Papa Benedittu XVI liż-żgħażagħ Maltin fil-Waterfront, Valletta, 18 April 2010. ...>


Awguri għal Għid Qaddis

Is-Segretarjat għal-Lajċi flimkien mad-Direzzjoni ta’ dan is-sit jixtiequ lilek u lill-familja kollha tiegħek Għid Qaddis.  Jalla żmien il-Għid jkun għalina lkoll tħejjija xierqa sabiex flimkien mal-Knisja kollha nkomplu nilqgħu fostna u fina l-Ispirtu Qaddis.


Martri lajċi jxerrdu demmhom fl-aħħar xhur

Il-Metropolita Kopt Serafin se  jkun Malta biex jitfakkru l-Lajċi Nsara Kopti maqtulin fi vjolenza  inter-religjuza f'Lixandra fl-Eġittu. Jkun att kbir ta' solidarjeta` bejn il-Lajci Nsara Maltin u l-Lajci Nsara Eġizzjani li inti wkoll tkun magħna: il-Ħamis 28 u l-Gimgha 29 t'April.

Ara aktar dettalji, ikklikkja. …>


Ir-Rużarju fil-Familja u għall-Familja

Ktejjeb bil-Malti li fih b’Rużarju mill-Familji u għall-Familji.  Jintalab bl-istess mod kif soltu nitolbu r-Rużarju, imma hawn insibu meditazzjonijiet mill-Bibbja u li huma ċentrali fuq il-familja. Dan il-ktejjeb hu approvat mill-Kurja tal-Arċisqof. Kulħadd mħeġġeġ jistampa dan il-ktejjeb biex jużah waqt it-talb u jgħaddih ukoll lill-persuni oħra.

Ikklikkja hawn


Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                        http://www.laikos.org      

DIVORZJU – IVA JEW LE?    SKOND MINN LIEMA NUĊĊALI TĦARES LEJH!

DOMANDA - Jekk f’pajjiżna jidħol id-divorzju, allura nisrani jista’ jerġa jiżżewweġ bil-Knisja?

 

TWEĠIBA - Dan huwa kunċett kompletament żbaljat li huwa mxerred fost bosta. Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, f’paragrafu 1650 huwa ċar dwar dan u jgħid:

“Illum, f’ħafna postijiet, huma ħafna l-insara li qegħdin ifittxu d-divorzju skond il-liġijiet ta’ pajjiżhom, u jfittxu rabta ġdida permezz ta’ żwieġ ċivili. Il-Knisja trid tibqa’ fidila għall-kliem ta’ Ġesù Kristu: “Min jitlaq lil martu u jiżżewweġ oħra, jkun ħati ta’ adulterju kontra l-ewwel waħda, u jekk mara titlaq lil żewġha u tiżżewweġ ieħor tkun ħatja ta’adulterju” (Mk 10,11-12); għalhekk ma tistax tqis bħala valida din l-għaqda ġdida, jekk l-ewwel waħda tkun valida.

“Jekk divorzjati jiżżewġu ċivilment, isibu ruħhom f’qagħda li oġġettivament hi kontra l-liġi ta’ Alla. Għalhekk ma jistgħux jersqu għat-Tqarbin, sakemm idumu f’din il-qagħda.

“Għall-istess raġuni ma jistgħux jaqdu ċerti responsabbiltajiet ekklesjali.

Ir-rikonċiljazzjoni permezz tas-sagrament tal-Penitenza tista’ tingħata biss lil dawk li jisgħobbihom li kisru s-sinjal tal-Patt u tal-fedeltà lejn Kristu, u jintrabtu li jgħixu f’kontinenza sħiħa.”

F'paragrafu 2384 naqraw ...

"Id-divorzju hu offiża gravi lil-liġi naturali. Jippretendi li jħassar kuntratt aċċettat liberament miż-żewġ miżżewġin li jgħixu flimkien sal-mewt.

"Id-divorzju hu offiża lill-Patt tas-salvazzjoni li tiegħu ż-Żwieġ sagrament hu sinjal.

"Rabta ġdida, ukoll jekk magħrufa mil-liġi ċivili, iżżid fil-gravità tal-ksur tal-kuntratt: dak li jerġa’ jiżżewweġ isib ruħu f’qagħda ta’ adulterju pubbliku u permanenti."

 Aktar dwar żwieġ u familja …>