www. laikos.org

Sit tas-Segretarjat għal-Lajċi,  Malta.

 ARKIVJU   | KUMMENTI   |   LIBRERIJA   |   LINKS   |

 
 

Liturġija ...

 

Bibbja ...

 

Talb ...

ŻWIEĠ U L-FAMILJA >

"Bħal ma hemm min jippromwovi d-divorzju f’soċjetà pluralistika, hekk ukoll il-missjoni tal-Knisja hi li tħeġġeġ l-istabbiltà taż-żwieġ: billi tinsisti fuq il-mument tal-kunsens bħala l-fus tal-impenn għall-miżżewġin. Permezz tad-divorzju sseħħ ċaqliqa minn dak li seħħ fil-kunsens għal deċiżjoni f’kull ċirkostanza li tinqala’ u li tagħti lil xi wieħed mill-miżżewġin il-possibilita’ tad-dritt li jerġa’ lura mill-kunsens li jkun ta, u hekk itemm ir-rabta taż-żwieġ."  Nota Pastorali tal-Isqfijiet Maltin, 28 Awwissu 2010

Fil-Librerija issib ukoll ...

> Enċikliċi u kitbiet tal-Papiet...

> Dokumenti tas-Sinodu...

> Kelma tal-Isqfijiet Maltin...

> Lectio Divina...

> Liturġija tas-Sigħat...

> Qari tal-Quddies tal-Ħadd...

   Aktar ... >

Il-Lajk u s-Saċerdot; Kollaborazzjoni u Korresponsabiltà ...

Diskorsi kollha li saru waqt seminar organizzat mis-Segretarjat għal-Lajċi fi tmiem is-Sena tas-Saċerdotli, f' Gattard Hse, Blata l-Bajda. 3 u 4 Ġunju 2010.

Ikklikkja ... >

Preżentazzjonijiet Pastorali ...

Christifideles Laici

L-ewwel parti ...>

It-tieni parti ...>

Is-Segretarjat għal-Lajċi joffri l-għajnuna lill-parroċċi li jixtiequ jippreżentaw lil-lajċi din l-Eżortazzjoni Appostolika dwar il-vokazzjoni u l-missjoni tagħhom fil-Knisja u fid-dinja.

Ħalli messaġġ …>

Fit-Toroq tal-Kelma ...

Lectio Divina bbażata fuq il-Priedka tal-Muntanja, mill-Evanġelju skont San Mattew, Kapitli  5 -7.

Dawn qed ikunu mxandra live minn Radju Marija, kull nhar ta’ Ħamis bejn  is-7.00 u t-8.00 ta’ filgħaxija. Isma r-recoding tal-programmi li xxandru. 

Ikklikkja  … >

Is-Sigriet ta’ Fatima ...

Fit-13 ta’ Ottubru jaħbat it-93 sena mill-aħħar dehra tal-Madonna ġewwa Fatima meta kien seħħ il-miraklu tax-xemx.

>  Is-Sigriet ta' Fatima ...

>  Il-Ġrajja ta' Fatima ...

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                        http://www.laikos.org      

AVVIŻI

MIS-SEGRETARJAT

Reliġjon fuq l-Internet

Is-Segretarjat għal-Lajċi se jorganizza sessjonijiet live fuq l-internet li matulhom tkun mogħtija għajnuna lil min jixtieq jersaq għall-eżami  tar-Reliġjon, livell avvanzat. 

Dawn ikunu laqgħat interattivi u jkunu bla ħlas.  Għal aktar tagħrif iktibilna email fuq jf.emailbox@gmail.com.

Għandek xi brevjar żejjed?

Xi lajċi jixtiequ jkollhom kopja tal-brevjar bil-Malti ħalli huma wkoll jkunu jistgħu  jitolbu kuljum il-Liturġija tas-Sigħat.

Għalhekk nitolbu biex min għandu xi kopji żejda tal-brevjar, anke jekk dawn ikunu verżjoni qadima, jgħaddihom lis-Segretarjat għal-Lajċi fil-Kurja ta’ Arċisqof ħalli aħna nkunu nistgħu ngħatuhom lil min jitlobna kopja.

Tistgħu wkoll tħalluna messaġġ u nagħmlu kuntatt magħkom aħna stess. Grazzi.

Kif nitlob il-Liturġija tas-Sigħat?

Wara li xi lajċi wrew ix-xewqa jkollhom aktar tagħrif dwar il-Liturġija tas-Sigħat u dwar it-taqsim tagħha, is-Segretarjat ħaseb li jorganizza laqgħa dwar dan is-Suggett.

Jekk titħajjar tattendi, iktbilna email u ngħaddulek aktar tagħrif.

 Ħallilna messaġġ …>