Tagħrif dwar ...

Segretarjat għal-Lajċi

Forum tal-Għaqdiet

Distretti, Unitajiet u Parroċċi

Viżta Pastorali

Fratellanzi f'Malta

 
 

Għaqdiet u Movimenti

Azzjoni Kattolika Maltija

Fergħa Ewkaristika

Fraternità Charles de Foucauld

Leġjun ta’ Marija

Mixja Neokatekumenali

Moviment Kariżmatiku

Moviment tal-Fokolari

MUSEUM - Irġiel - Nisa

Żgħażagħ Ħaddiema Nsara

 

Links Oħra

Arċidjoċesi ta’ Malta

Djoċesi ta’ Għawdex

Santa Sede

Discern, Istitut għar-Riċerka

Moviment ta' Kana

 

 Interessanti

Uħud mill-videos tassew interessanti li sibna fuq YouTube.

Videos ta' Tagħlim bil-Malti.               

Mill-Belt tal-Vatikan.

Talb għas-Saċerdoti.

Is-Sejħa ta’ Alla għalik.

Evanġelju tal-Ġurnata.

Ir-Rużarju Mqaddes.

Katekeżi fuq is-Saċerdozju.

 
 

FIT FOR MISSION?CHURCH.

Bishop Patrick O'Donaghue, Bishop of Lancaster has today (27 August 2008) released Fit for Mission? Church to offer practical guidance on how to live out the teachings of the Second Vatican Council, through challenging common misinterpretations of the key council documents on Liturgy, Revelation, the Church, and the Church in the world.

click....ð

 

Sit Uffiċċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                              email ...          arkivju ...

L-Isqof Mario Grech dwar Ambjent Moralment Nadif...

SOĊJETÀ  MINGĦAJR ĊERTEZZI MORALI TITFARRAK U TFARRAK IL-FAMILJI

Marsalforn, 23 Lulju 09: Fil-kuntest ta’ ambjent Ewropew moralment imniġġeż, aħna mhux biss għandna nilqgħu kontra kull kurrent li jista’ jfarrak il-familja – li hija lqugħ naturali li kull persuna suppost ikollha biex timbena bħala persuna, – imma rridu nkunu wkoll proattivi u nibagħtu l-messaġġ kollu tama tagħna – tama msejsa fuq dak li tgħidilna r-raġuni imma wkoll fuq dak li jgħallimna Kristu u l-Knisja tiegħu. ...ð

Idħol fil-Librerija ta’ Riżorsi u skopri x’hemm aktar dwar Żwieġ u Familja ... ð

Il-Lectio Divina, laqgħa ma’ Ġesù Kristu esperjenza li biha jixtieq jibdlilna ħajjitna.

 

Il-Bibbja,

kollha bil-Malti fuq l-Internet.

Liturġija tas-Sigħat, tqaddes il-medda kollha tal-jum binhar u bilejl.

GĦALL-AGĦAR MHUX GĦALL-AĦJAR (For Worse not For Better)

Fil-15 ta’ Mejju 2009, The Today Public Policy Institute (TPPI)  ppubblika rapport (For Worse, For Better) fejn ippropona lill-Gvern Malti biex idaħħal f’pajjiżna l-leġislazzjoni tad-divorzju. Ir-rapport jippreżenta d-divorzju bħala soluzjoni għal numru ta’ problemi soċjali li għandna fis-soċjetà.  Iżda f’rapport ieħor, il-Proġett Impenn tal-Arċidjoċesi Maltija ppreżenta numru ta’ studji u riċerki dokumentati li jippruvaw jew li r-realta mhix ħażina daqs kemm qed jgħid it-TPPI, jew li d-divorzju ma joffri l-ebda soluzzjoni,  inkella  aktar minn hekk illi f’xi każi id-divorzju ġab is-sitwazzjoni agħar...ð


Karità fil-Verità – Enċiklika Soċjali Ġdida.

Il-Papa Benedittu XVI rregalalna dokument ieħor ta’ valur enormi u ta’ portata soċjali għall-umanita’ kollha. Wara l-enċikliċi tiegħu dwar l-imħabba t’Alla (Deus Caritas Est, 2005) u t-tama nisranija (Spe Salvi, 2007), nhar it-Tlieta 7 ta’ Lulju, ġewwa Ruma ġiet preżentata lill-istampa internazzjonali l-enċiklika l-ġdida Caritas in Veritate. ... ð

Ara wkoll it-test Malti taż-żewġ enċikliċi l-oħra tal-Papa Benedittu XVI...

Deus Caritas Est, Alla Huwa Mħabba, 25 Diċembru 2005. ...ð

Spe Salvi, dwar it-Tama Nisranija, 30 Novembru 2007. ...ð


Is-Sena tas-Saċerdot - Pastores Dabo Vobis

Fil-bidu tas-Sena tas-Sacerdot,  is-Segretarjat għal-Lajċi,  qed joffri, għall-ewwel darba fuq l-internet, it-test bil-Malti tal-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Ġwanni Pawlu II, Pastores Dabo Vobis, dwar il-formazzjoni tas-saċerdoti fil-qagħda taż-żmien ta’ llum. Dan id-dokument issa se jieħu postu wkoll mad-dokumenti l-oħra li hemm sa issa fil-Librerija Virtwali tagħna. Nittamaw li bl-għajnuna ta’ numru ta’ voluntiera li qed jagħmlu x-xogħol tat-typing, nkunu nistgħu nagħtu aktar dokumenti tal-Knisja bil-Malti.

Ikkikklja hawn ...ð

FIDES et RATIO

Enċiklika oħra tal-Papa Ġwanni Pawlu II dwar ir-relazzjoni li għandu jkun hemm bejn il-Fidi u r-Raġuni..... Ikklikkja hawn ... 

Xi dokumenti oħra tal-Papa Ġwanni Pawlu II  bil-Malti ...

Fides et Ratio, Enċiklika dwar ir-relazzjoni bejn il-Fidi u r-Raġuni... ð

Ecclesia de Eucharistia, Enċiklika, dwar l-Ewkaristija u l-Knisja...ð

Christifideles Laici, Eżortazzjoni dwar il-Missjoni u l-Vokazzjoni tal-Lajċi... ð

Dies Domini, Ittra Appostolika dwar Jum il-Ħadd... ð

Familiaris Consortio, Eżortazzjoni Appostolika fuq il-ħidma tal-familja nisranija fid-dinja.

Gratissimam Sane, Ittra tal-Papa lill-Familji ... ð

Ittra lin-Nisa, Fl-okkażżjoni tar-Raba’ Konferenza Dinjija dwar in-Nisa f’Beijing ...ð

L-Immigranti Rregolari, Messaġġ tal-Papa għal Jum l-Emigranti 1996...ð

Hemm ukoll bosta dokumenti oħra... ð

LIBRERIJA TA’ RIŻORSI ... ð

 

 

 

 

 

 

 

 

 

RIŻORSI DWAR ŻWIEĠ U FAMILJA ... Ê

Sikwit jiġri li r-raġel u l-mara ta’ llum, huma u jfittxu bis-sinċerità kollha tweġiba għall-problemi kbar ta’ kuljum li jiltaqgħu magħhom fil-ħajja tagħhom taż-żwieġ u tal-familja, isibu min iwasslilhom fehmiet u jgħatihom tweġib li jogħġob dak il-ħin, iżda mbagħad jasal biex b’xi mod jew ieħor jagħmel ħsara lill-verità u lid-dinjità tal-persuna tal-bniedem. 

Dawn il-fehmiet u dan it-tweġib spiss jaslilhom permezz tal-organizzazzjoni qawwija li tilħaq ‘il kulħadd permezz tal-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali, li b’mod l-aktar fin jaslu biex ma jħallux lil min, b’mod ħieles u bil-ħila tiegħu, jagħraf il-ħaġa kif inhi tassew.

Ħafna ġa ntebħu b’dan il-perikolu li qiegħed jhedded il-persuna tal-bniedem u għalhekk qegħdin iħabirku għall-verità. 

Il-Knisja, li tara u tgħarbel kollox fid-dawl ta’ l-Evaġelju, tissieħeb magħhom u toffri s-servizz tagħha għall-verità, għall-libertà u għad-dinjità ta’ kull mara u ta’ kull raġel.

Ġwanni Pawlu II, Familiaris Consortio, 4.

XI RIŻORSI OĦRA ... Ê

Ikklikkja hawn għal aktar riżorsi...ð

SĦAB FIX-XOGĦOL FL-GĦALQA TAD-DWIELI TAL-MULEJ

(Co-Workers in the Vineyard of the Lord)

Mill-Konferenza Episkopali tal-Istati Uniti

 

Fid-dawl tad-diskussjoni li għaddejja bħalissa fil-Knisja f’Malta dwar il-Ministeri Lajkali fil-Knisja Lokali, qegħdin noffru f’dan is-sit, id-dokument Co-Workers in the Vineyard of the Lord.

Dan id-dokument tal-Konferenza Episkopali tal-Istati Uniti tal-Amerika jikkonsisti f’żewġ taqsimiet. 

L-ewwel waħda tiddeskrivi r-realtajiet ġodda tal-lum u tagħmel spjega tal-kuntest teoloġiku u t-tagħlim tal-Knisja dwar il-ministeri ekkleżjali tal-lajċi. 

It-tieni taqsima tħares lejn l-appikazzjoni pastorali u tesplora modi prattiċi kif lajċi nsara jistgħu jkunu mħajjra jissieħbu f’dawn il-ministeri u kif jistgħu jiġu ffurmati tajjeb għalihom.  Is-silta dwar il-formazzjoni hija l-itwal waħda fid-dokument kollu u tisħaq dwar il-bżonn li din tkopri l-aspett uman, spiritwali, intelletwali u pastorali.  Fuq kollox tisħaq li l-formazzjoni tkun waħda kontinwa.

Ikklikkja hawn ...ð

http://www.laikos.org