Sit Uffiċċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta

DĦUL

KUMMENTI

LIBRERIJA VIRTWALI

ARKIVJU

SITI OĦRA  

                                                    

Ikklikkja fuq il-poster hawn fuq... q

TAGĦRIF VARJU ...

Is-Segretarjat tal-Lajċi.       

Il-Forum tal-Għaqdiet.        

Distretti, Unitajiet u Parroċċi.

Il-Viżta Pastorali.               

Il-Fratellanzi f'Malta.          

     

RIŻORSI VARJI ...

Bibbja bil-Malti.                 

Liturġija tas-Sigħat.           

Talb.                               

Lectio Divina.                    

Dokumenti tal-Sinodu.       

Dokumenti tal-Knisja.        

Konċilji Ekumeniċi

Kelma tal-Ħajja.                               

 

 

 

GĦAQDIET U MOVIMENTI ...

Azzjoni Kattolika Maltija.     

Fergħa Ewkaristika.            

Leġjun ta’ Marija.               

Mixja Neokatekumenali.     

Moviment Kariżmatiku.       

Moviment tal-Fokolari.        

MUSEUM - Irġiel - Nisa.       

Żgħażagħ Ħaddiema Nsara

 

DIES DOMINI - JUM IL-MULEJ

ITTRA APPOSTOLIKA

TAL-PAPA ĠWANNI PAWLU II

Issa wkoll bil-Malti fuq dan is-sit ma' Dokumenti oħra.

 

q Għan-nisrani, il-Ħadd hu qabel kollox ċelebrazzjoni ta’ l-Għid, kollha kemm hi mdawwla bid-dija ta’ Kristu rxoxt.  Hi l-festa tal-ħolqien ġdid. 

q Niċċelebraw il-Ħadd minħabba l-qawmien kollu ġieħ tal-Mulej Ġesù Kristu mill-imwiet, u dan nagħmluh mhux biss fi żmien il-Għid imma fil-bidu ta’ kull ġimgħa.

q Bħala Jum il-qawmien mill-imwiet, il-Ħadd m’huwiex biss tifkira ta’ ġrajja li seħħet fl-imgħoddi; hi ċelebrazzjoni tal-preżenza ħajja ta’ Kristu rxoxt f’nofs il-poplu tiegħu.

q L-insara dejjem iċċelebraw il-jum tal-Qawmien tal-Mulej mill-imwiet, bħala jum ta’ ferħ kbir. 

q Il-Ħadd hu xbieha minn qabel ta’ l-aħħar jum, tal-Parusia, li b’xi mod ġa ġiet antiċipata mill-glorja ta’ Kristu fil-qawmien mill-imwiet.

Ikklikkja hawn. ...q

LIBRERIJA VIRTWALI

Huwa l-ħsieb tas-Segretarjat tal-Lajċi li permezz ta’ dan is-sit elettroniku nipprovdu Librerija Virtwali ta’ Dokumenti tal-Knisja, diskorsi, artikli u materjal ieħor, li b’xi mod jista’ jkun ta’ għajnuna għall-Operaturi Pastorali, kemm jekk saċerdoti, reliġjużi jew lajċi, kif ukoll għal dawk kollha li jkunu jixtiequ jagħmlu użu minnhom.

Diġà tajna l-ewwel passi, imma għad fadal ħafna x’isir għaliex ix-xogħol involut fuq dan il-proġett huwa vast ħafna.  Għalhekk nixtiequ nitolbu sabiex dawk kollha li jistgħu jgħinuna permezz ta’ typing jiktbulna fuq jf@laikos.org.

Nilqgħu wkoll is-suġġerimenti tagħkom għaliex permezz tagħhom nippruvaw inwasslu lill-qarrejja tagħna dak li huma jeħtieġu tassew.

Fuq kollox għandna bżonn ħafna talb. B’dan biss nistgħu ngħidu li din l-ħidma żgħira tagħna ssir opra Tiegħu.

Iklikkja hawn, inkella fuq il-kliem LIBRERIJA VIRTWALI

li jidhru taħt ir-ras ta’ din il-paġna. ...q

Tixtieq tgħin?      Iktbilna! ...q

ILLUM IS-SIEGĦA TAL-LAJĊI

Siltiet minn diskors li l-Kardinal Basil Hume kien għamel fl-1984 dwar sehem il-lajċi fil-Knisja u fid-dinja.  Kemm huwa ferm aktar veru llum! 

Għad-diskors sħiħ ikklikkja hawn. ...q

q Illum, biex nieqfu lill-materjaliżmu u l-ġenn tal-konsumeriżmu, l-appostli l-ġodda ta’ żminijietna jridu jkunu l-irġiel  u n-nisa, il-lajċi nsara....

q F’dawn iż-żminijiet ġodda tal-Knisja, il-vokazzjoni eżatta tal-lajċi trid tiġi miftehma aħjar u apprezzata aktar milli fl-imgħoddi....

q Biex ikomplu x-xogħol mogħti lilhom minn Alla,  il-Lajċi jrid ikollhom  tagħlim sod fuq il-Fidi....

q Bħala rġiel u nisa nsara, intom imsejħin biex taqsmu flimkien ma’ Kristu l-ħajja u x-xogħol tiegħu.  Intom tridu tħossu u tifhmu tassew id-dinjita’ li biha ġejtu mżejna bis-Sagrament tal-Magħmudija li rċevejtu.  Intom tridu tifhmu r-responsabbiltajiet tagħkom ladarba għażiltu li timxu wara Kristu meta ġejtu msaħħin mill-Ispitru bħalma ġew imsaħħin l-appostli f’Għid il-Hamsin.

Iklikkja hawn għad-diskors kollu. ...q

Xi dokumenti oħra tal-Knisja li diġà huma lesti bil-Malti fuq dil-website...

Mater et Magistra tal-Papa Ġwanni XXIII.

Populorum Progressio u Humanae Vitae tal-Papa Pawlu VI.

L-Ittra lill-Familji mill-Papa Ġwanni Pawlu II.

U xi dokumenti tal-Konċilju Vatikan II.

Ikklikkja hawn jew fuq l-isem ta' xi dokument. ...q

NAGĦMLU D-DJAR ĊENTRI TA’ ĦNIENA U MAĦFRA

"Naħseb li llum id-dinja tinsab ta’ taħt fuq u qed tbati daqstant, minħabba li hemm daqshekk ftit imħabba fid-djar u fil-ħajja tal-familja.

M’għandniex żmien għat-tfal tagħna, m’għandniex ħin għal xulxin.

L-imħabba tibda mid-dar. L-imħabba tgħix fil-familja. Din hija r-raġuni għaliex fiż-żminijiet tagħna hawn tant tbatija u tant dwejjaq fid-dinja. 

Jekk irridu nerġgħu nġibu mill-ġdid dik l-imħabba fil-ħajja tagħna, irridu nibdew mid-dar. Hemm bżonn li d-djar tagħna nagħmluhom ċentri ta’ ħniena u maħfra bla tmiem."

Madre Teresa


DEUS CARITAS EST

ALLA HUWA MĦABBA

F’dinja li fiha xi drabi l-isem ta’ Alla jorbtuh mal-vendikazzjoni jew jaslu biex jorbtuh mad-dmir tal-mibegħda u tal-vjolenza, dan huwa messaġġ ta’ attwalità kbira u ta’ tifsira reali ħafna. Għalhekk fl-ewwel Enċiklika tiegħu, il-Papa Benedittu XVI xtaq jitkellem fuq l-imħabba, li biha Alla jimliena u li mbagħad għandha tintwera minna lill-oħrajn.

Ikklikkja hawn għat-test. ...q


CHRISTIFIDELES LAICI

IL-LAJĊI NSARA

"Il-lajċi nsara li dwar ˝il-Vokazzjoni u l-Missjoni tagħhom fil-Knisja u fid-dinja għoxrin sena wara l-Konċilju Vatikan II  tkellem is-Sinodu tal-Isqfijiet fl-1987, huma dawk li fost il-Poplu ta’ Alla nistgħu nxebbħu mal-ħaddiema tal-għalqa tad-dwieli."  Hekk tiftaħ l-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-missjoni u l-vokazzjoni tal-lajċi fil-Knisja u fid-dinja.

Ikklikkja hawn. ..q


 

 

Inroddu ħajr lil kull min diġà qiegħed jgħin fit-typing tad-dokumenti, u nistiednu lil kull min jista’ jgħin biex jiktbilna fuq lajci@maltadiocese.org. Ix-xogħol kollu jsir mid-dar stess.