MILL-PASTORALI TAL-AVVENT 2012 

Biex tkun tista’ tevanġelizza tassew, jeħtieġ li l-Knisja toqgħod hi l-ewwel f’riġlejn il-Mulej tisma’ l-Kelma tiegħu.  Għaliex jekk l-Insara, partikularment dawk ta’ quddiem nett, huma torox għall-Kelma, kif jistgħu jwasslu l-Kelma?

 

LAIKOS.org

Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

Fittex fil-Laikos

 

 

U l-Verb sar bniedem u għammar fostna ...

"Kien fid-dinja, u d-dinja saret bih,  imma d-dinja ma għarfitux. Ġie f'daru, u niesu ma laqgħuhx. Imma lil dawk li laqgħuh tahom is-setgħa li jsiru wlied Alla, dawk li jemmnu f'ismu, li twieldu mhux bid-demm, anqas mill-ġibda tal-ġisem, u anqas mir-rieda tal-bniedem, iżda minn Alla. U l-Verb sar bniedem u għammar fostna, u aħna rajna l-glorja tiegħu." [Ġw:1:11-14]

Jalla meta llum Hu jitwieled fostna, aħna nagħrfuh, nilqgħuh u nemmnu f’ismu ħalli lilna wkoll iwellidna mill-ġdid biex naraw il-glorja tiegħu.

Dawn huma l-awguri tagħna għal dan il-Milied u għal tul is-Sena ta’ Fidi fl-2013.


Omelija ta' Benedittu XVI fil-lejl tal-Milied ...

Ir-reliġjon tista’ timrad u hekk tasal biex tmur kontra l-iżjed natura profonda tagħha, meta l-bniedem jaħseb li għandu jieħu f’idejh stess il-kawża ta’ Alla, u jispiċċa biex jagħmel minn Alla l-propjetà privata tiegħu.  ...

Aqra l-Omelija tal-Papa

Messaġġ tal-Papa għal Jum il-Paċi 2013

Il-paċi mhix ħolma ... 

Il-paċi m’hix ħolma jew xi utopja; hi possibbli!  Il-ħarsa tagħna hemm bżonn tinżel iktar fil-fond, lil hemm mid-dehra u l-fenomeni superfiċjali, biex tiddixxerni realtà pożittiva li teżisti fil-qlub tal-bnedmin, għax kull raġel u mara ġew maħluqa fuq ix-xbieha ta’ Alla u huma msejħa jikbru u jagħtu sehemhom fil-bini ta’ dinja ġdida. 

Ara l-messaġġ kollu

Ħamsin Sena Wara ...

Id-dokument tal-Konċilju dwar ir-Rivelazzjoni Divina, Dei Verbum.

Fl-okkażjoni ta’ għeluq il-ħamsin sena mill-ftuħ tal-Konċilju Ekumeniku Vatikan II u b’rabta mas-Sena tal-Fidi, Radju Marija se jxandar sensiela ta’ programmi fuq il-Kostituzzjoni Dommatika, Dei Verbum dwar ir-Rivelazzjoni Divina. ...

Ara aktar dettalji


Mixja ta' Fidi mal-Kelma t'Alla  (Lectio Divina) ...

Is-Segretarjat għal-Lajċi qiegħed għal darb’ oħra jorganizza laqgħat ta’ Lectio Divina, li din id-darba huma bbażati fuq passaġġi mill-Evanġelju marbuta mat-tema tal-fidi. Isiru kull nhar ta’ Tlieta, bejn is-6.00 u t-7.30 ta’ filgħaxija fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Floriana. 

Jekk tixtieq tattendi, iktbilna email fuq ...

lajci@maltadiocese.org

Idħol fil-paġna tal-Lectio Divina


50 sena ilu beda l-Konċilju Vatikan II ...

Kienu l-11 ta’ Ottubru 1962, meta fl-iżgħar stat tad-dinja, il-Papa Ġwanni XXIII, b’diskors memorabbli tiegħu lil aktar minn elfejn isqof minn madwar id-dinja kollha, fetaħ il-Konċilju Vatikan II.  

Kompli aqra

Aktar dwar Vatikan II

 

Is-Sena tal-Fidi

 

Jum ...

ikklikkja fuq il-logo

Katekeżi mill-Papa għas-Sena tal-Fidi ...

"Il-lum nixtieq nintroduċi serje ġdida ta’ katekeżijiet li sa ndomm matul is-Sena tal-Fidi li għadna kemm bdejna .. "

Kompli aqra

L-Omelija tal-Papa Benedittu XVI fil-bidu tas-Sena tal-Fidi ...

Is-Sena tal-Fidi hi marbuta b’mod armonjuż mal-mixja sħiħa tal-Knisja tul l-aħħar ħamsin sena: mill-Konċilju ...

Kompli aqra

L-Omelija tal-Papa Benedittu XVI f'għeluq is-Sinodu ...

Jagħmel ħafna sens li l-Papa sejjes l-omelija tiegħu fl-okkażjoni ta’ għeluq is-Sinodu Ordinarju tal-Isqfijiet dwar l-evanġelizzazzjoni fuq l-Evanġelju tal-Liturġija tat-tletin Ħadd Matul is-Sena. Għax il-Liturġija hija wieħed mill-modi l-iktar fundametali li bihom issir l-evanġelizzazzjoni l-ġdida ... il-Liturġija hija l-espressjoni ewlenija u l-iktar qawwija tal-evanġelizzazzjoni l-ġdida.

Kompli aqra

Is-Sena tal-Fidi f'Malta ...

L-anjostici huma kontinwament mistoqsijin mid-domanda dwar Alla huma aktar qrib tas-Saltna ta’ Alla minn dawk li jemmnu li l-ħajja tagħhom hija biss rutina.

Isma d-diskors

L-Ittra Pastorali tal-Isqfijiet.

L-Ittra Pastorali għat-tfal.

Rapport tal-ftuħ tas-Sena tal-Fidi f'Malta

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                                                         http://www.laikos.org