Il-Papa Benedittu XVI
ħabbar
Sena ta’ Fidi
bejn il-11 ta’
Ottubru 2012 u l-24 ta’ Novembru
2013.
-
Is-Sena
tal-Fidi hi sejħa biex mill-ġdid
nikkonvertu b’mod awtentiku lejn
Kristu, il-Feddej waħdieni
tad-dinja.
(Porta Fidei 6)
-
Illum
tinħass il-ħtieġa għal impenn
ekkleżjali aktar qawwi, għal
evanġelizzazzjoni ġdida sabiex
wieħed jiskopri mill-ġdid
il-ferħ tal-fidi u l-entużjażmu
biex jikkomunikaha lill-oħrajn.
(Porta
Fidei
7)
-
L-istqarrija
tal-fidi hi att personali u
komunitarju fl-istess ħin.
Infatti, il-Knisja hi l-ewwel
suġġett tal-fidi.
(Porta
Fidei
10)
Mixja ta' Fidi mal-Kelma t'Alla
(Lectio Divina)
|
Bħala parti mill-ħidma
tiegħu għal matul is-Sena tal-Fidi
mħabbra mill-Papa Benedittu XVI u li
se tibda fil-11 ta’ Ottubru li ġej,
is-Segretarjat għal-Lajċi qiegħed
għal darb’ oħra jorganizza laqgħat
ta’ Lectio Divina, li din id-darba
se jkunu bażati fuq passaġġi mill-Evanġelju
li huma marbuta mat-tema tal-fidi.
Dawn il-laqgħat jsiru
kull nhar ta’ Tlieta, bejn is-6.30 u
t-8.00 ta’ filgħaxija fil-Kurja
tal-Arċisqof fil-Floriana. L-ewwel
laqgħa tkun fit-2 ta’ Ottubru u l-aħħar
waħda fit-18 ta’ Dicembru.
Il-laqgħat ikunu bla
ħlas madankollu huwa mixtieq li kull
min japplika jagħmel dan b’impenn u
b’mod kemm jista’ jkun regolari.
Jekk tixtieq tattendi
iktbilna email fuq
lajci@maltadiocese.org
Ħamsin
sena mill-bidu tal-Konċilju Vatikan
II ... |
Is-Sena ta’ Fidi se tibda fil-11 ta’
Ottubru 2012, li jkun il-ħamsin
anniversarju tal-bidu tal-Konċilju
Vatikan II. Il-Papa Benedittu XVI,
fid-dokument Porta Fidei kiteb
hekk:-
“Deherli li l-fatt li s-Sena tal-Fidi
ser tkun fl-istess żmien li fih inkunu
qed infakkru l-ħamsin anniversarju
mill-bidu tal-Konċilju Vatikan II,
jipprovdilna opportunità tajba biex
ngħinu lin-nies jifhmu li, kif kien
jgħid il-Beatu Ġwann Pawlu II, it-testi
li ħallewlna l-Padri Konċiljari, ma
tilfu xejn mill-valur u l-ġmiel tagħhom.
Jeħtieġ li jinqraw b’mod korrett, li
jkunu magħrufa u li wieħed jgħożżhom
bħala kitba importanti u normattiva
tal-Maġisteru, fit-Tradizzjoni
tal-Knisja….
Inħossni fid-dmir aktar
minn qatt qabel li nuri l-Konċilju bħala
grazzja kbira mogħtija lill-Knisja
tas-seklu għoxrin: fihom insibu l-boxxla
li turina x’direzzjoni għandna nieħdu
f’dan is-seklu li qed jibda.”
(par. 4)
Aktar dwar il-Konċilju
Vatikan II ⇨
Għoxrin sena mill-publikazzjoni
tal-Katekiżmu tal-Knisja ... |
Id-data
tal-11
ta’ Ottubru 2012
taħbat
ukoll id-data tal-għoxrin anniversarju
tal-pubblikazzjoni tal-Katekiżmu
tal-Knisja Kattolika, imniedi
mill-Predeċessur tiegħi, il-Beatu Ġwanni
Pawlu II, li ried juri lill-fidili
kollha l-qawwa u l-ġmiel tal-fidi. Dan
id-dokument, frott awtentiku
tal-Konċilju Vatikan II, kien mitlub
mis-Sinodu Straordinarju tal-Isqfijiet
fl-1985 biex ikun għodda fil-qadi
tal-katekżi
u sar f’kollaborazzjoni mal-isqfijiet
kollha tal-Knisja Kattolika.
Ara l-Katekiżmu
tal-Knisja Kattolika
u l-Kompendju tal-Katekiżmu