LAIKOS.org

Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

 

 

 

Home

Librerija

Forum

Arkivju

Links

Ikkuntatjana

Tv Vatikan

Tv 2000

Kappella

Santwarju EWTN
 

Sal-bidu tas-Sena tal-Fidi fadal ...

 

Il-Papa Benedittu XVI ħabbar Sena ta’ Fidi bejn il-11 ta’ Ottubru 2012 u l-24 ta’ Novembru 2013.

  • Is-Sena tal-Fidi hi sejħa biex mill-ġdid nikkonvertu b’mod awtentiku lejn Kristu, il-Feddej waħdieni tad-dinja. (Porta Fidei 6)

  • Illum tinħass il-ħtieġa għal impenn ekkleżjali aktar qawwi, għal evanġelizzazzjoni ġdida sabiex wieħed jiskopri mill-ġdid il-ferħ tal-fidi u l-entużjażmu biex jikkomunikaha lill-oħrajn. (PF 7)

  • L-istqarrija tal-fidi hi att personali u komunitarju fl-istess ħin. Infatti, il-Knisja hi l-ewwel suġġett tal-fidi. (PF 10)

Ħamsin sena mill-bidu tal-Konċilju Vatikan II ...

Is-Sena ta’ Fidi se tibda fil-11 ta’ Ottubru 2012, li jkun il-ħamsin anniversarju tal-bidu tal-Konċilju Vatikan II.  Il-Papa Benedittu XVI, fid-dokument Porta Fidei kiteb hekk:-

“Deherli li l-fatt li s-Sena tal-Fidi ser tkun fl-istess żmien li fih inkunu qed infakkru l-ħamsin anniversarju mill-bidu tal-Konċilju Vatikan II, jipprovdilna opportunità tajba biex ngħinu lin-nies jifhmu li, kif kien jgħid il-Beatu Ġwann Pawlu II, it-testi li ħallewlna l-Padri Konċiljari, ma tilfu xejn mill-valur u l-ġmiel tagħhom. Jeħtieġ li jinqraw b’mod korrett, li jkunu magħrufa u li wieħed jgħożżhom bħala kitba importanti u normattiva tal-Maġisteru, fit-Tradizzjoni tal-Knisja….

Inħossni fid-dmir aktar minn qatt qabel li nuri l-Konċilju bħala grazzja kbira mogħtija lill-Knisja tas-seklu għoxrin: fihom insibu l-boxxla li turina x’direzzjoni għandna nieħdu f’dan is-seklu li qed jibda.” (par. 4)

Ara d-dokumenti tal-Konċilju bil-Malti

Ara dokumentarju dwar il-Konċilju Vatikan II

Għoxrin sena mill-publikazzjoni tal-Katekiżmu tal-Knisja ...

Id-data tal-11 ta’ Ottubru 2012 taħbat ukoll id-data tal-għoxrin anniversarju tal-pubblikazzjoni tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, imniedi mill-Predeċessur tiegħi, il-Beatu Ġwanni Pawlu II, li ried juri lill-fidili kollha l-qawwa u l-ġmiel tal-fidi. Dan id-dokument,  frott awtentiku tal-Konċilju Vatikan II, kien mitlub mis-Sinodu Straordinarju tal-Isqfijiet fl-1985 biex ikun għodda fil-qadi tal-katekżi u sar f’kollaborazzjoni mal-isqfijiet kollha tal-Knisja Kattolika.

Ara l-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika u l-Kompendju tal-Katekiżmu

Għoxrin sena mill-Veritatis Splendor

oxrin sena ilu, il-Papa Ġwanni Pawlu II kien ippublika l-Enċiklika, Veritatis Splendor - Id-Dija tal-Veritŕ.  Kienet deskritta minn bosta bħala dak id-dokument tal-Maġisteru tal-Knisja li jiġbor fih b'mod komprensiv u awtoritattiv l-akbar numru ta' prinċipji bażiċi tal-etika nisranija. Fiha l-morali mhix aktar ippreżentat bħala manwal ta' liġijiet li joħorġu mil-liġi naturali, imma bħala mod ta' ħajja msejsa fuq l-Iskrittura u fil-persuna ta' Kristu nnifsu.

oxrin sena wara, il-Veritatis Splendor tista' tkun aktar meħtieġa llum milli dakinhar għaliex fid-dlam ta' relattivizmu dejjem jikber, tinħass aktar il-ħtiega li fis-soċjeta' umana tkompli tixtered id-Dija tal-Verita'.

Veritatis Splendor bil-Malti fil-Laikos ...> http://www.laikos.org/veritatis_splendor_mt.doc

Tista' ssib ukoll bosta dokumenti oħra tal-Papiet ... > http://www.laikos.org/Librerija_papiet.htm

 

Żjara Ad Limina mill-Isqfijiet Maltin ...

Vatikan, Tnejn 28 ta’ Mejju 2012 

Il-qofol taż-żjara Ad Limina li l-Arċisqof ta Malta, Monsinjur  Pawlu Cremona OP u l-Isqof ta Għawdex, Monsinjur Mario Grech kellhom fRuma, kien illum, meta ltaqgħu privatament mal-Papa Benedittu XVI. Huwa ftakar fiż-żjara tiegħu fMalta u l-laqgħa sabiħa li kellu mill-poplu Malti.

Fost id-diversi temi diskussi, il-Qdusija Tiegħu tkellem dwar  il-familja  u  l-bżonn li t-tfal jitrawwmu fil-fidi sabiex bhekk il-fidi terġa tidħol fil-familja. Tkellem ukoll dwar il-vokazzjonijiet u kellu kliem ta apprezzament għall-ħidma li jwettqu s-saċerdoti Malti kemm fpajjiżna u kif ukoll fartijiet tal-missjoni.

Isma’ l-ewwel kummenti tal-Isqfijiet


Il-Konċilju Vatikan II dwar il-Lajċi …

Fid-digriet tal-Konċilju Vatikan II, Apostolicam Actuositatem, dwar l-Apostolat tal-Lajċi, l-Isqfijiet fissru n-natura, ix-xejra, u l-varjetŕ ta' dan l-appostolat u taw il-prinċipji fondamentali u d-direttivi pastorali biex dan l-appostolat ikun jista’ jsir b’riżultati aħjar. 

Fil-50 anniversarju mill-bidu tal-Konċilju, is-Segretarjat għal-Lajċi ħejja żewġ dokumentarji qosra, wieħed dwar dan id-digriet tal-konċilju u ieħor dwar il-Konċilju Vatikan II nnifsu.

Ara d-dokumentarju dwar

Id-Digriet fuq l-Appostolat tal-Lajċi

Il-Konċilju Vatikan II


 

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                                                         http://www.laikos.org