LAIKOS.org

Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

Fittex fil-Laikos

 

 

LAQGĦA STORIKA BEJN ŻEWĠ PAPIET

Castel Gandolfo, Ruma, 23 Marzu 2013:  Tgħannieqa storika bejn żewġ papiet, il-Papa Franġisku u l-Papa Emeritu Benedittu XVI, avveniment storiku ieħor li żgur ma kienx hemm ieħor bħalu tul dawn l-aħhar 600 sena, u żgur l-ewwel wieħed li qatt seħħ quddiem il-lentijiet tal-cameras.  Illum il-Papa Franġisku mar bil-helicopter mill-Vatikan għal Castel Gandolfo fejn għalissa qed jgħix il-Papa Emeritu Benedittu XVI wara li abdika fit-28 ta’ Frar li għadda.

Ara filmat u aktar ritratti

Ara, isma u aqra bil-Malti d-diskorsi prinċipali li l-Papa Franġisku għamel sallum 


RANDAN 2013

Il-Pastorali tar-Randan - Żmien ta' Talb u l-Karità

L-Evanġelju li jipproponielna, bħala għemejjel tar-Randan, it-talb, is-sawm u l-għemejjel ta' karità. F'din l-Ittra Pastorali aħna se nagħmlu ftit riflessjonijiet fuq it-Talb u fuq il-Karità kif irid jgħixhom in-Nisrani.

Ara l-Pastorali kollha

Pastoral letter for Lent 2013, Engish version

Benedittu XVI - "Jekk nemmnu fl-imħabba, ngħixu l-imħabba"

Iċ-ċelebrazzjoni tar-Randan, fil-kuntest tas-Sena tal-Fidi, toffrilna okkażjoni prezzjuża biex nimmeditaw fuq ir-rabta bejn fidi u mħabba: bejn li nemmnu f’Alla, f’Alla ta’ Ġesù Kristu, u l-imħabba, li hi l-frott ta’ l-għemil ta’ l-Ispirtu s-Santu u teħodna f’mixja ta’ għotja lil Alla u lil xulxin.

Kompli ara l-messaġġ tal-Papa Benedittu XVI għar-Randan 2013

Riżorsi għar-Randan ...

Bħala għajnuna kemm fil-mixja spiritwali kif ukoll fil-ħidma pastorali qed noffru xi riżorsi għal matul ir-Randan, fosthom Via Sagra miktuba mill-Papa Benedittu XVI nnifsu meta kien għadu Kardinal. Huwa ħsieb tagħna li ftit ftit inkomplu nibnu din il-Librerija.  Għalhekk tajjeb tfittex regolarment f’din il-paġna tal-Librerija tal-Laikos.

Fittex aktar

 
 

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                                                         http://www.laikos.org