www. laikos.org

Sit tas-Segretarjat għal-Lajċi,  Malta.

 ARKIVJU   | KUMMENTI   |   LIBRERIJA   |   LINKS   |

 
 

Liturġija ...

 

Bibbja ...

 

Talb ...

ŻWIEĠ U L-FAMILJA >

"Bħal ma hemm min jippromwovi d-divorzju f’soċjetà pluralistika, hekk ukoll il-missjoni tal-Knisja hi li tħeġġeġ l-istabbiltà taż-żwieġ: billi tinsisti fuq il-mument tal-kunsens bħala l-fus tal-impenn għall-miżżewġin. Permezz tad-divorzju sseħħ ċaqliqa minn dak li seħħ fil-kunsens għal deċiżjoni f’kull ċirkostanza li tinqala’ u li tagħti lil xi wieħed mill-miżżewġin il-possibilita’ tad-dritt li jerġa’ lura mill-kunsens li jkun ta, u hekk itemm ir-rabta taż-żwieġ."  Nota Pastorali tal-Isqfijiet Maltin, 28 Awwissu 2010

Fil-Librerija issib ukoll ...

> Enċikliċi u kitbiet tal-Papiet.

> Dokumenti tas-Sinodu.

> Kelma tal-Isqfijiet Maltin.

> Lectio Divina.

> Liturġija tas-Sigħat.

> Qari tal-Quddies tal-Ħadd.

   Aktar ... >

Il-Lajk u s-Saċerdot; Kollaborazzjoni u Korresponsabiltà ...

Diskorsi kollha li saru waqt seminar organizzat mis-Segretarjat għal-Lajċi fi tmiem is-Sena tas-Saċerdotli, f' Gattard Hse, Blata l-Bajda. 3 u 4 Ġunju 2010.

Ikklikkja hawn ... >

Irtiri għaż-żgħażagħ ...

Għalik li qed tfittex li ħajtek ikollha iżjed sens...

Għalik li qed tfittex spiritwalità li tgħinek tkompli tikber bħala persuna ...

Aktar ...>

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                        http://www.laikos.org      

AVVIŻI

MIS-SEGRETARJAT

Reliġjon fuq l-Internet

Is-Segretarjat għal-Lajċi se jorganizza sessjonijiet live fuq l-internet li matulhom tkun mogħtija għajnuna lil min jixtieq jersaq għall-eżami  tar-Reliġjon, livell avvanzat. 

Dawn ikunu laqgħat interattivi u jkunu bla ħlas.  Għal aktar tagħrif iktibilna email fuq jf.emailbox@gmail.com.

Għandek xi brevjar żejjed?

Xi lajċi jixtiequ jkollhom kopja tal-brevjar bil-Malti ħalli huma wkoll jkunu jistgħu  jitolbu kuljum il-Liturġija tas-Sigħat.

Għalhekk nitolbu biex min għandu xi kopji żejda tal-brevjar, anke jekk dawn ikunu verżjoni qadima, jgħaddihom lis-Segretarjat għal-Lajċi fil-Kurja ta’ Arċisqof ħalli aħna nkunu nistgħu ngħatuhom lil min jitlobna kopja.

Tistgħu wkoll tħalluna messaġġ u nagħmlu kuntatt magħkom aħna stess. Grazzi.

Kif nitlob il-Liturġija tas-Sigħat?

Wara li xi lajċi wrew ix-xewqa jkollhom aktar tagħrif dwar il-Liturġija tas-Sigħat u dwar it-taqsim tagħha, is-Segretarjat ħaseb li jorganizza laqgħa dwar dan is-Suggett.

Jekk titħajjar tattendi, iktbilna email u ngħaddulek aktar tagħrif.

 Ħallilna messaġġ …>