www. laikos.org

Sit tas-Segretarjat għal-Lajċi,  Malta.

 ARKIVJU   | KUMMENTI   |   LIBRERIJA   |   LINKS  

VATIKAN TV

SAT 2000

ĠWANNI PAWLU II DWAR IL-FAMILJA

“Jekk għandna nitkellmu dwar it-tiġdid, dwar riġenerazzjoni tas-soċjetà umana, anzi dwar il-Knisja bħala soċjetà tal-bnedmin, irridu nibdew minn dan il-punt, minn din il-missjoni.   Knisja Qaddisa ta’ Alla, inti ma tistgħax tagħmel il-missjoni tiegħek, ma tistgħax twettaq il-missjoni tiegħek fid-dinja, jekk mhux permezz tal-familja u tal-missjoni tagħha.   Permezz tas-sagrament ta’ l-ilma u ta’ l-Ispirtu s-Santu, aħna ninsabu mgħaddsa f’dan il-misteru tal-Għid ta’ Kristu, il-mewt u l-qawmien tiegħu. Ninsabu mgħaddsa biex insibu mill-ġdid il-milja tal-ħajja.  U din il-milja rridu insibuha fid-dimensjoni tal-persuna.      Imma fl-istess waqt fid-dimensjoni tal-familja,  li hija l-għaqda tal-persuni, li twassal u ddawwal b’dan it-tiġdid tal-ħajja, l-ambjenti differenti, is-soċjetajiet,  il-popli, il-kulturi,  il-ħajja soċjali, il-ħajja ekonomika …  Dan kollu għall-familja. Iva.  Intom tridu tmorru fid-dinja kollha biex tgħidu lil kulħadd, “Għall-familja … mhux għas-spejjes tal-familja”.  Tennu lil kulħadd, “Għall-familja … mhux għas-spejjes tal-familja”.

Mill-Pastorali dwar ir-Referendum fuq id-Divorju

Ilkoll se nġorru l-konsegwenzi tad-deċiżjoni tagħna

L-għażla tagħna f’dan ir-Referendum titlob ħafna ħsieb għax iġġorr magħha responsabbiltà kbira. Hija deċiżjoni li ser ikollha effetti mhux biss fuq il-preżent, imma wkoll fil-futur. Permezz tal-vot tiegħu, iċ-ċittadin ser jibni jew iħott.

Għażla favur żwieġ dejjiemi hija att ta’ fiduċja fil-familja mibnija fuq rabta ta’ mħabba li ma tinħallx bir-rieda tal-bniedem; filwaqt li għażla favur id-divorzju twassal lejn aktar tifrik taż-żwieġ u l-familja, u allura anki tal-valur u l-kwalità tal-ħajja.  Ilkoll se nġorru l-konsegwenzi tad-deċiżjoni tagħna.

Ara l-Pastorali kollha. ...>


Il-Papa Benedittu XVI lill-Maltin - "le għall-abort u d-divorzju."

"Hawn Malta intom tgħixu f'soċjetà li hi mgħaddsa fil-fidi u l-valuri Nsara. Intom għandkom tkunu kburin li pajjiżkom jiddefendi t-trabi mhux imweldin u jħeġġeġ ħajja familjari stabbli billi jgħid "le" għall-abort u d-divorzju.

Jien inħeġġiġkom li żżommu din ix-xhieda kuraġġuża għall-qdusija tal-ħajja u ċ-ċentralità taż-żwieġ u tal-ħajja familjari għal soċjetà b‟saħħitha."

Mid-diskors tal-Papa Benedittu XVI liż-żgħażagħ Maltin fil-Waterfront, Valletta, 18 April 2010. ...>


Minkejja l-istorja twila ta’ divorzju, illum fl-Ingilterra …

  • Anarkija soċjali ta’ tkissir ta’ familji…

  • Tfittix inutli u bla waqfien għal relazzjoni perfetta …

  • Epidemija ta’ djar (homes) imfarrka…

  • Wieħed minn kull tliet żwiġijiet jispiċċa f’divorzju…

  • Wieħed minn kull għaxar t’itfal jgħixu ma’ ġenituri li jikkoabitaw …

  • Wieħed minn kull erba’ jgħixu ma’ ġenitur wieħed jew waħda.

Mr Justice Coleridge said: 'I am drawing attention to the endless game of "musical relationships", or "pass the partner", in which such a significant portion of the population is engaged'.... > 


Jekk iddeċidejt li tivvota għad-Divorzju…

... issa ara wkoll liema huma dawk il-weġgħat li wliedek ma jistgħux jivvutaw kontrihom …

⇦ Ara dan il-video.  Tista' wkoll tkabbar l-istampa.

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                        http://www.laikos.org      

DIVORZJU – IVA JEW LE?    SKOND MINN LIEMA NUĊĊALI TĦARES LEJH!

DOMANDA - Jekk f’pajjiżna jidħol id-divorzju, allura nisrani jista’ jerġa jiżżewweġ bil-Knisja?

 

TWEĠIBA - Dan huwa kunċett kompletament żbaljat li huwa mxerred fost bosta. Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, f’paragrafu 1650 huwa ċar dwar dan u jgħid:

“Illum, f’ħafna postijiet, huma ħafna l-insara li qegħdin ifittxu d-divorzju skond il-liġijiet ta’ pajjiżhom, u jfittxu rabta ġdida permezz ta’ żwieġ ċivili. Il-Knisja trid tibqa’ fidila għall-kliem ta’ Ġesù Kristu: “Min jitlaq lil martu u jiżżewweġ oħra, jkun ħati ta’ adulterju kontra l-ewwel waħda, u jekk mara titlaq lil żewġha u tiżżewweġ ieħor tkun ħatja ta’adulterju” (Mk 10,11-12); għalhekk ma tistax tqis bħala valida din l-għaqda ġdida, jekk l-ewwel waħda tkun valida.

“Jekk divorzjati jiżżewġu ċivilment, isibu ruħhom f’qagħda li oġġettivament hi kontra l-liġi ta’ Alla. Għalhekk ma jistgħux jersqu għat-Tqarbin, sakemm idumu f’din il-qagħda.

“Għall-istess raġuni ma jistgħux jaqdu ċerti responsabbiltajiet ekklesjali.

Ir-rikonċiljazzjoni permezz tas-sagrament tal-Penitenza tista’ tingħata biss lil dawk li jisgħobbihom li kisru s-sinjal tal-Patt u tal-fedeltà lejn Kristu, u jintrabtu li jgħixu f’kontinenza sħiħa.”

F'paragrafu 2384 naqraw ...

"Id-divorzju hu offiża gravi lil-liġi naturali. Jippretendi li jħassar kuntratt aċċettat liberament miż-żewġ miżżewġin li jgħixu flimkien sal-mewt.

"Id-divorzju hu offiża lill-Patt tas-salvazzjoni li tiegħu ż-Żwieġ sagrament hu sinjal.

"Rabta ġdida, ukoll jekk magħrufa mil-liġi ċivili, iżżid fil-gravità tal-ksur tal-kuntratt: dak li jerġa’ jiżżewweġ isib ruħu f’qagħda ta’ adulterju pubbliku u permanenti."

 Aktar dwar żwieġ u familja …>