Sit Uffiċċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta

DĦUL

KUMMENTI

LIBRERIJA VIRTWALI

ARKIVJU

SITI OĦRA  

                                                    

TAGĦRIF VARJU ...

Is-Segretarjat għal-Lajċi.             

Il-Forum tal-Għaqdiet.        

Distretti, Unitajiet u Parroċċi.

Il-Viżta Pastorali.               

Il-Fratellanzi f'Malta.          

     

RIŻORSI VARJI ...

Bibbja bil-Malti.                 

Liturġija tas-Sigħat.           

Talb.                               

Lectio Divina.                    

Dokumenti tal-Sinodu.       

Dokumenti tal-Knisja.        

Konċilji Ekumeniċi

Kelma tal-Ħajja.

                               

 

 

 

GĦAQDIET U MOVIMENTI ...

Azzjoni Kattolika Maltija.     

Fergħa Ewkaristika.            

Leġjun ta’ Marija.               

Mixja Neokatekumenali.     

Moviment Kariżmatiku.       

Moviment tal-Fokolari.        

MUSEUM - Irġiel - Nisa.       

Żgħażagħ Ħaddiema Nsara. 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

L-ISQOF MARIO GRECH - FAMILJA KUN DAK LI INT

Floriana, 15 Mejju 2009:  "Il-kriżi attwali tal-familja hija dovuta għal konfużjoni li għandna dwar x’inhi l-familja. Minħabba dan in-nuqqas ta’ kjarezza, huma dgħajfa kemm il-kontribut li tista’ tagħti l-familja lis-soċjetà, kif ukoll il-mod kif is-soċjetà qed twieġeb quddiem din l-isfida.

Nemmen li huwa l-waqt li nfittxu qbil dwar x’qed nifhmu b’familja. Huwa l-waqt li l-familja tikseb “iċ-ċittadinanza” tagħha, fis-sens li tiġi rikonoxxuta bħala suġġett soċjali biċ-ċittadinanza tagħha proprja."

Din hija biss silta qasira mid-diskors li l-Eċc. Tiegħu l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech għamel waqt konferenza dwar Il-Futur: Fil-Familja fl-okkażżjoni ta' Jum Dinji tal-Familja.

Ikkilikkja hawn għad-diskors sħiħ tal-Eċċ.Tiegħu l-Isqof Mario Grech. ..q

Ara wkoll id-diskors tal-Preseident ta’ Malta, l-Eċċ Tiegħu Dr George Abela. ..q

Aktar riżorsi dwar il-familja....q

DONI TAL-ISPIRTU S-SANTU

Dun Hector Scerri, President tal-Kummissjoni Teoloġika Maltija jikteb dwar id-Doni tal-Ispirtu s-Santu.  Ikklikkja hawn jew idħol mill-Librerija Virtwali.

ECCLESIA DE EUCHARISTIA -

L-AĦĦAR ENĊIKLIKA TA’ ĠWANNI PAWLU II, BIL-MALTI FUQ L-INTERNET

“Fl-ispeċi umli tal-ħobż u ta’ l-inbid li s-sustanza tagħhom tinbidel fis-sustanza ta’ ġismu u demmu. Kristu jissieħeb magħna fil-mixja tagħna, isir il-qawwa tagħna u l-ikel tagħna għal matul il-vjaġġ, u jgħinna biex nagħtu xhieda tat-tama tagħna lil kulħadd. Jekk quddiem dan l-Misteru l-ħila ta’ moħħna tidher kemm hi nieqsa, il-grazzja ta’ l-Ispirtu s-Santu ddawlilna qalbna biex naraw ċar xi jmissna nagħmlu u ninxtehtu quddiem is-Sagrament mqaddes f’adorazzjoni u mħabba bla tarf.”

Hekk temm l-aħħar Enċiklika tiegħu, “Ecclesia de Eucharistia”, il-Papa Gwanni Pawlu II. F’dan id-dokument huwa joffrilna riflessjoni profonda u personali dwar dan is-Sagrament. Huwa jħares lejn l-Ewkaristija fir-relazzjoni tagħha mal-Knisja: l-ewwel kif tibni l-Knisja, imbagħad ukoll kif l-istess Komunità Ekklesżjali tista’ tissaħħah b’għarfien veru ta’ l-Ewkaristija.

Ikklikkja hawn għall-Enċiklika kollha. ...q

KONFERENZA MILL-ARĊISQOF RAVASI

Wara stedina mill-Kummissjoni Kultura tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, l-Arċisqof Gianfranco Ravasi, President tal-Kummissjoni Pontifiċja tal-Ġid Kulturali tal-Knisja, se jżur Malta biex jindirizza konferenza bit-tema “L-Attwalità ta’ San Pawl Illum”.

L-Isqof Gianfranco Ravasi huwa magħruf ħafna għall-mod ċar u interessanti li bih jikkomunika mal-pubbliku.  Huwa ppubblika bosta kotba u hu popolari ħafna għas-sehem tiegħu fi programmi televiżivi u kontribuzzjonijiet f’bosta ġurnali taljani, kif ukoll fir-rivista Famiglia Cristiana.

Il-Kummissjoni Kultura tixtieq tħeġgeġ lil kulħadd biex  ma jitlifx din l-okkażjoni li jattendi għall-konferenza minn personalità daqshekk interessanti u popolari fil-qasam kulturali Nisrani. 

Il-konferenza  ser issir fl-Istitut Kattoliku, Floriana, nhar l-Erbgha, 27 ta’ Mejju 2009, fis – 7.00 ta’ filgħaxija.

SERVIZZ EKUMENIKU TA' TALB GĦAL GĦID IL-ĦAMSIN

Kurja tal-Arċisqof, Floriana, 22 Mejju 2009: F’komunikat maħruġ mill-President tal-Kummissjoni Ekumenika ta’ Malta, Dun Hector Scerri tħabbar li l-Malta Ecumenical Council, flimkien mal-Kummissjoni Ekumenika Djoċesana qed jorganizzaw servizz ekumeniku ta’ talb fl-okkażjoni tal-festa ta’ Għid il-Ħamsin.

Dan is-servizz li se jkun presedut mill-Isqof ta’ Għawdex, Mons Mario Grech, se jsir l-Erbgħa 3 ta’ Ġunju, bejn is-7.15 p.m. u t-8.30 p.m., fil-Knisja ta’ San Franġisk ta’ Putirjal, il-Belt Valletta.

Il-kor, li se jkun taħt it-tmexxija ta’ Dr Ugo Agius Muscat u li se janima ċ-ċelebrazzjoni se jkun wieħed ekumeniku għaliex se jkun magħmul minn insara li jattendu l-knejjes tad-denominazzjonijiet differenti li jinsabu f’Malta.

Dawk kollha li jixtiequ jieħdu sehem f’dan il-kor huma mitluba jattendu għal prova li se ssir is-Sibt 30 ta’ Mejju, fil-Pro-Katidral tal-Anglikani, il-Belt Valletta, fl-4.00 p.m.

DOMINUM ET VIVIFICANTEM

MULEJ LI JAGĦTI L-ĦAJJA

 

F’dan iż-żmien tal-Għid li matulu qed inħejju lilna nfusna biex infakkru l-miġja ta’ l-Ispirtu s-Santu fuq il-Knisja, is-Segretarjat tal-Lajċi qed jippublika fuq dan is-sit, l-Enċiklika tal-Papa Ġwanni Pawlu II, Dominum et Vivificantem, Mulej li jagħti l-Ħajja. Titratta dwar il-preżenza u l-ħidma tal-Ispirtu s-Santu mhux biss fil-Knisja imma wkoll fid-dinja kollha.

Il-qari ta’ din l-enċiklika f’dan iż-żmien jista’ jgħin fi tħejjija aktar xierqa għal Jum Għid il-Ħamsin.

Nroddu ħajr lil dawk kollha li qed jgħinu fl-ittajpjar ta’ dawn id-dokumenti li huma aċcessibli billi tikklikkja fuq il-kliem “LIBRERIJA VIRTWALI” li hemm taħt ir-ras ta’ din il-paġna.

Enċiklika Dominum et Vivificantem. ...q


ĦSIBIJIET DWAR SAN PAWL MINN PATRI MARTIN MICALLEF

 

Meta qegħdin noqorbu lejn tmiem is-Sena Pawlina, is-Segretarjat tal-Lajċi qed iwassal lil dawk kollha li jagħmlu użu minn dan is-sit elettroniku, serje ta’ disa’ ħsibijiet ta’ Patri Martin Micallef OFMCap dwar l-Appostlu Missierna.

Ċerti li dawn l-artikli, bħal kull kitba oħra ta’ dan il-patri studjuż u għalliem tal-Kotba Mqaddsa, se jservu ta’ għajnuna kbira mhux biss għal bosta individwi li jixtiequ jkabbru l-għarfien tagħhom dwar San Pawl, imma għal bosta operaturi, kemm saċerdoti kif ukoll lajċi fil-ħidma pastorali tagħhom.  U dan anke wara li tkun intemmet is-Sena Pawlina.

Ikklikkja hawn. ...q


ILLUM IS-SIEGĦA TAL-LAJĊI

q Biex nieqfu lill-materjaliżmu u l-ġenn tal-konsumeriżmu, l-appostli l-ġodda ta’ żminijietna jridu jkunu l-irġiel  u n-nisa, il-lajċi nsara....

q F’dawn iż-żminijiet ġodda tal-Knisja, il-vokazzjoni eżatta tal-lajċi trid tiġi miftehma aħjar u apprezzata aktar milli fl-imgħoddi....

q Biex ikomplu x-xogħol mogħti lilhom minn Alla,  il-Lajċi jrid ikollhom  tagħlim sod fuq il-Fidi....

q Bħala rġiel u nisa nsara, intom imsejħin biex taqsmu flimkien ma’ Kristu l-ħajja u x-xogħol tiegħu.  Intom tridu tħossu u tifhmu tassew id-dinjita’ li biha ġejtu mżejna bis-Sagrament tal-Magħmudija li rċevejtu.  Intom tridu tifhmu r-responsabbiltajiet tagħkom ladarba għażiltu li timxu wara Kristu meta ġejtu msaħħin mill-Ispitru bħalma ġew imsaħħin l-appostli f’Għid il-Hamsin.

Iklikkja hawn għad-diskors kollu. ...q

Inroddu ħajr lil kull min diġà qiegħed jgħin fit-typing tad-dokumenti, u nistiednu lil kull min jista’ jgħin biex jiktbilna fuq lajci@maltadiocese.org. Ix-xogħol kollu jsir mid-dar stess.